Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum ŻEJT iż-Żejtun hija ċelebrazjoni fiż-żmien meta jinġabar iż-żebbuġ kemm għas-salmura kif ukoll għall-għasir. Din ser issir fiċ-Ċentru taż-Żejtun, is-Sibt, 23 ta' Settembru, filgħaxija u l-Ħadd filgħodu, l-24 ta' Settembru. Dan l-avveniment li issa daħal fl-għaxar sena, jiċċelebra kemm it-tkabbir tas-siġra taż-żebbuġ bil-frotta bnina tagħha kif ukoll l-isem Żejtun innifsu li fil-fatt hija l-kelma użata għal dak li aħna nsejħulu żebbuġ, fl-ilsna semitiċi-għarab u pajjiżi fejn kien hemm il-kultura għarbija bħal Andulucia fi Spanja. Hekk f 'bosta pajjiżi tul il-kosta tal- Afrika ta' Fuq kif ukoll fil-Lvant Nofsani insibu bosta lokali li għandhom l-isem 'Zajtun' jew 'Zitun'. Dawn huma lokali fejn minn żmien il-Feniċi sal-lum, hemm oqsma sħaħ bis-siġar taż-żebbuġ. Ma tantx huma magħrufa għaliex dawn tista' tgħid li jinsabu kollha f 'żoni rurali, għalkemm kemm fil- Kajr l-Eġittu kif ukoll f 'Yerevan fl-Armenja, hemm distretti kbar bl-isem Żejtun. Żejt iż-Żejtun jiftaħ bil-ħrug bid-defilè tal-bdiewa u raħħala jġorru l-qfief biż-żebbuġ akkumpanjat mit-tnabar, daqqaqa, żeffiena u raħħala u jgħaddi minn diversi toroq ewlenin fiċ-ċentru taż-Żejtun. Il-folla tilqa' lill-Granmastru fil-pjazza quddiem il-knisja Arċipretali ta' Santa Katerina V.M. fejn jinqara l-bandu, jitbierku l-qfief biż-żebbuġ u ssir talba mad-daqq tal-moti ferrieħa tal-qniepen. Dan l-avveniment ikompli bi preżentazzjoni dwar il-varjetà tas-siġra taż-żebbug u rakkont awdjoviżiv dwar il-kultivazzjoni bikrija ta' din is-siġra f 'Malta. Wara li jsir l-għasir taż- żebbuġ, ikun servut ikel tipiku mħawwar biż-żebbuġ u ż-żejt. Dan kollu ser iseħħ f 'atmosfera ta' festa b'għana u żfin folkloristiku, snajja' u artiġjanat Malti u ser ikun hemm ukoll għall-bejgħ siġar taż-żebbuġ u prodotti agrikoli. Matul din l-attività, il-Knisja Parrokjali Santa Katerina V.M, il-mużew il-ġdid tal-parroċċa, l-Oratorju u s-Sala Parrokjali kif ukoll il-każini tal-baned ser ikunu miftuħin għall-pubbliku b'wirjiet interessanti relatati maż-Żejtun. Barra dawn il- postijijiet, wieħed ikun jista' jżur ukoll il-kripta u bosta nħawi oħra ta' interess fosthom l-Istitut Ġesù Nazzarenu u l-parroċċa l-antika bil-kuritur sigriet li kienet isservi wkoll bħala torri tal-għassa. Ser jittellgħu ukoll serata bl-aqwa għannejja inkluż Mikiel Cutajar (is-Superstar), programm mużikali mill- Banda Beland, marċ brijuż mill-Banda Żejtun, daqq, kant u żfin folkloristiku u kunċert fuq l-orgni tal-knisja arċipretali. Din il-festa tkompli l-Ħadd filgħodu meta jsir it-tberik tal-annimali kif ukoll wirja ta' bhejjem armati. Is-Sibt ikun ipprovdut parkeġġ fiż-Żejtun stess kif ukoll servizz ta' Park and Ride minn Bulebel ħdejn il-Fondazzjoni Inspire mis- 7.00pm sa nofsillejl. Aħbarijiet Żejt iż-Żejtun: Il-festa tas-siġra taż-żebbuġ Għarfien ikbar dwar is-saħħa fil-fiera tax-xjenza fil-Belt MATUL il-festival ix-Xjenza fil-Belt ta' din is-sena, li se ssir fid-29 ta' Settembru bejn is-6pm u nofsilejl, se jkun hemm żona akbar mis-soltu ddedikata għas-saħħa. Din se tittratta r-riċerka li qed issir fl-Università ta' Malta, diversi check-ups biex ikun hawn aktar għarfien dwar is-saħħa ta' dak li jkun, kif ukoll ħarsa lejn il-futur tal-kura tas- saħħa fl-era tal-informatika. Il-kantuniera bejn Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika se tkun iddominata minn installazzjoni kbira ta' ologramma imtella' minn grupp ta' studenti mill- MCAST. Minħabba li x-xejra teknoloġika u l-kura tas- saħħa qed isiru aktar u aktar konnessi ma' xulxin, parti kbira tal-filmat tal-ologramma għall-wiri sar b'kontribut minn riċerkaturi tal-Università ta' Malta li se jiltaqgħu mal-pubbliku tul it-Triq San Ġwann biex jispjegaw ir- riċerka tagħhom dwar firxa wiesa' ta' mard. Fost għaqdiet oħra li se jieħdu sehem hemm il-Kamra tal-Ispiżjara ta' Malta li se juru teknoloġija ċċentrata fuq pazjenti, bħal apps għal smartphones għal tilqim, flimkien ma' riċerka dwar kif il-ġenoma tista' taffettwa r-reazzjonijiet tan-nies għad- drogi. L-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ tal-Mard Rari - Malta se tqajjem kuxjenza dwar kundizzjonijiet ta' saħħa li jistgħu jkunu injorati. Il-kontribut ta' aktar gruppi ta' riċerkaturi mill-Università ta' Malta se jsostni dawn is-suġġetti b'aktar xjenza. Pereżempju, in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Prof Alex Felice u Dr Joseph Borg mill-Fakultajiet tal-Mediċina u l-Kirurġija, u Xjenza tas- Saħħa, u jsiru jafu aktar dwar disturbi rari tad-demm u jintwerew kif ikunu estratti DNA minn ċelloli. Il-viżitaturi jistgħu anki jaraw il-ġenoma tal-bniedem u jidentifikaw kif il-bidliet fid-DNA jistgħu jkunu analizzati wara, u marbuta mal-marda. Parteċipanti oħra se juru l-aktar aspett prattiku tal-kura tas-saħħa. Fi Triq San Ġwann u fil-Casino Maltese se jkun hemm oqsma differenti dwar il-mediċina, it-tagħmir minn oġġetti komuni li x'aktarx probabbilment titgħallem aktar dwarhom (bħalma huma d-defibrillaturi) sa ċertu apparat speċjalizzat, ħafna inqas familjari, li jintuża f 'audiology jew anke fil-podjatrija. Kont taf li kameras termali (thermal) u tagħmir għall-pressjoni jistgħu jintużaw biex jistudjaw saqajk? Jekk inti tqatta' xi ftit ħin f 'dan il-festival, se tkun taf aktar dwarek innifsek minn qatt qabel. Bejn il-bini tal-Casino Maltese u Pjazza San Ġorġ, għaqdiet oħra tal-istudenti se juru aktar esperimenti u logħob, u jagħtu ħarsa lejn aspetti differenti tal-kura tas- saħħa, meqjusa minn diversi angoli differenti. Il-festival ix-Xjenza fil-Belt – Lejlet ir-Riċerkaturi Ewropej hu organizzat mill-Università ta' Malta, il-Fond tar-Riċerka (RIDT), il-Kamra Maltija tax-Xjentisti, flimkien ma' numru kbir ta' msieħba. Din is-serata hi ffinanzjata mill- Programm ta' Qafas għar- Riċerka u l-Innovazzjoni Horizon 2020 (H2020, 2014-2020) tal-Kummissjoni Ewropea mill-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, u hu rikonoxxut bħala festival mill-Europe for Festivals and Festivals for Europe (EFFE). Il-festival għandu l-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni u numru ta' sponsers korporattivi. Ritratt: Daniel Mifsud

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017