Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 570 • 17 ta' Settembru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST 'Aħjar il-ħabs jew Monte Carmeli milli reqdin taħt pont' Home Pack Together. As it should be. Get faster internet with Home Pack. Terms and conditions apply. 130+ FREE TV channels and movies for 3 months go.com.mt/homepack 20141 Home Malta Today v2.indd 1 04/09/2017 5:14 PM 'Arrivederci Simon...'. Ara paġni 10 u 11 Ara paġni 12 u 13 Minn Albert Gauci Cunningham u Jesmar Baldacchino JEKK dalgħodu l-Partit Nazzjonalista jkun sebaħ b'Adrian Delia bħala Kap, l-ewwel biċċa xogħol li se jkollu jagħmel huwa li jikkonvinċi lil Marlene Farrugia biex kandidat jew kandidati tal- Partit Demokratiku ma joħorġux għall-elezzjoni każwali. Dan biex hu jkun jista' jieħu postu fil-Parlament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, permezz ta' co-option li xorta tkun trid l-approvazzjoni finali tal- Eżekuttiv tal-PN. Il-PD kellu mill-inqas kandidat f 'kull distrett, u anke fis-seba' u fl-10 Distrett minn fejn kienu eletti Godfrey u Marlene Farrugia rispettivament, hemm kandidati oħrajn tal-PD li f 'każ ta' riżenja mill-Parlament jista' jkollhom l-interess li jikkontestaw elezzjoni każwali. Mistoqsijin minn din il- gazzetta kif se jduru ma' din l-isfida jekk Delia jkun rebaħ, persuni qrib tiegħu qalu li t-tim ta' Delia tkellmu mal- Partit Demokratiku u li hemm "mekkaniżmu lest u li se jiskatta," biex dan isib postu fil-Parlament. Ikkuntattjata minn l-ILLUM, Farrugia ċaħdet li qatt saru xi laqgħat magħha jew mal-PD. "Gidba mill-bidu sal-aħħar," sostniet, "ħadd ma talabna niddiskutu." Minkejja dan, mistoqsija minn din il-gazzetta, Farrugia m'eskludietx li jekk jirbaħ Delia u fl-eventwalità ta' co-option, ikunu esplorati "x-xenarji kollha." Intant, sorsi differenti li tkellmu ma' din il-gazzetta, inkluż mill-Eżekuttiv tal-PN stess, indikawlna ż-żewġ deputati li jista' jkun jirriżenjaw minn posthom biex jagħmlu spazju għal Delia. Il-favorit huwa d-Deputat Għawdxi Frederick Azzopardi, li fl-aħħar elezzjoni ngħata s-siġġu bl-aġġustament kostituzzjonali ta' żewġ siġġijiet favur il-PN. • Delia jkollu jinnegozja mal-PD biex jidħol fi l-Parlament • Frederick Azzopardi l-favorit biex iċedi s-siġġu • Maria Deguara tista' tkun l-'aħħar' tama għal proċess mgħaġġel Il-mazz f 'idejn Marlene Tkompli f 'paġna 8

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017