Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet l-aħħar kapitlu tiegħu ta' Kap ħsara kien il-mod kif tratta l-allegazzjonijiet li Michelle Muscat kienet il-proprjetarja tal- kumpanija Egrant u li minn din il-kumpanija għaddew $1 miljun mill-Ażerbajġan. Busuttil għażel li jibni l-kruċjata biex jagħti daqqa tal-mewt lil Muscat permezz ta' dan il-każ. Każ jaħraq ippubblikat minn blogger ftit siegħat biss qabel mal-PN ħabbar protesta fil-Belt Valletta. Il-każ Egrant jibqa' l-aktar wieħed sensittiv u l-aktar li qajjem emozzjoni. Għal Busuttil, dan kellu jpoġġih ħames tarġiet eqreb lejn il-bieb ta' Kastilja. Minflok, Joseph Muscat uża dan il-każ biex jibni b'suċċess kbir l-immaġini ta' politiku li qed ikun attakkat u allura huwa l-vittma. Muscat iġġieled b'qawwa l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu u tal-familja u għal darba, darbtejn, tlieta u ad nauseum, iddefenda l-innoċenza tiegħu u fetaħ sfida kontinwa fuq Busuttil. Mingħajr provi, lil hinn mill- allegazzjonijiet, id- drama politika kellha żewġ effetti. L-ewwel, għaqqdet qaqoċċa eluf ta' Laburisti wara Muscat li kienu determinati li mhux se jivvutaw. U t-tieni, ħalliet lil Simon Busuttil xi ftit jew wisq mitluf, bejn irid u bejn ma jridx li jagħmel tiegħu l-allegazzjonijiet, meta kien tard wisq. Żball strateġiku fl-istorja kollha ta' Egrant kien id-diskors ta' Busuttil fil-Belt Valletta ftit wara li ħarġu l-allegazzjonijiet. F'dak id-diskors, Busuttil kien prattikkament (u bil-pulit) qed jitlob li jsir kolp ta' stat. Kien diskors infjammatorju u meqjus perikoluż li mhux talli m'għamel l-ebda ġid fil-mument li ntqal, talli rabat lil Busuttil direttament u intrinsikament mal-allegazzjonijiet ta' Egrant. Dan kien żball strateġiku ikrah, speċjalment fid-dawl tal-fatt li hu kellu provi f 'idejh li jikkonċernaw lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. Minkejja li l-akkużi ta' ħasil ta' flus setgħu kienu ħafna inqas spettakolari mill-allegazzjoni ta' Egrant, Busuttil kellu ħafna iktar f 'idejh bihom. Kien jagħmel ħafna iktar sens kieku fetaħ il-kanuni kollha tiegħu fuq kull każ li f 'idejh kellu l-provi u dwar Egrant kien jixgħel il-bozoz tat-twissijiet biss. Kienet tibqa' storja ppubblikata minn Daphne Caruana Galizia u Simon kien ikollu biżżejjed armi biex jiġġieled il-battalja tiegħu u ma jgħeriqx, jekk il-każ Egrant 'jegħreq'. Simon: Diskors soċjalist ta' kap Nazzjonalista Wieħed mis-suċċessi notevoli ta' Simon Busuttil kien il-fatt li fid-diskors politiku tiegħu, ippożizzjona lill-PN viċin ħafna tal-prinċipji tas-solidarjetà u tal-wens. Huwa poġġa lill-PN qrib ħafna tat-twemmin politiku sinonimu mal-ħaddiema, mad- drittijiet tal-ħaddiem, tkellem dwar il-proġetti soċjali, dwar il-bżonn ta' ħlas indaqs għall-istess xogħol, uża b'mod kontinwu l-esperjenza personali fid-diskorsi tiegħu dwar nies li spiċċaw bla mediċini jew li m'għandhomx biżejjed biex iħallsu l-kirjiet. Busuttil bena ħafna mit-twemmin ekonomiku tal-PN madwar il-bżonn tal-vulnerabbli u dawk li jinsabu fis-saffi aktar baxxi tas-soċjetà. M'hemmx dubju li Busuttil dan għamlu kemm mill-konvenjenza ta' partit li kien deher li nqata' waħda sew mill-poplu u għoxa fl-esklussività, kif ukoll mill- konvinzjoni ta' persuna li jemmen fil-wens lil min jinsab fil-bżonn. Koalizzjoni mal-PD: Qassata M'hemm assolutament xejn ħażin f 'koalizzjoni. Imma l-koalizzjoni bejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia kienet qassata strateġika. Il-fatt li pass politikament storiku bħal dan ġie mħabbar fuq Facebook, kien diġà l-ewwel sinjal ħażin. It-tieni, u agħar minn hekk, li jirriżulta minn rapporti fuq diversi mezzi tax-xandir li Simon Busuttil ma ddiskuta ma' ħadd it- termini ta' din l-istess koalizzjoni. Dan fetaħ lill-PN għall-kritika u ħolqot instabbiltà interna li l-PN seta' għadda mingħajrha. Tat impressjoni li fil-partit m'hemmx konsultazzjoni, u agħar minn hekk tat l-impressjoni li l-koalizzjoni kollha kemm hu kienet mibnija fuq ir-ramel. Kontinwament, il-PL kien qed jagħfas fuq differenzi fil-ħsieb ta' kwistjonijiet importanti, speċjalment dawk ambjentali u dawk realatati mal-kaċċa. Bena kampanja fuq 'l-aktar koppja instabbli fil-politika'. Dan kompla jibni immaġini li din il-koalizzjoni kienet naqra ta' 'fejn ħabat laqat'. Il-kunċett tal-koalizzjoni ġeneralment jaħdem meta żewġ potenzi minoritarji stabbiliti jingħaqdu flimkien biex jikkreaw potenza maġġoritarja. Fil-fatt, il-koalizzjoni PN-PD, għal ħafna drabi aktar dehret bħala persuna waħda flimkien mas-sieħeb tagħha li ngħaqdu ma' partit, bl-istess partit jagħti palata qawwija ħafna fil-forma ta' pubbliċità u podju lil din il-persuna. Xejn ħażin f 'hekk. Imma dik mhix koalizzjoni. Busuttil seta' żamm lil Marlene u Godfrey viċin biżzejjed tal- PN, imma mhux fil-PN u kien jirkeb fuq il-kritika, ħafna drabi ġustifikata li kienet qed tagħmel Marlene Farrugia, imma kien joħroġ bil-karru politiku tiegħu biss. Din is-sitwazzjoni eżatt tgħodd għall-kandidatura ta' Salvu Mallia. Simon kiber fil-kariga Busuttil beda l-vjaġġ ta' erba' snin tiegħu meqjus bħala kap kwiet li ma kienx qed jagħmel ħoss. Tilef l-ewwel appuntament elettorali tiegħu bil-qawwi u allura ftit bdew jeċitaw lilhom infushom bih bħala Kap. Minkejja li ma rebaħ ebda elezzjoni minn dawk li fihom kien Kap, Busuttil xorta rnexxielu jikber fil-kariga u minn Kap li taċċettah b'tqanżiħa, erba' snin wara sar Kap li taċċettah b'entużjażmu. Dan kollu seħħ grazzi għal diversi fatturi. Is-saħħa tad-diskorsi ta' Busuttil tjiebu sew u għalkemm Muscat huwa avversarju diffiċli, kienu diversi l-mumenti u d-dibattiti meta Busuttil kien irnexxielu jinnewtralizza sew is-saħħa ta' Muscat. Din ma kinitx rebħa numerika, imma xorta tat lil Muscat xi ftit ta' battikata. Kuntrarjament għal Muscat u Delia (jekk ilbieraħ kien elett hu), Busuttil ma tantx kellu xi entużjażmu qed jiġri warajh, fil- bidu. Dan dawru f 'kurrent favurih. Kap 'tajjeb' fi żmien ħażin ħafna Kap 'tajjeb' fi żmien ħażin ħafna Naturalment kemm kien 'tajjeb' Busuttil hija xi ħaġa suġġettiva. Li żġur mhux suġġettiv huwa ż-żmien. Busuttil ħa t-tmexxija tal-PN fi żmien meta l-partit kien qiegħed f 'sitwazzjoni ħażina ħafna u se jagħti lura l-PN f 'sitwazzjoni xejn aħjar, wara telfa moralment ikbar minn dik tal-2013. Busuttil kien Kap fl-agħar perjodu għall-PN, kważi kważi mill-eżistenza tiegħu. Il-ħeġġa għall-PN kienet minima fost l-elettorat u l-aptit għal Gvern Nazzjonalista kien minimu wkoll. Ħafna Nazzjonalisti kienu qalbhom maqtugħa wara t-tkaxkira li qala' l-partit, darbtejn, u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN kienet mill-aktar imwiegħra. Anke jekk laqat ħafna punti li miegħu eluf ta' votanti kienu qed jaqblu, Busuttil dejjem baqa' jopera wara ħajt tal-ħġieġ immaġinarju li donnu qatt ma seta' jkisser. Minkejja li setturi mill-popolazzjoni fehmu sew il- messaġġ tiegħu u qablu miegħu, kienu ħafna dawk li baqgħu ma jistgħux jirrelataw miegħu fuq livell aktar personali, minkejja l-attentati kontinwi tiegħu biex ikisser l-istess perċezzjoni. Kien hemm xi ħaġa dwar Busuttil li, prova kemm prova, irrelegatu bħala politiku li 'jista jkun għandu raġun, imma...' Il-ġudizzju dwar Busuttil għad irid jinkiteb. Imwaħħla ma' ismu, żgur se tibqa' t-tikketta tal- ewwel Kap Nazzjonalista u Kap politiku mill-1964 li qatt ma sar Prim Ministru. Mhux eżattament kumplimentari ħafna. Imma Busuttil se jibqa' relevanti, kemm għall-passaġġ tal-istorja kif ukoll għall-formazzjoni tal-forma mentis Nazzjonalista, u l-binja ta' bażi li reġgħet tat karatteristika lil Partit Nazzjonalista. Naturalment, l-istorja tinkiteb mir-rebbieħ. U min dalgħodu se jkun qed jidħol f 'post Busuttil se jkun determinanti għal kif se jinkiteb il-ġudizzju finali dwar Simon Busuttil. 'Kien jagħmel ħafna iktar sens kieku fetaħ il-kanuni kollha tiegħu fuq kull każ li f 'idejh kellu l-provi u dwar Egrant kien jixgħel il-bozoz tat-twissijiet biss' 'Kieku Busuttil daqq l-irtirata u ma beniex forza li tidentifika lilha nnifisha miegħu u mal-kawża tiegħu, il-PN kien jitlef b'marġini ikbar minn 36,000 u kien ikun f 'periklu serju li jiżżarma għal kollox'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017