Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum Intervista 13 għarafnieh dan, jien ġieli kont nieħu nies lejn Mount Carmel bil-karozza tiegħi. Kif inhi llum, il-union tista' tagħti direttivi biex il-ħaddiem ma jidħolx ħdejn l-immigranti jekk ikun vjolenti." 'Qatt ma saret konsultazzjoni magħna' Bugri jkompli jispjega kif bħala għaqda kienu kisbu aċċess għal €500,000 f 'fondi Ewropej. "Kellna klassijiet, neħħejna l-asbestos, kellna klinika, kellna workshop, konna norganizzaw avvenimenti kulturali mimlijin ikel u mużika. Niftakar lill- President tal-Ġermanja u lil Cecilia Malmstrom jiġu fiċ-ċentru miftuħ u jfaħħru l-operat taċ-ċentru." Bugri jappella biex il-Gvern ipoġġi mal-għaqdiet mhux governattivi u b'diskussjoni tinstab it-triq tan-nofs. Mistoqsi għalfejn jaħseb li l-Gvern biddel din is-sistema, ladarba kienet qed taħdem? "Forsi kien kien hemm min qal li l-Gvern li l-aħjar sistema hija waħda ċentralizzata, imma ma nafx. Ma kienx hemm konsultazzjoni magħna. Aħna konna 25 ħaddiem u ħafna minnhom tilfu xogħolhom." Bugri sostna li hu kellem lill- Prim Ministru u anke lill-Ministru responsabbli, imma qatt ma kellhom risposta. "Aħna l-uniku inkwiet tagħna kien id-deterjorament tas- sitwazzjoni fiċ-ċentru miftuħ u hekk ġara, iż-żmien tana raġun." Ċirku vizzjuż: mill-Marsa għall- ħabs u lura... Huwa hawnhekk li Bugri jispjega kif ħafna drabi l-immigranti jidħlu f 'ċirku vizzjuż. "Minn Mount Carmel għall-ħabs, għall-komunità, imbagħad lura għall-ħabs. Għal xi wħud, l-aħjar post huwa l-ħabs, għax anke jekk jitilfu l-libertà, tal- inqas ikollhom il-bażiku; ikel matul il-jum." Imma kemm hi komuni din li l-immigranti jfittxu li jmorru l-ħabs? "Jiena kienu jiġu nies fuqi," jispjega Ahmed Bugri, "li jgħiduli narak tliet xhur oħra, għax ikunu qed jippjanaw li jidħlu l-ħabs. Jekk m'għandekx flus, jekk m'għandekx fejn tmur, jekk m'għandekx x'tagħmel, fejn se tmur jekk mhux il-ħabs?" Huwa jkompli jgħid li dan huwa ċirku vizzjuż, "mur il-Marsa, tkellem man-nies. Nies li jpoġġulek f 'bar ma jagħmlu xejn, nies li joqogħdu jixorbu u jibilgħu d-drogi l-ġurnata kollha. Dawn ħafna minnhom ikunu każi ta' persuni li għaddejjin minn sfidi psikoloġiċi. U dak huwa li nesperjenzaw aħna." Lura għall-punt li bih bdejna: il-Marsa. Bugri jfakkarna f 'kemm hemm immigranti li litteralment jgħixu u jorqdu taħt il-pont. "U jekk m'għandhomx fejn imorru u m'għandhomx fejn jgħixu, fejn se jagħmel il-bżonnijiet tiegħu? Jekk xi ħadd li m'għandux saqaf fuq rasu jkollu l-ħtieġa li jaqdi l-bżonnijiet tiegħu u kull fejn imur jgħidulu biex jitlaq 'il barra, x'jagħmel? Mhux ikollu jagħmel ma' siġra? Ma jagħmluhiex għax jobgħodu lill- Marsin," jaċċerta Bugri lill-ILLUM. Huwa jerġa' jirrepeti li s-soluzzjoni ma tistax tkun waħda ta' malajr, bħal din li titrasferixxi l-problema minn post għall-ieħor. "Ejja ngħidu nibagħtuhom Ħal Far minflok il- Marsa. X'se nkunu solvejna? Terġa' u tgħid, Ħal Far huwa bil-wisq agħar għax m'hemm xejn madwar iċ-ċentru. Mhux qed nipprova nippunta s-swaba, imma hemm bżonn nanalizzaw is-sitwazzjoni." 'Kieku kienu Sqallin jew Russi kienu jipprotestaw?' Intant wasalna fit-tmiem tal- intervista li saret fl-uffiċċju tiegħu f 'San Ġwann u nistaqsih biex jgħaddi messaġġ lil dawk li llum se jkunu qed jipprotestaw minħabba s-sitwazzjoni fil-Marsa. "Ngħixu f 'demokrazija u kull persuna li tħossha aggravata, għandha dritt tipprotesta. Imma tajjeb niftakru wkoll li hemm benefiċċji. Hemm il-benefiċċju li l-Marsa llum saret aktar vibranti, in-nies qed jikru, qed jixtru. Hemm problemi mela, imma hemm benfiċċji wkoll. Hemm problemi u dwarhom jien nissimpatizza mal-Marsin." Huwa jgħid li hu tajjeb li wieħed jistaqsi wkoll jekk il-Marsin ħarġux biżżejjed l-id tal-ħbiberija. "Kieku kienu Sqallin jew Russi jew minn irħula oħrajn kienet issir protesta? Jew min se jipprotesta se jagħmel dan għax ma jridux nies ta' karnaġġjon iswed?" "Għixt u ħdimt il-Marsa u konna qed nagħmlu programmi u inċentivi, biex il-komunità tgawdi iktar," itemm jgħid Bugri. huwa biss il-quċċata tal-problema' Ritratt: Jesmar Baldacchino Ahmed Bugri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017