Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
Waqt protesta li saret ilejla fil-Belt Valletta Manuel Delia qal li l-Gvern jinsab iddisprat biex ma jinqabadx, anke qabel ma Schembri waqqa' l-libelli. "Daqshekk ipoppa sidru biex jixhed għax qal li Simon Busut- til mhux qed iħallieh," qal De- lia għall-għajjat ta' 'Simon, Si- mon' "Keith ma jafx x'nafu fuqu u x'se nistaqsuh kieku joqgħod imqar kwarta magħna. Aħseb u ara kieku jkun taħt maġistrat serju fil-pedana tax-xhieda," ir- bombja leħen Delia fil-pjazza quddiem il-Qorti. Donnu jaf xi ħaġa hu stess, Delia qal li għad hemm x'niskopru. "Meta ma tkunx taf għada hux se tqum fil-poter jew fil-manetti għax min ma jixhidx għax jista' jinkrimina ruħu x'ngħidulu? Mhux kriminal?" staqsa l-attiv- ist ta' Repubblika. Filwaqt li reġa fakkar li Schembri ritira l-ka- wża, qal illi dan ifisser li Simon Busuttil kellu raġun u rebaħ . "Mela ngħajtulu aħna lkoll: inti korrott, korrott, korrott.." għajtet il-folla preżenti ma' Delia Manuel Delia sostna illi kul- jum "ġejna u x-xemgħa tat-tama li tfewlna kuljum erġajna xegħl- nieha kuljum. Hawn nies hawn- hekk li ma jaqblux fuq ħafna af- farijiet imma lkoll naqblu li aħna kontra l-korruzzjoni, naqblu li aħna konna kontra li nkunu gg- vernati mill-ħallelin, kontra min joqtol biex jgħatti lil min jisraq," sostna Delia għall-approvazzjo- ni ta' dawk preżenti. Ara l-artiklu dettaljat fuq is-sit illum.com.mt 32 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 • illum OOO 000 Uffiċċju ġdid ta' Transport Malta f'Ħal Lija għal servizzi relatati mal-liċenzji tas-sewqan u l-vetturi Għal aktar informazzjoni żur www.transport.gov.mt jew ċempel fuq 8007 2309. Ħinijiet tal-ftuħ It-Tnejn mis-07:30 sas-14:00 Mit-Tlieta sal-Ġimgħa mis-07:30 sa 12:00 Keith ma jafx x'nafu fuqu u x'se nistaqsuh kieku joqgħod imqar kwarta magħna – Manuel Delia Ritratti: James Bianchi / MediaToday