Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Sports 30 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. Farrugia, Zammit, Sultana u Chircop jiddominaw l-attività ASMK f 'Għawdex MATUL tmiem il-ġimgħa ta' bejn il-Ġimgha 8 u l-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) organizzat b'suċċess ir- raba' attività bil-karozzi Autocross fix-Xewkija, Għawdex. Din l-attività saret bil- kolaborazzjoni u l-għajnuna tal-Ministru għal Għawdex li aktar kmieni dan ix-xahar offra s-sapport tiegħu għal żewġ attivitajiet li l-għaqda organizzat f 'din il-gżira, din tal-karozzi li saret nhar il-Ħadd u dik bil-muturi Enduro li se ssir fil-bidu tas-sena d-dieħla. Ix-xogħol fuq il-korsa temporanja għall-karozzi Autocross dam sejjer ġimgħa b'diversi xogħlijiet li saru bil-għajnuna ta' ħaddiema tal-Gvern u l-uffiċjali tal-ASMK. Dan sar b'maniġġjar tajjeb ta' riżorsi u makkinarju kemm li għandha l-ASMK, liema makkinarju ġie trasportat għal Għawdex u makkinarju ieħor li matul din il-ġimgħa ġew minn diversi benefatturi u mill- Ministeru t'Għawdex ukoll. L-Assoċjazzjoni xtaqet tirringrazzja wkoll lill- Gozo Horse Racing Association (GHRA) li aċċettaw it-talba tal- ASMK għall-użu ta' parti mill-korsa biex tinbidel f 'korsa temporanja għall- karozzi Autocross. Dan sar għal ftit jiem. Grazzi wkoll tal-koperazzjoni li kellna mill-Korp tal- Pulizja, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet f 'Għawdex, mill-Gozo Sports Board, Road Construction Ltd, Gatt Construction Ltd, il-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-Ilma (WSC) u fl-aħħar u mhux l-inqas grazzi speċjali lill-familja Apap mir-Rabat li assistew lill-uffiċjali tal-ASMK f 'kull problema li ltaqgħu magħha matul din il- ġimgħa ta' tħejjija tal-korsa temporanja. L-għan prinċipali ta' din l-attività kien biex jinġabru fondi b'risq il-Fondazzjoni Arka. Grazzi għall- ġenerozità tal-ispettaturi li attendew għal din l-attività ta' darba fis-sena u daqstant ikkontribwixxew bid- donazzjoni tagħhom. Waqt il-preżentazzjoni tat-trofej lill-kompetituri rebbieħa Johnny Micallef - viċi-president tal-Għaqda rringrazzja lil kulħadd u qal li jekk l-għajnuna tkun provduta l-Assoċjazzjoni terġa' torganizza avvenimenti bħal dawn kemm bil-karozzi kif ukoll bil-muturi f 'Għawdex matul is-sena li ġejja. Intant, ħarsa lejn x'ġara matul il-ġurnata tal- Ħadd fejn 31 kompetitur irreġistraw għal din il- kompetitzzjoni maqsuma fi tliet klassijiet - dik Autocross Modified bis- sewwieqa Maltin, klassi oħra bis-sewwieqa Għawdxin u Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin. Fl-Autocross bis-sewwieqa Maltin rajna lil Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Vince Farrugia fuq VW Polo jirreġistraw l-ogħla punteġġ tal-ġurnata. Minkejja li dawn ma rebħux il-heats kollha tal-ġurnata, xorta kienu l-ewwel sewwieqa li ssiġillaw posthom fil-finali tal-ġurnata. Magħhom ikkwalifikaw Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Farrugia jagħmel ħruġ tajjeb segwit minn Pisani u Micallef. L-attenzjoni marret mill- ewwel fuq Grech li mill- aħħar pożizzjoni beda javanza sakemm wasal wara Micallef b'dan tal-aħħar jiddefendi postu sal-aħħar. Ftit qabel tmiem din il- finali Pisani żviluppatlu ħsara mekkanika fir-rota ta' quddiem fejn kellu jċedi postu. Ir-riżultat finali spiċċa b'Farrugia jirbaħ din il-finali segwit minn Micallef u Grech. Fl-Autocross bis-sewwieqa Għawdxin rajna lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud jirbaħ il-finali Klassi A segwit minn Marvin Grima fuq Opel Corsa. Fit-tielet post spiċċa Joseph Agius fuq Ford Fiesta filwaqt li fir-raba' post spiċċa Mario Attard fuq Ford Fiesta wkoll. Fil-Finali Klassi B bis- sewwieqa Għawdxin rajna lil Marvic Sultana fuq Toyota Starlet jirbaħ din il-finali segwit minn Joseph Gauci fuq Alfa Sud. Fit- tielet post spiċċa Godwin Mizzi fuq Honda Civic filwaqt li fir-raba' post spiċċa Lawrence Attard fuq Peugeot 306 L-Autocross Standard bis-sewwieqa Maltin kienet mirbuħa minn Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 segwit minn Joseph Spiteri fuq Opel Corsa. Fit-tielet post spiċċa Joseph Micallef fuq Opel Nova waqt li fir-raba' post spiċċa Karl Curmi fuq Opel Corsa. Fil-ħames post daħal Kyle Agius fuq Renualt 5. Intant, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi mistennija tħabbar il- Kalendarju tal-istaġun 2017/2018 fil-jiem li ġejjin. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni www.asmk. org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@ asmk.org.mt jew fuq in- numru tal-mowbajl 9942 5489. It-tluq tal-nali AX Standard Ritratti - Mario Micallef

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017