Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum Sports 33 ITTIELET tellieqa tas- Serje Sprint Triathlon tal-Birkirkara St Joseph Sports Club serviet ukoll bħala l-Kampjonati Nazzjonali tas-Sprint Triathlon. Din it-tellieqa rat lill- kampjonessa eżistenti Hannah Pace żżomm it-titlu taghha filwaqt li Graham Borg jieħu l-ewwel titlu ta'kampjonat tiegħu. L-atleta Hannah Pace, kienet is-seba atleta li ħarget mill-ilma, u it- tieni mara, tlett sekondi wara Margaret Seguna. Pace madanakollu ħadet it-tmexxija tal-kategorija femminili immedjatament mit-tranżizzjoni. Pace żammet postha fuq quddiem fis-sezzjoni tar-rota. Ir-riħ qawwi fuq il-korsa ta sfida qawwija lil-atletli iżda Pace żammet distakk komdu ta' kwazi tlett minuti fuq Seguna. Pace żammet dan ir-ritmu matul il-ġirja ta' ħames kilometri sabiex iżomm it-titlu tal-Kampjonat Nazzjonali tas-Sprint Triathlon f 'ħin ta' siegħa 7 minuti 41 sekonda. Seguna irnexxieli tieħu t-tieni post b'distakk sostanzjali fuq Lara Buttigieg. Seguna spiċċat f 'ħin ta'siegħa 12-il minuta u 2 sekondi. Għalkemm il- favoriti għal post fuq il-podju kienu Graham Borg, Shaun Galea u Neil Markham, kien l-atleta Latvjan Stanislas Vaipans li ġab l-aħjar ħin fl-għawm, u għalhekk it- tellieqa għat-titolu kienet relattivament miftuħa wara ll-għawma ta' 750m. Fis- sezzjoni tar-rota, Wayne Spiteri ta prestazzjoni impressjonanti wara li hu kiseb l-aħjar hin f 'din it- taqsima wara li ħareġ mill- ilma fit-tmintax il-post. Spiteri kien segwit min Nicholas Micalef u minn Graham Borg. Izda fl- aħħar kien Borg li pproduċa l-aħjar prestazzjoni sabiex jieħu l-ewwel titlu tal- kampjonat tiegħu f 'ħin ta 'siegħa, minuta u 42 sekonda. Wayne Spiteri segwa fit-tieni post b'ħin ta' 1:03:56. Shaun Galea, li riċentament rebaħ it-titlu ta' champion tal-Aquathlon daħal fit-tielet post f 'ħin ta' 1:04:43. Wara it-tellieqa, ir- rebbieħa ġew ippreżentati b'trofej mis-Sur Cyprian Dalli, President tal-Malta Triathlon Federation u s-Sur Raymond Grech, President tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club. Is-Serje tal-Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon ser tintem nhar il-Ħadd 24 ta' Settembru meta ir-raba tellieqa tinżamm fit-Triq tal-Kosta ta' Salina. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is- sit elettroniku, www. bkarastjoseph.com. Hannah Pace żżomm it-titlu u Graham Borg jirbaħ l-ewwel Kampjonat tal-Isprint Triathon Naxxar Lions "Din hija ġurnata li mhu se ninsa qatt kemm indum ħajja" - Mandy Saliba Hannah Pace u Graham Borg fuq il-podju -ewwel post imkien mal-atleti sħabhom. Ritratti - Angie Conti minn Cristian Antony Muscat ISSIBT 26 ta' Awwissu 2017 kienet ġurnata li żgur li l-weightlifter ewlenija Maltiaj, Mandy Saliba, mhu se tinsa qatt kemm iddum ħajja! Dan hekk kif il-Malta Federation of Body Building and Fitness, magħrufa bħala MFBBF organizzat il-kompetizzjoni 'The Battle' li ilha ssir għal dawn l-aħħar erba' snin. Din mhux l-unika kompetizzjoni li torganizza din il-federazzjoni. F'April saru wkoll in-Nationals u għall-ewwel darba f 'Malta kellna wkoll id-Diamond Cup, kompetizzjoni internazzjonali fejn ġew f 'Malta bosta atleti barannin. Il-president ta' din il- federazzjoni Ralph Decelis jaħdem kontinwament biex dan l-isport jkun ta' suċċess f 'Malta. Dan jidher biċ-ċar fl-attivitajiet imsemmija kif ukoll fis-sapport kontinwu li jagħti lill-atleti Maltin. Dan il-ġurnal tkellem ma' Mandy Saliba nnifisha fejn tatna iktar dettalji: "Mhux minn dejjem kont tifla attiva sakemm iltqajt ma'persuna li biddlitli ħajti. Niftakar ċar daqs il-kristall, bilqiegħda nixorbu kafe' u nifthemu fuq dieta ġdida u workout plan. Din il-persuna, Sabrina Micallef, ħeġġitni biex inżomm ma' din id-dieta u jekk jirnexxieli nżommha nkun nista' nikkompeti fil- kategorija tal-Bikini Fitness. Kienet għamlitili ċara li ma nistax nixrob alkoħol. Dik kienet waħda mill- aktar affarjiet diffiċli meta tikkunsidra l-fatt li għad għandi 22 sena u ħafna mill-ħruġ jinvolvi xorb. Nista' ngħid li biddilt il- lifestyle tiegħi, il-ħruġ inbidel u xorta baqa'divertenti u ta' dan ma jiddispjaċini xejn! Bqajt insegwi d-dieta kontinwament, it-taħriġ kien konsistenti u bdejt nara r-riżultat. Sabrina ħolqitli familja oħra! Sapport kontinwu mingħandha, il- partner tagħha Pedro kif ukoll il-membri tat-tim li kienu hemm għalija dejjem u ta' dan nirringrazzjahom. Kien hemm ħafna preparamenti għal din il- ġurnata. Il-kompetituri kollha jgħaddu minn dieta u taħriġ intensiv biex ikunu jistgħu jitilgħu fuq l-istadju f 'dan l-avveniment li l-MFBBF torganizza. Xejn mhi faċli iżda llum nifraħ kemm kbirt mentalment u mmaturajt għax rajt li jien kapaċi! Ninsab ferħana ħafna li ġejt klassifikata biex immur nikkompeti fl-Arnolds li se jsir bejn it-22 u 24 ta' Settembru 2017 flimkien mar-rebbieħa Hannah Tabone Grech. Ta' dan nirringanzja lill-Federazzjoni ta' din l-opportunità tant kbira! Flimkien miegħi u ma' Hannah Tabone Grech se jkun hemm seba' atleti ohra li se nikkompetu f 'isem Malta u se jakkumpanjawna wkoll delegati u partitarji," temmet tgħid Mandy Saliba.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017