Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Ibku fil-bidu, ħalli tidħku wara' CRSTIAN ANTONY MUSCAT Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? Sa minn ċkuniti niakar li missieri kien iħobb il-futbol u huwa partitarju kbir tal- Brażil. Għext nisma' dwar Pele, Ronaldo u Ronaldinho u naraw it-Tazza tad-Dinja flimkien. Maġenb fejn noqgħod kien hemm għalqa li fiha qattajt tfuliti nilgħab il-futbol mas-subien. Iktar ma bdejt nikber, iktar kibret l-imħabba għall-futbol u nista' ngħid li llum ma ngħixx mingħajru. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek Nista' ngħid li kien staġun pożittiv ħafna kemm għalija kif ukoll għat-tim. It-tim tiegħi mexa passi ta' ġgant 'il quddiem. Niakar il-bidu tiegħu għax ilni kważi mill-bidu nett u rajt tim jikber u jissaħħaħ. Dan sar b'ħafna xogħol u determinazzjoni kollettiva. Ferħana b'dak kollu li wasalna għalih . Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Dawn in-nies li jikkummentaw hekk dwar futbol għalija huma nies b'moħħ magħluq għaliex il- futbol ma jintlagħabx bis-saħħa biss iżda ferm iktar minn hekk. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal- futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Is-Sur Brincat għamel xogħol kbir fil-qasam tal-futbol tan- nisa. Huwa persuna ħabrieka , onest u ta' min ifaħħru. Kien hu l-ewwel kowċ li kelli fin- nazzjonal u tgħallimt ħafna taħt il-gwida tiegħu. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad- deheb fil-karriera tiegħek sa issa? L-iktar logħba s'issa li żgur nibqa' niakar mal-Imġarr hija l-ewwel finali tan-knock- out kontra Birkirkara. Konna ħdimna ħafna għaliha. Il-grawnd kien imballat bis-sapporters tagħna u l-atmosfera kienet verament sabiħa. Irnexxielna naslu sal-penalties u minkejja li ma rbaħniex, din il-partita tibqa' ttimbrata ġo moħħi. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal- futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? L-MFA tista' tgħin iktar lill- plejers u lill-klabbs biex itejbu fuq dak li diġà hemm. Naħseb li jkun ta' ġid kbir jekk jaħdmu iktar mal-kowċis tal-klabbs u jisimgħu d-diffikultajiet tagħhom. Nara li ma tantx ikollhom taħdidiet bejniethom u dan joħloq ċerta apatija lejn xulxin. Kieku jaħdmu id f 'id, igawdi kulħadd. Meta bdejt jien, kien hawn ferm iktar timijiet jikkompetu. Kien hemm first u second division. Hemm bżonn insaqsi għaliex spiċċajna seba' timijiet biss, għaliex ħafna waqfu? Qegħdin jingħataw attenzjoni biżżejjed ? Qegħdin jiġu rispettati biżżejjed? Qegħdin isibu ambjent sabiħ u grawnds fejn jitħarrġu? Insejna għaliex dawn bdew il-futbol? Dawn bdew għax iħobbu l-logħba? Qegħdin iħalluhom ikomplu jħobbuha? Għaliex ħafna timijiet sfaxxaw? Tikkunsidra l-possibiltà li fil- futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Meta kelli dawk il-15 /16-il sena, kont nikkunsidraha, però issa li għandi full-time job u wasalt f 'dan il-punt ta' progress mal-klabb tiegħi, ma nħossx li nixtieq immur barra minn Malta. Għalkemm hija ħaġa sabiħa u ninkoraġġixxi lil kull plejer żagħżugħa li tagħmilha fil-waqt u fl-aħjar ħin. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Ħafna drabi l-ikbar xewqa tiegħi hi li jkolli iktar sigħat f 'ġurnata għax kif inhu, imballata mhux ħażin. Nibda bi tmien sigħat xogħol, wara tliet sigħat lectures għax qed nagħmel degree fl-inġinerija u wara mmur għat-taħriġ tal- futbol. Xejn mhu faċli għax l-ikel u l-ħwejjeġ u affarijiet oħra jridu jsiru wkoll. Nemmen però li xejn ma jiġi faċli fil-hajja u bħalma qalet Martha lit-tfajliet Brażiljani meta tilfu s-semi-finali tat- Tazza tad-Dinja: 'Ibku fil-bidu, ħalli tidħku wara.' Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Nixtieq ferm minn qalbi li ngħolli tazza jew tnejn mal- klabb tiegħi, Imġarr United. Din tkun ħolma li ssir realtà u li ħdimna għaliha. Ħaġ'oħra li nixtieq hija li niggradwa fl- inġinerija mekkanika li hija għal qalbi ħafna. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Nista' ngħid li minn żmieni, dan inbidel għall-aħjar u bil- mezzi tal-media moderna saru aktar jagħtu importanza lill- futbol tan-nisa. Hemm ħafna nies li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba u jiena grata lejhom għax sabiħ li tara li qed isir popolari u rikonoxxut dejjem iktar. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it- tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Lil kull tifla li tixtieq tilgħab futbol, ngħidilha li hu sabiħ li dejjem tkun umli. Jekk taħdem bil-qalb, tasal ferm 'il bogħod milli tista' taħseb. Kun dejjem grata lejn in-nies li għenuk tibda u sibthom dejjem hemm għalik. Għad jgħaddi ż-żmien u tgħid li dak iż-żmien kien l-aqwa ta' ħajtek. Fakkar lilek innifsek xi stajt tagħmel aħjar. Il-futbol mhux biss kemm int tajba atletikament iżda permezz tiegħu, tkattar karattru sod, dixxiplinat u onest. Mingħajr karattru, il-futbol hu biss sport. Lill- ġenituri, ngħidilhom ikomplu jirrispettaw ix-xewqa ta' wliedhom li jħobbu l-futbol. Ngħidilhom grazzi tal-ħin li tieħdu biex twassluhom, talli dejjem tkunu hemm xita jew xemx; grazzi talli tagħmlu minn kollox biex tarawna kuntenti. Grazzi! Jasmine Vella Turner - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin, fejn timmilita ma' Mġarr United illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019