Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826
illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 I l-kanzunetta 'In The Name Of Love' ta' Martin Garrix u Bebe Rexha għandha titlu tassew relevanti għaż- żminijiet tal-lum! L-għajta ta' ħafna hekk hi: "naċċettaw kollox u lil kulħadd f 'isem l-imħabba!" Meta lil Ġesù staqsewh liema hu l-akbar kmandament fil-liġi, hu wkoll qalilhom li l-qofol tal-liġi hi l-imħabba. Wieġeb hekk: "Ħobb lill- Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, b'ruħek kollha, u b'moħħok kollu.' Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U t-tieni jixbhu: 'Ħobb lil għajrek bħalek innifsek' (Mattew 22:37-39). Li l-Mulej Ġesù kkmandana nħobbu lill- proxxmu tagħna kollu nafuha bl-amment. Infatti spiss nikkwotawha, speċjalment meta jkun jaqblilna! Imma Kristu jgħidilna li l-ewwel u qabel kollox, qabel ma nħobbu lill-proxxmu, irridu nħobbu lil Alla, hu li hu l-imħabba nfisha! Jekk "naċċettaw kollox u lil kulħadd f 'isem l-imħabba," ma nkunux qed nikkontradixxu lilna nfusna jekk fl-istess nifs ninjoraw lil Alla, ma naċċettawx lilu u l-kmandamenti tiegħu? U jekk nagħmlu hekk ma nkunux qed nagħmlu adulterju ma' Alla? Ma nkunux qed naqilbuhielu? Ma nkunux qed noħolqu alla f 'moħħna, skont l-ideal tagħna? Nirrealizzaw li r-raġunament tal-ewwel jien qed jibni idolu, alla falz f 'ħajjitna? Ċertament Alla qalilna biex inħobbu lill-proxxmu tagħna kollu imma fl-ebda punt ma qalilna biex naċċettaw id-dnub tiegħu jew inċapċpu għal kwalunkwe mġiba morali tiegħu! Qatt ma jgħaddili minn rasi nħalli lit-tifel jew tifla tiegħi f 'xi vizzju għax nikkuntenta bir- raġunament li ħajjithom hi tagħhom. Qatt ma jgħaddili minn rasi ma nibgħatx lil uliedi l-iskola sempliċiment għax jippreferu ma jmorrux! Dejjem nipprova nressaqhom lejn dak li hu tajjeb u nwarrabhom minn dak li hu ħażin. Hekk tirrikjiedi l-imħabba. Jaf tgħidli li hemm tipi differenti ta' mħabba jew li kull bniedem iħobb kif jaf hu; fuq dan naqblu perfettament. Imma tista' tgħid li tista' tħobb persuna mingħajr ma tgħaddilha l-imħabba? Ċertament li le! Daqstant ieħor ma tistax tħobb persuna mingħajr ma tgħaddilha lil Alla - Missier Sidna Ġesù Kristu, li hu l-imħabba nfisha! Hu l-awtur tagħha! Mela m'hemmx imħabba ogħla milli tgħaddi lil Alla permezz tal-vanġelu tiegħu lil ħaddieħor! Lil min tħobbu tipprova tagħtih l-aħjar u mhux neċessarjament dak li jkun irid! Dan hu dak li ħafna ma jistgħux jifhmu. Persuna turiha li tħobbha billi tiftħilha għajnejha u mhux billi tħalliha tgħaffeġ fit- tajn. Turiha li tħobbha billi tħobbha b'dik l-imħabba li ma tintemmx malli jgħaddu dawn l-erbat ijiem fuq din l-art imma tkun waħda li l-valur tagħha ma jmut qatt. Għalhekk kull Kristjan għandu juri ħniena mal- proxxmu tiegħu, irrelevanti min hu u x'inhu. Ġesù hekk għallimna u hekk kmandana. Hu imħabba u jilqa' lil kull min imur għandu, anke lill-agħar midinbin! Imma ma rridux ninsew u lanqas ninjoraw il-fatt li Kristu, wara li jilqagħna għandu, inaddafna, u jgħidilna: 'Mur u tidnibx iżjed!' Ma nistgħux nużaw l-isem ta' Alla meta u kif jaqblilna, u mill-bqija nwarrbuh! Jekk nagħmlu hekk inkunu qed nabbużaw mill-ħniena u mill-imħabba tiegħu! Dak li tapprova l-liġi ċivili, mhux neċessarjament hu tajjeb moralment. Mingħajr ma ninvolvi ruħi ma' xi partit politiku, b'dispjaċir, ngħid li qed nara lil Malta tinbidel u ssir aktar liberali tant li post għal Alla fil-qalb kbira li l-Maltin magħrufa għaliha, m'għandhiex! Ngħidu li aħna pajjiż Nisrani u safrattant, ħafna minna naġixxu daqs l-akbar atei. Nittama f 'Alla li ma nkomplux imissu l-qiegħ. Jalla l-għajta ta' 'Naċċetta lil kulħadd f 'isem l-imħabba,' tal-inqas tiġi applikata fil-liġi kontra l-abort. Diġà ma jagħmilx sens li qed naċċettaw lill-bniedem qabel Alla! Kemm inkunu aktar ipokriti jekk wara li ngħidu li naċċettaw lil kulħadd u neskludu lil Alla, nispiċċaw ma naċċettawx ukoll tarbija, ħlejqa innoċenti, apparti mill-omm, li għandha dritt tgħix daqskemm għandek int u jien. Alla fl-ewwel kmandament qal hekk: "Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek...ma jkollokx allat oħra għajri" (Eżodu 20:2-3). Jista' jkun li ħafna qed jinsew li dan il-kliem qalu Alla u allura japplikawh f 'ħajjithom daqslikieku qaluh huma nfushom? Għax dan hu r-raġunament tal-bniedem mingħajr Alla: "Jien alla tiegħi nnifsi, jien nikkmanda!" jew, "Ħajti hi tiegħi u nagħmel biha li rrid!" Raġunament li jfalli bil-kbir meta wieħed jasal jirrealizza li ħajjitna fil- fatt mhi tagħna xejn. Meta jrid, Dak li jista' kollox, jeħodhielek għax int m'intix kapaċi tkun sid saħansitra fuq ħajtek stess! gospelhopecommunity@ gmail.com Minn qalbi nixtieq noffrilek ktieb b'xejn bl-isem: 'Maħfra għall-agħar midinbin' ta' Jonathan Edwards. Dan il-ktejjeb jitratta suġġett li għadu jgħodd sal- ġurnata tal-lum: kbira kemm hi kbira l-ħtija tad-dnub, m'għandhiex tkun ta' ostaklu biex il-midneb jirritorna għand Alla Missierna u jkun maħfur. Jekk inti interessat li tirċievi kopja bil-posta, jekk jogħġbok ibgħat ismek, l-indirizz u l-isem tal-ktieb imsemmi permezz ta' sms fuq 77290051. 24 Rakkont Marylin Bellizzi F'isem l-imħabba! Għandna nilqgħu lil kull persuna, hi min hi, u nagħtuha l-istess imħabba li jagħtiha Alla. Din hi l-aħjar imħabba li wieħed jista' jagħti. Imma sa fejn għandha twassal? "Jalla l-għajta ta' 'Naċċetta lil kulħadd f 'isem l-imħabba', tal-inqas tiġi applikata fil-liġi kontra l-abort" "Qatt ma jgħaddili minn rasi nħalli lit-tifel jew tifla tiegħi f 'xi vizzju għax nikkuntenta bir-raġunament li ħajjithom hi tagħhom"