Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826
illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet ATTIVITAJIET TA' NATURA 'CORPORATE' 'TEAM-BUILDING' GHALL-IMJPEGATI TAL-POST TAX-XOGHOL, OKKAZJONIJIET SOCJALI RICEVIMENTI STAGJONALI… Qed tfittex post b'differenza ghall-attivita' tieghek? Gianpula Village joffri ghazla ta' swali u spazji originali u unici li huma perfetti biex tohloq okkazjoni memorabbli. Biex issir taf aktar jew tibbukkja zjara biex tara b'ghajnejk, cempel fuq (356) 9974 8923 jew ibghat email lil sales@gianpulavillage.com www.gianpulavillage.com Minn Liam Carter ITTMIENJA ta' Settembru jew Otte Settembre hija festa pubblika ċċelebrata f 'Malta li primarjament tfakkar il- ġrajja ta' żewġ avvenimenti li fasslu l-istorja ta' din il-gżira. Iżda mhux biss hekk kif din il-ġurnata taħbat ukoll mal-kommemorazzjoni tat-twelied tal-Verġni Marija, magħrufa aħjar bħala l-Bambina, festa li tiġi ċċelebrata f 'bosta lokalitajiet f 'Malta fosthom, l-Isla, in-Naxxar u l-Mellieħa u x-Xagħra f 'Għawdex. Din il-ġurnata tfakkar żewġ assedji li l-gżejjer Maltin esperjenzew. L-ewwel, dak tal-1565 meta għal iktar minn tliet xhur it-Torok Ottomani kienu assedjaw lill-Birgu u lill-Isla sakemm irtiraw u telqu minn din il-gżira filwaqt li fl-1943, l-Italja kienet irtirat mit-Tieni Gwerra Dinjija dan wassal għat-twaqqif tal- bumbardamenti min-naħa tat-Taljani fuq Malta, b'hekk il-poplu Malta seta' jieħu naqra nifs. Sfortunatament fil-jum ta' din il-ġurnata tant mistennija, Malta esperjenzat maltempata kbira li ħalliet partijiet mill- pajjiż saħansitra mgħerrqin taħt l-ilma. Ix-xita damet nieżla aktar minn siegħa u kienet ikkaratterizzata minn sajjetti kontinwi f 'din l-ewwel maltempata wara sajf mill- aktar twil, sħun u niexef, ikkarratterizzat minn diversi mewġiet ta' sħana, speċjalment fil-bidu t'Awwissu. F'Jum il-Vitorja, issir ukoll ir-regatta tradizzjonali fejn numru ta' qaddiefa mil- lokalitajiet ta' Bormla, il-Birgu, Birżebbuġa, Marsamxett, il-Kalkara u l-Isla jissiltu f 'esibizzjoni ta' numru ta' tiġrijiet bid-dgħajjes fil-Port il-Kbir fejn ir-rebbieħ jieħu x-shield. Intant ilbieraħ filgħaxija fil-lokalitajiet fejn issir il-festa tal-Vitorja fosthom l-Isla, ix- Xagħra Għawdex u n-Naxxar, ħarġet il-purċissjoni tal- Bambina, hekk kif din kellha tkun posposta minħabba l-istess maltempata. Fil- Mellieħa l-Bambina ħierġa llum wara li l-Ħamis li għadda ttellgħet wirja spettakolari ta' nar tal-art u anke tal-ajru. Il-maltemp mistenni li jippersisti fl-ewwel jiem tal- ġimgħa d-dieħla, għalkemm it-temperatura se terġa' tmiss it-30 grad u x-xemx terġa' tiżreġ, biex ikompli s-sajf Malti, li din is-sena ma tantx kien ħanin wisq. Kuljum qed jinqabżu vjaġġi minħabba nuqqas ta' xufiera Konrad Pulè jikkonferma li l-MPT qed tiffaċċja problema ta' xufiera li qed jitilqu minn xogħolhom Minn Albert Gauci Cunningham JIDHER li t-trasport pubbliku f 'pajjiżna reġa' qed jiffaċċja numru ta' problemi, b'passiġġieri jilmentaw ma' din il-gazzetta li jew ix- xarabank li kellhom jaqbdu waslet tard ħafna, jew inkella ma waslet qatt. Xi xufiera li kienu fil-Park and Ride ta' Pembroke u li tkellmu ma' din il- gazzetta ikkonfermaw li bħalissa hemm nuqqas ta' xufiera li qed iwassal biex numru ta' vjaġġi ma jsirux. L-ILLUM tinsab infurmata li qed jinqabżu mal-150 vjaġġ kuljum, l-aktar fuq rotot li huma inqas popolari, għal żoni inqas popolati, rotot diretti kif ukoll dawk li joperaw matul il-ħinijiet ta' bil-lejl. Il-kumpanija topera 5,600 vjaġġ kuljum. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, il-General Manager tal-Malta Public Transport Konrad Pulè, ikkonferma li qed jinqabżu numru ta' vjaġġi kuljum għalkemm ma kkonfermax in-numru ta' dawk il-vjaġġi li fil-fatt mhux qed isiru. Għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta, Pulè sostna li hemm raġunijiet diversi għalfejn numru ta' vjaġġi mhux qed isiru, bil-konsegwenza, li passiġġieri qed jitħallew jistennew. Fost dawn hemm il-fatt li numru ta' xufiera qed jixbgħu u jitilqu minn xogħolhom. "F'dawn l-aħħar tliet xhur tlifna numru ta' xufiera tajbin minħabba aktar pressjoni li qed iħossu fit-toroq. Ix- xufiera qed jgħidulna li qed ikun aktar diffiċli u stressanti biex jaslu fid- destinazzjoni tagħhom fil-ħin." Pulè sostna li għalkemm ix-xufiera qed jagħmlu li jistgħu biex jaslu fil-ħin, isostni li qed jiffaċċjaw wisq ostakli li mhumiex taħt il-kontroll tagħhom. Fost dawn hemm karozzi li jkunu pparkjati f 'kantunieri jew fuq bus stops, double parking, devjazzjonijiet u xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni. Pulè kkonferma wkoll l-informazzjoni li ngħatat lil din il-gazzetta dwar bonuses u inċentivi li qed jingħataw lil dawk il- ħaddiema li jaħdmu iktar minn 60 siegħa fil-ġimgħa jew li jaċċettaw li jidħlu għax-xogħol għal numru ta' Ħdud wara xulxin, biex jagħmlu tajjeb għan- nuqqas ta' ħaddiema. Il-General Manager ta' Transport Malta ma żvelax iżda, għal kemm jammonta dan il-bonus. Intant, Pulè spjega kif il-Malta Public Transport nediet sensiela ta' riklami biex tqajjem aktar kuxjenza dwar id- diffikultajiet li x-xufiera jiltaqgħu magħhom fit-toroq. "Din is-sena impjegajna 250 xufier u se nibqgħu nagħmlu l-almu tagħna biex nimpjegaw aktar xufiera," wiegħed Pulè. L-Imġarr qed jitħalla bla servizz 'għal sigħat sħaħ' Intant aktar kmieni din il-ġimgħa kien il-Kunsill Lokali tal-Imġarr li semma leħen ir-residenti dwar nuqqasijiet fis-servizz minn u lejn din il-lokalità. Fi stqarrija, il-Kunsill Lokali tal-Imġarr għamel referenza għan-numru dejjem jiżdied ta' ilmenti dwar is-servizzi bin- numri 44 u 238. L-ilmenti jitrattaw dewmien eżaġerat jew inkella siegħat sħaħ li matulhom l-Imġarr lanqas ikollu trasport pubbliku. "Hija nuqqas ta' serjetá kbira mill-Malta Public Transport li ma tagħtix każ għall- ilmenti li l-Kunsill Lokali u r-residenti ilhom jirrappurtaw għal xhur sħaħ, fejn mhux talli ma sar l-ebda titjib fis- servizz, iżda qed dejjem imur għall-agħar. Din is-sitwazzjoni jeħtieġ li tiġi solvuta sabiex waqt li nippromovu l-użu tat-trasport pubbliku, l-operatur tat-trasport pubbliku jipprovdi s-servizz kif imwiegħed lill-passiġieri skont l-iskeda," sostna l-Kunsill Lokali tal-Imġarr.