Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 | illum Sports 31 ILFEDREZZAJONI Maltija Għall-Motorsport (MMF) laqgħet b'sodisfazzjon is-suċċes ta Duncan Micallef, Simon Giordmaina u Franklyn Borg, membri ta' l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing (MDRA). Duncan Micallef illi f 'Marzu li għaddha ġie rikonoxxut bħalha L-Isportiv Tas-Sena mill- Għaqda Gurnalisti Sportivi ta pajjiżna wara li sar l-iktar raġel veloci ta' l-Ewropa, issa sar ukoll FIA European Champion tal-Klassi Top Fuel Dragster li hija l-għola klassi u l-aktar klassi veloċi tal-Kampjonat tad-Drag Racing, kampjonat li ġie organizzat f 'diversi ċirkwiti madwar l-Ewropa fix-xhur li għaddew taħt ir-regoli tal Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobilizmu (FIA). Suċċess notevoli ieħor kien dak tat-tim Simon Giordmaina u Franklyn Borg illi spiċċaw fit-tielet post tal-klassi Super Street Bike, klassi kompetittiva ħafna fejn madwar 30 mutur jikkompetu minn kull rokna ta' l-Ewropa. Giordmaina bħalha tuner u Borg bħalha sewwieq irnexxilhom ukol jiksru ir-rekord Ewropew ta' din il-klassi meta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, saqu l-kwart ta' mil f 'Santa Pod l-Ingilterra f '6.91 sekonda b'veloċità massima ta' 204.22 mil fis-siegħa. Għalkemm Simon u Franklyn ikkompetew barra minn pajjizna diversi drabi fejn anke Simon kellhu suċċessi kbar din kienet l-ewwel darba illi għamlu kampjonat sħiħ. Dan il-kampjonat Ewropew jiġi organizzat taħt ir- regoli tal-Federazzjoni Internazzjonali għall- Motocikliżmu (FIM). F'mumenti bħal dawn il-Federazzjoni kif ukoll id-dilettanti tal- motorsport ma jistgħux ma jurux id-disappunt tagħhom meta jinnotaw in-nuqqas ta sapport illi il-clubs u l-atleti tal- motorsport isibu. Apparti illi l-kwistjoni tat-trakka nazzjonali ilha tkaxakar saqaja għal-snin kbar hemm ukoll in-nuqas ta' investiment f 'postijiet li ġew identifikati għall- motorsport imma għadħom ma jistgħux jintuzaw kif ukoll oħrajn li qiegħdin fi stat ta' manutenzjoni ħazina. Il-federazzjoni temmen illi anke l-ammont ta fondi illi sewwieqa tal- motorsport jiġu allokati minn Sportmalta huwa anqas minn dak li jiġi allokat għal dixxiplini sportivi oħra. Il-Federazzjoni Maltija Għall-Motorsport (MMF) tilqa' b'sodisfazzjon aktar unuri ta' sewwieqa Maltin fuq livell Ewropew Tliet atleti Maltin jipparteċipaw fil-Kampjonati tal-Common- wealth tal-Weightlifting fl-Awstralja Kieran Mifsud -azzjoni. Ritratt - CWC Gold Coast 2017 ILKAMPJONATI tal- Commonwealth tal-Weightlifting kienu għaddejjin tul il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Gold Coast, l-Awstralja, fejn tliet atleti Maltin ipparteċipaw f 'dawn il- kampjonati li kienu ta' importanza kbira minħabba li kienet l-aħħar opportunità għall- atleti kbar li jiksbu pożizzjoni tajba għall-kwalifikazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth li se jsiru fl-istess post f 'April 2018. Kieran Mifsud fil-kategorija 105kilo, kellu prestazzjoni eċċezzjonali nhar il- Ġimgħa. Huwa beda l-kompetizzjoni b'livell ta' suċċess. Fir-refa' snatch għamel it-tentattiv tiegħu ta' 126 kilo u 130 kilo. Huwa falla bi ftit l-aħħar tentattiv ta' 132kilo. Fil-Clean and Jerks wera li kien aktar b'saħħtu, u rnexxielu jikseb it-tliet tentattivi tiegħu 160 kilo, 166 kilo u 170 kilo. Huwa għalaq il-kompetizzjoni b`refa' totali ta' 300 kilo. Minħabba l-importanza ta' dan l-avveniment għall-klassifiki tal-Commonwealth, il-kompetizzjoni kienet b`tensjoni qawwija għal ħafna mill-pajjiżi biex jiżguraw il-postijiet tagħhom. Mifsud mhux biss irnexxielu jikseb pożizzjoni diċenti fil-klassifika, iżda f 'dan il-kuntest irnexxielu jikseb ir-raba' pożizzjoni fis-sezzjoni għal- lifters juniors fil-kategorija tal-105kilo. Barra minn hekk, Mifsud irnexxielu jikser 16-il rekord nazzjonali - żieda ta' 20 kilo fuq it-total ta' qabel. Jessica Edge (-53kilo) ħadet sehem fl- ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni. Edge kellha kompetizzjoni tajba, u refgħet 57 kilo f`snatch u 71 kilo f`Clean and Jerk għal total ta' 128kilo li ddominat il-grupp B, b`disa' kilogrammi aktar. Kyle Micallef (-85kilo) spiċċa b'total ta' 273 kilo. Sfortunatament, ma kienx fl-aqwa kompetizzjoni tigħu, u rnexxielu jerfa' l-piżijiet tal-bidu ta' 121kilo Snatch u ta' 152 kilo fir- refa' Clean & Jerk, u ħalla ħafna kilogrammi warajh. Madankollu, anke hekk, Micallef irnexxielu jikser żewġ rekords nazzjonali f 'din il-kategorija. L-atleti flimkien ma' Jesmond Caruana ħallew Malta fl-24 t'Awwissu għall-kamp ta' taħriġ ta' ġimgħa ġewwa Brisbane qabel dawn il-kampjonati. Il- klabb tal-Weightlifting Cougars ospita l-atleti waqt li kienu hemm b'appoġġ mill-IWF. Il-parteċipazzjoni f 'dan il kampjonat kien possibli bil-kontribut tal-KOM u SportMalta. It-tliet atleti flimkien ma' Yazmin Zammit Stevens issa jkollhom jistennew sal-aħħar ta' Ottubru sakemm jagħlqu l-kwalifiki kollha u jirċievu l-konferma finali għall- CWG2018. Peressli, Kieran Mifsud għadu atleta Junior huwa jkollu opportunità oħra biex isaħħaħ ir- riżultat tiegħu fil-Kampjonati Ewropej Junior f 'nofs Ottubru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017