Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Minn Liam Carter FLEWWEL diskors tiegħu bħala kap tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo sejjaħ għal moratorju immedjat fuq permessi għall-pompi tal-petrol ġodda u għal diskussjoni nazzjonali fuq l-abbort. Waqt il-konferenza stampa, Cacopardo qal li riżultat diżżapuntati tal-aħħar elezzjoni, li fiha l-partit akkwista 50% inqas mill-elezzjoni tal-2008, "kien riżultat ta' nuqqas ta' organizzazzjoni fil-partit." "Ninsabu laxki fl- organizzazjoni u fil-forza tal-ħaddiema biex nikkumbattu t-tfixkil", sostna Cacopardo. "Din mhux l-ewwel darba li l-partit sofra." Hu qal dan b'referenza għall-elezzjoni tal- 2003 fejn kien hemm pressjoni kbira fuq il-partit biex jagħlaq. Cacopardo qal li dawn il-problemi għandhom jiġu miġġielda b'żieda ta' attiviżmu mill-partit. Filwaqt li hu rrikonoxxa l-fatt li l-midja soċjali hi għodda tajba u effettiva, Cacopardo qal li "din ma kinetx se tkun is-sositut tal- attiviżmu politiku" u żied jgħid li din tista' tkun perikoluża jekk l-użu tagħha ma jkunx sew. Il-perit qal li l-attiviżmu tal-partit għandu jagħti vuċi lil dawk dgħajfa "Għandna nkunu viċin ta' dawk in-nies li djar tagħhom saru mdawrin b'kostruzzjoni ta' żblokok għolja li saħansitra jgħattu d-dawl tax-xemx." Hu qal ukoll li "l-partit għandu jkun viċin ukoll ta' dawk in-nies li jieħdu gost fil-kampanja Maltija u li qegħdin ikunu mhedda mit-tiri taċ-ċomb". "Tul l-istorja tagħha l-AD tat kontribut kbir lill-aġenda politika Maltija, ġiet introdotta l-kuxjenza ambjentali, transparenza u kif ukoll drittijiet ċivili fosthom, id-divorzju u drittijiet għall-kommunità LGBTIQ," qal Cacopardo. Hu qal ukoll li nnotta b'ċertu sodisfazzjon li il-Gvern iddeċieda jimplimenta, proposta li l-AD kien għamel lura fl-2008, billi fetaħ il- konsultazzjoni pubblika biex jingħata dritt tal-vot lil żgħażagħ ta' 16–il sena. Fuq id-deċiżjoni riċenti tal- Prim Ministru Joseph Muscat, li ser tkun qiegħda titwaqqaf gradwalment il-produzzjoni ta' vetturi li jaħdmu b'magni diesel u petrol. Cacopardo qal li din kienet xi ħaġa li l-partit kien ilu jinsisti fuqha. "Tkun tagħmel iktar sens kieku l-gvern iħabbar b'mod immedjat il-moratorju fuq l-applikazzjonijiet tal-pompi tal-petrol," li skont hu qegħdin ifaqqsu kullimkien. "Ma għandniex bżonnhom illum u ser niġu bżonnhom inqas meta, għada pitgħada neliminaw il-karozzi li jaħdmu bid-diesel u bil-petrol," saħaq Cacopardo. Cacopardo tkellem ukoll fuq il-prezzijiet tal-kera li skont hu "s-suq tal-kera mhuwiex jaħdem sew, hekk kif il-logika tad-domanda u l-provista suppost kellha tnaqqas il-prezz tal-kera, mhux iżżidha, dan meta għandna 'l fuq minn 70 elf propritajiet vojta." Huwa rrigranzja lill-Alleanza kontra l-faqar għall-ġlieda tagħha kontra 'l-egoiżmu tas-sidien tal-kera, u qal ukoll li wasal iż-żmien li l-gvern jimplimenta proposta oħra minn tagħna, li jintaxxa djar vojta u jqassam lura taxxa għal dawk li ma jistgħux ilaħħqu mal-prezz tal-kera. Cacopardo talab diskussjoni parlamentari fuq id-drittijiet tal-abbort. Hu qal li matul is- sena li għaddiet, 58 mara Maltin għamlu abort fl-Ingilterra. Figuri għal-pajjiżi oħrajn ma kienux disponibli, qal Cacopardo. Hu kompla jgħid kif din kienet tfisser li "l-abort huwa evidenti fis-soċjetà tagħna." "Huwa dritt minimu f 'pajjiż li suppost jirrispeta l-etika pluralistika, is-silenzju jrid jispiċċa b'mod immedjat, mhuwiex fl-interess tal-pajjiż li niġru 'l bod mill-problemi u nitfgħuhom taħt it-tapit." Il-perit spiċċa l-ewwel diskors tieghu b'botta lejn il-partiti politiċi, "Waqt li ħafna qegħdin jiġu kkritikatti fuq mażunerija u fuq burdelli, aħna għandna nibqgħu ffukati biex nsaħħu l-partit tagħna, dan hu l-uniku mod kif nistgħu nwasslu t-twemmin tagħna fuq azzjoni politika b'saħħitha." The Ministry for Health is seeking to recruit an EESSI Project Administrator – EESSI (Electronic for Exchange of Social Security Information) Connecting Europe Facility 2014-2020. EESSI Project Administrator Contract • Two year definite contract – 40 hours per week Qualifications and Experience • Be able to communicate in the English Language given that due consideration will also be given to applicants who also have the ability to communicate in the Maltese Language; • In possession of a recognised Master's qualification at MQF Level 7 (subject to a minimum of 60 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regards to programmes commencing as from October 2008) in Management, or Project Management or Finance or a comparable professional qualification, plus one (1) year relevant work experience; OR • In possession of a recognised Bachelor's qualification at MQF Level 6 (subject to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regards to programmes commencing as from October 2003) in Management, or Project Management or Finance or European Studies or a comparable professional qualification plus three (3) years relevant work experience. Interested persons are to submit their application together with detailed Curriculum Vitae by not later than Monday 2 nd October 2017. Applicants who are already in the Malta Public Service must produce a Service and Leave Record Form (GP 47); those applying from outside the Service must produce a Certificate of Conduct issued by the Police or other competent authority not earlier than one (1) month from the date of application and state whether they have ever been in Government Service, giving details. Applications should be addressed to: Resourcing and Employee Relations Directorate, Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta VLT 1171. Website: http://health.gov.mt Fax number: +356 22992604 Email address: recruitment.health@gov.mt. Applications can also be submitted through the Online Government Recruitment Portal on http://recruitment.gov.mt by the said closing time and date of this call for applications. More detailed information regarding the above job vacancy can be accessed from the government website http://recruitment.gov.mt and Government Gazette issued on Friday 15 th September 2017. The sole responsibility of this publication lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information contained therein. Cacopardo jgħid li "Ma nistgħux nibqgħu nitfgħu l-problemi taħt it-tapit" Iċ-chairperson il-ġdid tal-AD jitkellem dwar l-attiviżmu tal-Alternattiva Demokratika Tul l-istorja tagħha, l-AD tat kontribut kbir lill-aġenda politika Maltija... ġiet introdotta kuxjenza ambjentali, trasparenza u drittijiet ċivili