Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 20 B i kritika spiss nifhmu tmaqdira. Hemm madankollu sens ieћor tal- kelma 'kritika' fejn wieћed mhux imaqdar xi ћaġa, imma jara kemm in-nuqqasijiet u kemm il-possibiltaijiet ta' xi ћaġa. Fejn ћaġa tista' tasal, u fejn le. Hu f 'dan it-tieni sens li beћsiebni nagћmel kritika fuq xi aspetti tal-proposti li l-Alleanza Kontra l-Faqar gћamlet gћall-baġit li ġej. Se niffoka fuq tliet aspetti partikolari; l-gћoli tal-ћajja, il-bini u l-living wage. Il-bini - ideat tajba u…nuqqas ta' viżjoni politika Il-bini sar pjaga ewlenija gћal pajjiżna. Bћad-droga gћal min ikun dipendenti fuq din, il-bini hu kemm meћtieġ gћall- ekonomija suppost tajba ћafna tagћna gћax huwa wieћed mil- ftit setturi li jimpjega numru mhux ћażin ta' nies (labour intensive). Hu wkoll imma pjaga mill-kbar kemm fuq livell ambjentali (mhux biss qed ikerrah pajjiż, imma qed joћloq problemi enormi psikoloġiċi u marbuta mal-mod kif bih ngћixu), u kemm fejn jidћlu l-bwiet ta' ћafna gћax l-istat tajjeb ta' din l-industrija qed jissaraf fi prezz gћola gћal xiri u kera ta' propjetà. L-Alleanza Kontra l-Faqar, ġustament, talbet lill-Gvern biex iwaqqaf Bank Soċjali biex jgћin lin-nies isiru sidien ta' darhom, jaћdem biex il- prezzijiet tal-kera jsiru aktar stabbli u jiġu regolati l-kirjiet, tingћata gћajnuna biex dawk li gћandhom dћul baxx isiru sidien ta' darhom u jsir aktar investiment fl-akkomodazzjoni soċjali. Madankollu, limitu ta' dawn il-proposti kien li, bl-eċċezzjoni ta' forsi l-ewwel waћda, jiffukaw biss fuq il- foqra u dawk ta' dћul baxx. Dawn, bla dubju ta' xejn, huma dawk li qed ibatu l-aktar fis- sitwazzjoni. Madankollu, kif kont ktibt f 'artiklu numru ta' xhur ilu ('Il-Ħrafa tal-Klassi tan-Nofs', Illum, 18 t'Ottubru 2016) hemm bosta minn dawk li ma jqisux ruћhom li huma f 'dawn is-saffi, li wkoll fir-realtà ma tantx gћaddejjin tajjeb. Il-proposti tal-Alleanza ma jaћsbux f 'dawn. Wieћed gћandu mnejn jargumenta li l-Alleanza Kontra l-Faqar mal-fqar biss trid taћdem. Madankollu, dan il-mod ta' kif wieћed jirraġuna hu żbaljat. Hu faċli gћal min qed ipappiha tajjeb li jkeskes li dawk li jqisu lilhom infushom fil- klassi tan-nofs kontra dawk li jinsabu (almenu f 'gћajnejhom u f 'moћћhom) taћthom billi jkompli gћaddej bil-latanija li ilna nisimgћu spiss, li l-foqra jridu kollox b'xejn jew li dawn isibu miljun imbuttatura u l-middle class le. Il-proposti tal- Alleanza Kontra l-Faqar jistgћu jiġu (abb)użati minn min irid jagћmel dan. Fl-opinjoni tiegћi kien ikun aktar bis-sens gћall-Alleanza li, gћal raġunijiet kemm tattiċi u kemm oћrajn marbuta mall- fatt li l-'klassi tan-nofs' mhix gћaddejja tajjeb daqs kemm forsi timmaġina (li tagћmel l-aqwa żmien ta' ћajtek taћdem gћal-loan mhix aċċettabbli), li barra mill-proposti (tajbin) imsemmija hawn, l-Alleanza tipproponi miżuri li jmorru aktar lil hinn. Proposti li jaraw li s-suq tal-bini u l-kiri jonqos gћal kulћadd, u mhux biss gћal dawk bi qligћ baxx jew foqra. Ngћidu aћna setgћet tipproponi li l-gvern jixtri bini sostanzjali hu (wara kollox il-finanzi tal-pajjiż suppost jifilћu dan), u jitfgћu fis- suq gћal kulћadd bit-tama li dan iwassal gћal tnaqqis tal-prezzijiet b'mod ġenerali. Nispera li l-Alleanza ma naqsitx milli tagћmel gћax ma riditx tagћmel dak li fil-kultura Neo-Liberali li qed taћkimna titqies bћala dgħawa, jiġifieri li tissuġerixxi li jintmess il-qligћ tal-qtates il-kbar? Ir-rebus tal-living wage Hemm imbagћad il-proposta li tiddaћћal 'living wage'. Din il- frażi llum hi moda, madankollu mhux ċar wieћed x'gћandu jifhem biha. Jekk jaqlibha litteralment, wieћed jista' jifhem 'paga li tippermettilek tgћix', imma konkretament xi tfisser mhux ċar. Lanqas l-Alleanza Kontra l-Faqar mhu qed tkun ċara f 'dak li tifhem u allura li trid. Jekk wieћed jifhem paga li tippermetti familja standard (ngћidu aћna żewġ ġenituri u żewġt itfal) jgћaddu b'mod sura ta' nies allura l-living wage mhi xejn gћajr minimum wage (il-paga minima suppost tippermetti familja bћal din tgћix ћajja sura ta' nies) taћt isem ieћor. Jekk b'living wage qed jifmhu paga li tippermetti lil Marija li hi waћidha tgћaddi, u lil Frans li hu responsabbli ta' ћamsa min- nies oћra jgћaddi wkoll hu u familtu, allura gћandu jkun ċar dan ifissirx li, jekk nassumu li Marija u Frans jagћmu l-istess xogћol mal-istess sid, ser jirċievu pagi differenti, skont il- bżonnijiet differenti tagћhom. Dan ikun preċedent perikoluż gћax jeqred il-prinċipju sagrosant tal-istess paga gћall- istess xogħol. Apparti l-kwistjoni ta' x'inhi l-living wage, hemm imbagћad il-biċċa importanti daqsha, ta' kif il-living wage ser tiddaћћal. Anke hawnhekk jekk tfittex ftit fuq il-living wage issib li mhux kulћadd jaqbel dwar kif din tiġi fis-seћћ. Hemm min jgћid li din tidћol bi qbil bejn is-sidien jew xi sid partikolari, u l-ћaddiema jew xi grupp ta' ћaddiema. Hemm min jgћid li gћandha tiddaћћal b'liġi mill- gvern. Tal-ewwel tkun telfa gћall-ћaddiema gћax dik ta' paga diċenti tkun konċessjoni u mhux dritt. Il-Partit Laburista fil-manifest elettorali isemmi li hu favur il-living wage. Imma jgћid ċar u tond li jrid li din tidaћћal bi qbil u ma jsemmix liġijiet li jimponuha jekk dan il-qbil ma jseћћx. Dan ikompli jgћin il-mentalità li l-ġustizzja soċjali tiddependi minn jekk jaqblux ma din is-setgћana u s-sidien, u li l-Gvern ma jistax juża l-istat biex jimponi din. Dan hu ћsieb Neo-Liberali. L-Alleanza Kontra l-faqar hawnhekk hi ċara. Trid li din il-living wage tidћol b'mod statutorju, jiġifieri b'liġi. Dan hu mill-aktar tajjeb. Nispera li jekk il-Gvern jipprova jdaћћalha mod ieћor, tiqaflu. Proposta mill-aqwa Proposta mill-aqwa tal- Alleanza hi dik li l-mod li bih jiġu kkalkulati l-prezzijiet u b'hekk jitqies l-gћoli tal-ћajja, jinbidel u jiġi jirrifletti l-bżonnijiet vera ta' faxex differenti fis-soċjetà. Pensjonant jonfoq ћafna fuq ikel u mediċina, u aktarx li ma jonfoq xejn fuq kompjuters. Ma tista' tgћid li l-ћajja gћoliet b'gћaxra fil-mija gћax l-ikel gћola bi tletin, u l-kompjuters raћsu b'gћoxrin. Gћal dan il- pensjonant, l-gћoli tal-ewwel u mhux ir-roћs tat-tieni jgћodd. L-istess jista' jingћad gћal kategoriji u persuni vulnerabbli oћra. Tal-aћћar Din mhex marbuta direttament mal-proposti tal- Alleanza Kontra l-Faqar, imma hi marbuta wisq mal-faqar u ma nistax ma nsemmihiex. Nixtieq ngћid prosit lill- President Coleiro Preca talli laqqgћet lill-immigranti mall-Kunsilli Lokali fejn hemm konċentrazzjoni kbira ta' dawn. Dawn kollha rrikonexxew il- problemi li jeżistu fuq naћa u oћra, u gћarfu li kaġun ewlieni ta' dawn huma problemi soċjali u ta' faqar. Flok qagћdet titfa l-faћam, tilgћab gћall-platea jew, min-naћa l-oћra, tagћmel serati fejn tippriedka lil min hu ikkonvertut u lil min ċerti realtajiet ma jgћixhomx, ippruvat tibni pont. "Hu faċli gal min qed ipappiha tajjeb li jkeskes lil tal-klassi tan-nofs kontra dawk li jinsabu tathom billi jkompli gaddej bil-latanija li l-foqra jridu kollox b'xejn jew li dawn isibu miljun imbuttatura u l-middle class le" Proposti tajba imma… MICHAEL GRECH Opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017