Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Get a Happy Meal TM . Make them Smile. November 18 - 24 We'll make a donation to our favourite charity, the Ronald McDonald House Charities Malta, from every Happy Meal TM purchased. www.rmhc-malta.com 'Dan mhux għar- residenti se jsir imma biex xi ħadd jagħmel il-flus' – residenta Slimiża Ilbieraħ filgħodu numru ta' għaqdiet organizzaw konferenza tal-aħbarijiet, li nbidlet fi speċi ta' protesta żgħira illi matulha saret oppożizzjoni għal applikazzjoni li tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex isir irmiġġ privat għal tal-Fortina. Il-Fortina hija lukanda fiż-żona ta' Tigné mmexxija mill-familja Zammit Tabona. L-għaqdiet, 10 NGOs u l-Kunsilli Lokali ta' San Ġiljan u Tas-Sliema, qed jisħqu illi dan ifisser li l-bajja tal-Balluta ssofri mill-istess destin bħal dik tal-ferries, "fejn kumpanija partikolari ħadet il-biċċa l-kbira tal-kosta." F'kummenti mal-midja, Claire Bonello li tmexxi l-għaqda Futur Ambjent Wieħed sostniet illi l-baħar huwa pubbliku u hekk għandu jibqa'. Hija qalet illi n-nies iħossuhom offiżi li qed jingħad li din l-operazzjoni se tkun faċilità sportiva. "Din il- faċilità m'għandhiex titħalla għax se toħloq problemi ta' sigurtà, tniġġis ... qed jingħad li se jkun hemm infurzar tajjeb. Meta qed ngħixu fi żmien fejn kollox free for all, kif jista' jkun hemm min isegwi l-liġi?" staqsiet rettorikament Bonello. Hija temmet tisħaq li l-baħar m'għandux jittieħed ukoll. Residenta Slimiża, li tkellmet mal-gazzetta oħt Maltatoday, qalet din hija ċ-ċirasa fuq il-kejk u li l-proġett mhux intenzjonat għan-nies imma biex "Zammit Tabona jagħmel il-flus." Andrè Callus, mill-Moviment Graffitti, qal lir-residenti illi l-proġett se jbiddel il-bajja b'mod assolut u jwassal għall- kummerċjalizzazzjoni intensiva tal-post "bl-interessi privati jieħdu kontroll fuq l-interessi pubbliċi. Mhux biżżejjed m'għandniex biżżejjed spazji li mhumiex ikkummerċjalizzati, talli issa jridu jieħdu l-baħar ukoll." Callus wissa illi l-ħsara ambjentali li jista' joħloq dan il- proġett tista' tkun 'devastanti' għall-ekosistema. Is-Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttiegieg sostna illi r-residenti qed jitilqu mil-lokalità għax skontu l-interessi kummerċjali ġew qabel kollox. Huwa appella biex isir studju serju qabel kwalunkwe kostruzzjoni. Is-Sindku ta' Tas-Sliema Anthony Chircop saħaq illi s-sitwazzjoni issa hija intollerabbli. "Jekk ma nistgħux nirranġaw dak li kissirna, għallinqas nistgħu nippruvaw ma niggravawx is-sitwazzjoni." 10 għaqdiet u żewġ Kunsilli jipprotestaw kontra proposta għal irmiġġ privat fil-Balluta