Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662
07 analizi illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Il-Ministeru u l-Pulizija ma kinux ippreprati, ma ressqux lejn iċ-ċentru jekk mhux għal ħabta tal-11am, sigħat sħaħ wara li seħħ l-inċident u minkejja li Malta kollha kienet mixgħula titkellem u tirrabja dwar din il-kwistjoni li ħalliet persuna mweġġa', il-Ministru u l-Gvern damu ħafna ma rreaġixxew. Bħal donnu l-impressjoni li ngħatat, anke jekk mhux neċessarjament hekk, kienet li dak li ġara ma kienx daqshekk serju li kien jeħtieġ lill-Gvern jidher li qed jaġixxi mill-ewwel. Ir-rabja u l-perċezzjoni li mhux qed isir biżżejjed f 'din il-kwistjoni kibru meta wħud minn dawk li tressqu akkużati li kienu parti mir-rewwixta ngħataw piena ta' sitt ġimgħat priġunerija. Tajjeb jew le, ħafna ħassew illi din is-sentenza ma kinitx tirrifletti l-gravità tal-att u allura din kienet iktar melħ fuq il-ferita. Imma aktar melħ fuq din il- ferita wasal meta kien hemm protesta oħra, din id-darba f 'Ħal Safi filwaqt li bejn dawn l-inċidenti waslet dgħajsa b'44 immigrant f 'pajjiżna. Lil hinn minn jekk kellhomx dritt jipprotestaw jew le, l-immigranti (aħna nemmnu lil kellhom) u lil hinn mill- mibegħda razzjali u l-attakk qawwi u ġust ta' Muscat kontrih, jibqa' fatt li l-Gvern deher diżorganizzat, mhux ippreparat għat-tali kriżi u bla strateġija tajba biex jindirizza l-inkwiet ġenwin ta' bosta. Biex tgħaxxaq ħafna ħassew li l-ġustizzja ma saritx, anke jekk fil-fatt setgħet saret. Fil-politika l-perċezzjoni hija importanti daqs il-fatt. Jikkonferma dan kollu huwa l-aħħar stħarriġ tal-Kamra tal- Aħbarijiet ta' din il-gazzetta li juri kif 37.1% tal-votanti Laburisti huma inkwetati fuq l-immigrazzjoni. Ma' dawn jingħaddu dawk li semmew 'il-barranin li jgħixu u jaħdmu f 'pajjiżna' bħala l-akbar preokupazzjoni (8.4%) biex b'kollox il-persentaġġ jitla' għal 45.5%. Minkejja li Muscat jista' jserraħ moħħu fuq il-fatt li fuq l-immigrazzjoni ma tantx hemm alternattiva kredibbli (li mhux l-estrem) u li l-votant Malti qatt sa issa ma vvota f 'elezzjoni ġenerali fuq l-immigrazzjoni, 45.5% huwa persentaġġ kbir wisq biex jiġi injorat. Id-dilemma hija x'jista' jagħmel biex jikkalma l-ilmijiet fuq naħa u min-naħa l-oħra jibqa' leali lejn il-liġi u lejn il-Kożmopolitaniżmu li tant jitkellem dwaru. Il-paga ta' Kurt Farrugia: rispons tard għal mewġa ta' kritika Lanqas laħqet mietet il- kwistjoni tal-immigrazzjoni li ma ħarġitx storja fuq e Sunday Times illi Kurt Farrugia kien (xi ħaġa li huwa ċaħad u spjega) se jibda jaqla' sa €180,000 fis-sena apparti eluf oħra jekk jiddeċiedi li jirriżenja wara sentejn biss fil- kariga. L-ewwel nett, ir-rispons tal- Gvern, għal darb'oħra wara tal- immigrazzjoni, ġiet tard wisq, frammentata u frankament it tirrifletti l-istrateġija ġeneralment intelliġenti tal- Partit Laburista. Il-PL suppost jaf, għax ħaddimha hu wkoll, li l-politika tal-għira dejjem taħdem. 'Inti tieħu €3 żieda u dan jaqla'...', 'dawk ma jlaħħqux mal-ħajja u l-ħbieb tal-ħbieb...' Anke jekk l-ekonomija sejra tajjeb u anke jekk il-Gvern qed iqassam mill- ġid, dawn it-tip ta' kuntratti lil persuni meqjusin 'tal-qalba', speċjalment jekk dwarhom il- Gvern ma jweġibx, se jqanqlu l-għira u jwasslu biex tixxellef il-fiduċja. Dan apparti li jsaħħu b'mod assolut din l-idea dejjem tikber fost sezzjoni ta' votanti li l-Labour u l-PN qed isiru l-istess, bl-istess żbalji u dnubiet. Kien biss wara ġimgħa b'attakki u sarkażmu fuq il-midja soċjali li l-Gvern u Farrugia nnifsu bdew jiċċaqalqu u jirrispondu. Il-punt fil-politika, u Farrugia nnifsu jaa din, mhux dejjem jekk għandekx raġun jew le imma li dak ir-raġun tieħdu fil- mument opportun. Il-Gvern ħalla wisq infor- mazzjoni u miżinformazzjoni toħroġ qabel irrisponda u meta rrisponda xorta ma rrispondiex għalkollox. Il-permess tal-Qala: splużjoni! Lanqas laħaq bdiet tikklama ta' Farrugia li ma ħariġx kulħadd, bl-eks Mexxej Laburista Alfred Sant b'kollox, bl-ażżarini kontra permess (ieħor!) fil-Qala illi jdawwar binja żgħira f 'żona ODZ f 'villa. Ir-rabja kienet waħda splussiva u ħolqot mewġa ta' rabja inkluż fost Laburisti akkaniti, Laburisti 'tal-ażżar' u anke Laburisti li bħal Cyrus Engerer daħlu fil- partit riċentement. Mingħajr ma nidħlu fid- dettalji li issa kulħadd jaf, huwa ċar li l-isplużjoni ta' rabja (irrapportata bħala rabja kbira f 'kull gazzetta inkluż l-Orizzont!) kienet ilha tinġema' snin sħaħ, mill-iżball tar- razzjonalizazzjoni tal-konfini għall-iżvilupp għal diversi permessi ħerġin bir-rimi u kullimkien taħt dan il-Gvern. Il-perċezzjoni li nbniet u sabet sisien sodi ħafna, grazzi għal policies bħal din li ppermettiet il-permess fil-Qala, hija li dan il- Gvern jinsab f 'but l-iżviluppaturi u li qed jiġi jaqa' u jqum mill- ambjent. L-attakki kontinwi, uħud minnhom iġġustifikati, fuq dawk il-kuntratturi li huma meqjusin l-eqreb għall-poter (primarjament Sandro Chetcuti u l-MDA) kien sinjal ċar li l-borma bdiet tbaqbaq. Wieħed ma jistax jinsa wkoll li dan seħħ fil-kuntest ta' xogħol ta' kostruzzjoni f 'diversi żoni, inkonvenjent ikbar u inċidenti ta' binjiet li saħansitra waqgħu. Il-Gvern, għal darb'oħra ma kienx spedit biżżejjed fir- risposta, anzi għall-ewwel deher li qiegħed kwiet quddiem din il- mewġa ta' rabja. Minkejja li meta tkellem Muscat rebaħ xi punti għax wiegħed bidla fil-policy, permezz tal-Qala nħoloq momentum qawwi, għall- inqas temporanjament, favur l-ambjent. Ħafna bagħtu sinjal li mhux se jaċċettaw iktar qerda, anke jekk huma votanti Laburisti. Keith Schembri jwaqqa' l-libell... 'Mietet' tal-Qala u reġgħet qamet kwistjoni li ormaj issa saret kważi sinonima mal-Gvern ta' Joseph Muscat. Muscat jaf jew jista' jobsor illi l-kwistjoni tal-Panama it li xejn tista' taffetwah elettoralment, għax rebaħ u baqa' jirbaħ minkejja allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni u tixħim. Imbagħad meta jidħol fix-xena Simon Busuttil jaf li l-Laburisti, anke dawk imxebbgħin minħabba l-ambjent u l-korruzzjoni, miegħu se jiskjeraw. Minkejja dan iżda, kull biċċa storja li toħroġ fuq din il- kwistjoni bħal donnha jkollha żewġ effetti; l-ewwel nett tħarbat kompletament kull aġenda li jista' jkollu l-Gvern għax kulħadd jispiċċa jitkellem dwarha u t-tieni, ħlief fil-każ tal- konklużjonijiet tal-kumpanija Egrant, kull episodju dejjem ċaqqam it aktar mill-kredibilità tal-Gvern u l-immaġini tiegħu. Ejja ninsew stqarrijiet spekulattivi illi Schembri waqqa' l-libelli għax ħati. Dik hija xi ħaġa li għalissa tibqa' suġġettiva. Nevalwaw minflok l-effett politiku ta' dik id-deċiżjoni legali fuq il-Partit Laburista u fuq Schembri nnifsu. Għal min irid jirraġuna l-episodju tal-libell deher daqslikieku Schembri ma jridx il-verità toħroġ jew inkella li għandu x'jaħbi. Mhux qed ngħidu li neċessarjament hekk hu, imma dak hu l-messaġġ li ntbagħat u l-perċezzjoni li nħolqot. Deher daqslikieku qed jaħrab milli jwieġeb. L-effett politiku kien ħażin u dannuż għall-Partit Laburista u ta f 'idejn il-PN aktar munizzjon fuq il-kwistjoni 17 Black. Fuq din il-kwistjoni iżda Muscat jista' jserraħ fuq il-passat bħala mera tal-futur u minkejja mistoqsijiet dubji, żelqiet u intenzjonijiet malinni jaf li din il-kwistjoni it li xejn se jtellfu voti, għalissa. Konklużjoni: Il-Partit Laburista u l-Gvern jibqa' popolari ħafna, speċjalment meta kkumparat mal-appoġġ li qed jikseb il- Partit Nazzjonalista u l-fiduċja f 'Adrian Delia. Minkejja dan iżda, qed jibdew jidhru l-ewwel sħab u maltemp fix-xefaq bi żbalji li fin-natura tagħhom u r-reazzjoni għalihom mill-Gvern qed jibdew jixbhu dawk ta' Gvernijiet Nazzjonalisti, fl-aħħar snin. Għall-ewwel darba kemm ilu Muscat Mexxej Laburista, jiġifieri fi 11-il sena, hemm nies li qegħdin b'mod apert u pubblikament ikunu kritiċi tal- partit. Jidher illi din il-kritika qed tiffoka ħafna aktar fuq kwistjonijiet nazzjonali, milli personali issa milli fl-ewwel leġiżlatura ta' Gvern ta' Muscat. Kemm idum Muscat it wieħed jista' jimmaġina li dak is-sħab iswed fix-xefaq se jsir il- maltemp. Iżda ladarba Muscat, u allura l-kolla ta' diversi interessi mal-Moviment Laburista, ma jibqax it-tbaqbiq ta' bħalissa jaf jibda jfur. Li hu żgur huwa li t-teflon madwar il-PL issa beda jiddeterjora... L-ixquq fil-PL qed jidhru. Kemm idum Joseph Muscat iżda l-inkwiet jibqa' taħt kontroll