Illum previous editions

ILLUM 17 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1185662

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Grupp Ġordaniż Sadeen Education Investment Ltd, li qed imexxi l-Università Amerikana ta' Malta kien qed jagħmel telf qawwi ta' €4.1 miljun sal-31 ta' Diċembru 2017 u allura l-aħħar sena finanzjarja li jeżistu rapporti finanzjarji dwarha. L-'inkwiet' finanzjarju tal- Grupp Sadeen iżda huwa ikbar mill-erba' miljuni li qed jagħmel f 'telf għaliex ir-rapporti finanzjarji li rat din il-gazzetta u li jistgħu jitniżżlu mir-reġistru tal-kumpaniji juru illi dan it- telf ilu jikber mis-sena meta l-kumpanija kienet irreġistrata, jiġifieri fl-2014. Dan ma jawgura tajjeb xejn għall-università li ilha f 'nofs kontroversja minħabba illi l-istess Sadeen huma kuntratturi u mhux edukaturi, l-art fiż-Żonqor, il-fatt li l-isem AUM mhux daqstant magħruf u/jew prestiġjuż u fuq kollox il-fatt li l-istess skola għadha ferm u ferm lura milli tilħaq il-miri ta' studenti li kienet fasslet meta bdiet l-operazzjoni f 'Malta. Fil-fatt mill-madwar 700 student li kellhom jibdew l-iskola fl-AUM rapporti juru li nkitbu u bdew korsijiet f 'Ottubru mal- 140 student biss, lanqas biss il- kwart tal-mira! Telf dejjem jiżdied ... Ir-rapporti finanzjari juru illi fl-2014, u allura meta ġiet irreġistrata l-kumpanija ta' Sadeen għamlet € 730,414 f 'telf, ammont li sploda għal €2,414,464 fl-2015, erba' darbiet ikbar mid-dejn tal-ewwel sena. It-telf baqa' jisplodi biex fl- 2016 laħaq it-€3,120,550 u reġa' żdied għal €4,109,832 fl-aħħar sena li dwarha hemm rekords. Il-kumpanija, fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tippubblika r-rekords finanzjarji tal-2018 u allura meta l-kumpanija bdiet l-operat tagħha bl-ewwel gruppi, pjuttost żgħar, ta' studenti. Ħarsa lura lejn ir-rapport finanzjarju tal-2015 juri illi t-total tal-obbligazzjonijiet finanzjarji (liabilities) tal- kumpanija kienu €2.1 miljun ikbar mit-total tal-assi. Dakinhar ir-rapport tal- awdituri kien qal illi l-kumpanija hija pożittiva illi malli jibdew l-operazzjonijiet se jkollha riżultati pożittivi. Ir-rapport jinnota li s-sid benefiċjarju aħħari (ultimate beneficiary owner), li mhux ċar min huwa, qed jagħmel tajjeb għal dan it- telf. F'kull rapport li rat din il- gazzetta Sadeen tirreaġixxi dejjem l-istess għat-telf dejjem tielgħa. Fl-aħħar rapport finanzjarju, id-differenza bejn l-assi u l-obbligi splodiet 'il fuq għal €9.3 miljun. Kollox jiddependi fuq persuna waħda ... is-sid benefiċjarju aħħari Ħarsa lejn l-aħħar rapport finanzjarju ta' Sadeen juri kif il-kumpanija li qed tmexxi l-AUM qed tiddependi, kważi kompletament mis-self tal- ultimate beneficiary owner (UBO), li mhux magħruf mal- pubbliku. Fil-fatt dan qed jislef miljuni lill-kumpanija li tmexxi l-AUM, it inqas minn €22 miljun b'kollox. Dan is-self żdied minn €3.5 miljun fl-2016 għal €21.9 miljun fl-2017. Esperti fil-qasam finanzjarju qalu lil din il-gazzetta illi minkejja li fl-istess rapporti qed jingħad illi l-UBO m'għandu ebda intenzjoni li jinforza lill-kumpanija tħallsu lura dak li sellef, jekk jagħmel dan prattikament tfalli l-kumpanija. Dan għaliex jekk jiġu llikwidati l-assi kollha, li sal- aħħar rekords juru illi jitilgħu għal €12.5 miljun, dawn xorta ma jkunux biżżejjed biex iħallsu għal dan is-self. Fi kliem sempliċi jekk l-UBO jinforza l-ħlas tas-self, Sadeen Education Investment Ltd. tfalli. Żieda qawwija f 'pagi Interessanti l-fatt li l-ispiża tal-pagi rduppjat matul l-2017. Minn €67,932 fl-2016 din l-ispiża telgħet għal €1.2 miljun. L-istess il-benefiċċji; minn €2,253 għal €27,740 09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2019 Sadeen jiddependu minn self ta' €22 miljun minn sid fl-Olanda SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett 820451 – 'Prepare the Ground for Economic Independence' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall- provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/02/2019 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Riċerka u Żvilupp tal-Kontenut għal Sessjoni ta' Taħriġ u għal Info booklet fuq l-Equal Pay għal Trade Unions Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mit-Tlieta is- 26 ta' Novembru 2019 sa l-4:00p.m. Hawn ir-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta għandhom jiġu speċifikati. Laqgħa ta' kjarifika se ssir it-Tlieta 19 ta' Novembru 2019 fl-10:00a.m. fl-uffiċċju tal-NCPE. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa 6 ta' Diċembru 2019 fil-11:00a.m. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali Min huma Sadeen u min hu s-sid? Sadeen Eduation Investment Ltd hija mmexxija mill-kuntrattur u lukandier Hani Hasan Salah u minn Rakan Hani Hasan Salah, it-tnejn Ġordaniżi. L-unika shareholder u allura s-sid ta' din il-kumpanija hija kumpanija oħra, jiġifieri Sadeen Malta Holding Ltd. L-unika shareholder ta' din il-kumpanija hija kumpanija oħra li jisimha International Educational Services B.V li għandha indirizz Olandiż u li allura isem is-sid, l-ultimate beneficiary owner, ma jidhirx għax hija ġurisprudenza differenti. Sadeen u l-kontroversja Sadeen ilhom f'kontroversja minn meta tħabbar il-proġett ta' kampus tal-Univeristà Amerikana ta' Malta (AUM) li kienet se tagħti biċċa art kbira u agrikola u b'veduti mill- isbaħ f'Wied il-Għajn lil grupp ta' kuntratturi Ġordaniżi (Sadeen). L-ewwel li qamu huma l-irwiefen mill-ambjentalisti minħabba l-art li kienet se tinqered. Dan apparti dubji dwar is-serjetà ta' università li ftit jew ħadd ma kien qatt sema' biha qabel. Wara li ntlaħaq qbil dwar il-British Building f 'Bormla, beda inkwiet ġdid jiġifieri kemm il-proġett se jkun suċċess. Mal-ILLUM il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo għamilha ċara li dawn m'għandhom jingħataw l-ebda art jew spazju ieħor qabel iwettqu dak li wiegħdu meta ħadu tali artijiet. Dan hekk kif, minkejja l-ftuħ tal-istess università, il-popolazzjoni studenteska għadha ferm 'il bogħod minn dik imwiegħda. Apparti dan, diversi rapporti fuq ġurnali u siti tal-aħbarijiet lokali rrapportaw dwar skuntentizza kbira fost diversi ħaddiema li wħud minnhom allegaw li l-kumpanija daħket bihom u heddithom b'passi legali jekk jitkellmu. L-aħħar kontroversja kienet dwar dormitorju li trid tibni l-kumpanija f 'Bormla/Isla, dormitorju li apparti illi qed ikun ikkritikat għaliex se jieħu post parkeġġ, qed ikun ikkritikat ukoll għax qed ikun propost meta Sadeen għadhom tant lura milli jattiraw in-numru ta' studenti li kienu wiegħdu. Hani Hassan Salah jieħu b'idejn il-PM meta kien inawgurat il-proġett Il-bini sabiħ, imma studenti ftit hemm! Kif se jibda jitħallas it-telf?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 November 2019