Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826
illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Intervista 12 'Dak li qed jiġri fil-Marsa huwa I llum se ssir protesta il- Marsa. Protesta kontra dak li r-residenti qed jgħidu li huwa l-istat ta' abbandun u telqa li fiha tinsab din il-lokalità. Il-ġimgħa l-oħra, din il-gazzetta rrappurtat diversi lmenti ta' residenti Marsin. Fost l-aktar ilmenti komuni, kien hemm l-abbuż tal-alkoħol fit- toroq, drogi, persuni li jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom fit-triq, sokor u saħansitra atti oxxeni fil- pubbliku. L-ILLUM tiltaqa' ma' Ahmed Bugri, persuna mill-Ghana imma li llum għandha ċittadinanza Maltija u li għal xi żmien kien qed jieħu ħsieb iċ-Ċentru miftuħ tal-Marsa. Jagħtihom tort lill-Marsin ikunu rrabjati? Jagħtihom tort li huma mdejqin ħafna bis-sitwazzjoni? Jew jaħseb li dan huwa biss frott ta' sentiment razzista? "Le ma nagħtihomx tort u iva għandhom raġun," jibda jispjega Bugri li jkun pront ifakkar iżda li s-sitwazzjoni fil-Marsa mhix xi ħaġa li bdiet illum. "Is-sitwazzjoni ma bdietx illum jew ilbieraħ, vera li hemm min jitkellem b'sentiment kontra l-persuna għax immigrant. Imma naf, mill-esperjenza ta' 10 snin ngħix u naħdem il-Marsa, li dawn il-problemi huma veri. Irridu nistaqsu imma x'wassal għal dan l-atteġġjament. Is-sitwazzjoni fil-fatt," ikompli jgħid Bugri, "turi t-telqa u l-abbandun f 'dak li jirrelata ma' politika ħolistika dwar l-immgrazzjoni." L-integrazzjoni seħħet...imma b'mod ħażin "Inti trid tara li din il-problema taffaċċjaha mhux biss bir-regoli imma billi tgħin lill-persuna ssir aktar parti mill-komunità, billi tintegra." Infakkru li sar ħafna diskors dwar integrazzjoni. Saru ħafna wegħdi minn ħafna individwi u anke għaqdiet. Imma l-integrazzjoni seħħet jew qed iseħħ f 'pajjiżna? Jew parlajna biss? "Jien naraha mod ieħor. Jien naraha li l-integrazzjoni seħħet, imma b'mod ħażin. U l-politika tal-Gvern mill-2004 dejjem ħarset lejn il-problema bħala waħda li se titlaq malajr. Fid-detenzjoni," jibda jispjega Bugri, "ma kien hemm xejn li jappoġġja inizjattivi għall-integrazzjoni. L-esperjenza tad-detenzjoni ikkontribwiet għall-problema li għandna llum, għax wara sitt jew tmien xhur, il-persuna toħroġ mid-detenzjoni u tibqa' maqtugħa mir-realtà tal- komunità." "Illum qed naħsdu l-frott ta' sistema ta' detenzjoni falluta. Għalhekk ma nistgħux inwaħħlu fin-nies, meta qed jiġri dak li qed naraw fil-Marsa." Mhux billi ngħidu lil xi ħadd 'mur integra' Bugri jispjega kif meta l-Foundation for Shelter and Support to Migrants, li jmexxi hu stess, ħadet ir-responsabbiltà tat- tmexxija tal-istess ċentru miftuħ kienet ħadet diversi inizjattivi biex taċċerta li jkun hemm preparazzjoni serja biex il-persuna tintegra meta toħroġ miċ-ċentru. "Illimitajna ż-żmien li fih persuna tibqa' fiċ-ċentru, provdejna korsijiet tat-tagħlim fil-lingwi, provdejna appoġġ biex il-persuni jsibu impjieg, appoġġjajna każijiet ta' mard mentali, tajna għajnuna psiko-soċjali u ħafna iktar." Bugri jfakkar li l-bniedem mhux billi tgħidlu, 'mur integra' u jitkellem dwar il-passi li kienet għamlet il-Fondazzjoni sal-2015, qabel ma l-Gvern preżenti waqqaf l-operat tagħha fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa. "Ikollok persuna mis- Somalja li qatt ma ra struttura, li ma jafx lingwa, li qatt ma mar skola, ma jistax jaqbad u jsib xogħol. U ma ninsewx ukoll it- trawma li jgħaddu minnha." U hawnhekk, Bugri jfakkar fil- vjaġġ bil-baħar li jagħmlu ħafna mill-immigranti ġejjin minn pajjiżi Afrikani, "ma ninsewx it-trawma li tgħaddi minnha persuna li tkun vjaġġat daqstant bil-baħar, tara lil sħabha jmutu u imbagħad tqatta' sena u nofs f 'detenzjoni. Dan kollu jħalli effett psikoloġiku fuq persuna, u persuna bi trawma u problemi mentali tirreaġixxi bil- vjolenza, u bla għajnuna l-persuna ma tistax tintegra." Il-Marsin twikkew bi problema li ma kinitx tagħhom Bugri jerġa' jmur lura għall- ilmenti tal-Marsin u jgħid li ż-żieda fl-abbuż fis-sustanzi huma parti mit-trawma. "Jekk persuna qiegħda hemm, bla prospetti, fl- istess post bilqiegħda, x'jagħmel? L-ewwel jibda b'sigarett, imbagħad b'xi joint, imbagħad inbid, imbagħad vodka, imbagħad id- drogi. Is-sistema tagħna nsiet nies li huma parti mis-sistema." Jerġa' jdur fuq in-nies tal- Marsa u jerġa' jiġġustifika r-rabja tagħhom. "In-nies tal-Marsa għandhom raġun sa ċertu punt. Twikkew bi problema li ma kinitx tagħhom meta (l-awtoritajiet) tefgħu l-immigranti l-Marsa u qalulhom biex jippruvaw jgħixu hemm. U hija din is-sitwazzjoni li qajmet tant biża' u rabja minn naħa tal- Marsin u dan kien ikun l-istess kieku ġara f 'Birżebbuġa, kieku ġara fis-Swieqi jew San Pawl il- Baħar." Imma tort ta' min hi din is- sitwazzjoni? "Fl-aħħar mill- aħħar, 'the buck stops with the government'. Ikun min ikun fil- Gvern." Huwa jgħid li l-problema imma mhix waħda politika imma l-mod kif ġiet trattata matul is- snin. "Staqsejna kif nistgħu noffru qafas ta' appoġġ u għajnuna? Tajna ċittadinanza lil dawk li ilhom jgħixu Malta aktar minn 10 snin? Għallimniehom il-lingwa Maltija? Le," jasserixxi Bugri li jfakkar kif minflok dan, kienet ikkultivata l-idea li l-immigranti qegħdin hawn Malta għal żmien temporanju, li qegħdin hawn sakemm is-sitwazzjoni f 'pajjiżhom tkun aħjar. "Allura ma tinħoloqx rabta. U jekk ma tinħoloqx rabta ma' Malta, kif tista' l-istess persuna jimpurtaha minn Malta?" "Dak li qed naraw fil-Marsa huwa biss il-quċċata tal-problema u rridu nagħmlu xi ħaġa dwarha, issa." Iċ-ċentru tal-Marsa rilokat: 'Soluzzjoni ta' malajr' Indur fuq il-proposta tal-Partit Laburista li ċ-ċentru miftuħ jkun rilokat f 'post ieħor. Wegħda li sa din il-ġimgħa stess qajmet għagħa kbir hekk kif il-Gvern ippropona li ċ-ċentru jimxi lejn Birżebbuġa. X'inhuma l-ħsibijiet ta' Bugri dwar din il-miżura? Din ċaqliqa ta' konvinzjoni jew sempliċiment spustjar ta' 'problema' minn post għall-ieħor? "Ma jistax ikollok soluzzjonijiet ta' malajr għal din il-kwistjoni, u din hija soluzzjoni ta' malajr," jibda jirreaġixxi Bugri li jkompli jistaqsi kif se jiġu distribwiti l-immigranti. "Min se jintbagħat is-Swieqi? Min se jintbagħat Birżebbuġa? Min se jmur il-Mosta? Fuq liema kriterji se mmexxu n-nies? U l-Gvern x'se jagħmel? Se jagħti lil dawn l-immigranti djar jew appartamenti? Tista' timmaġina r-reazzjoni ta' diversi Maltin li m'għandhomx id-dar tagħhom kif se jirreaġixxu kieku l-Gvern jagħti d-djar lill-barranin?" Bugri jerġa' jfakkar li s-soluzzjoni kienet hemm u kienet qed taħdem. "Kellna ċentru li kien qed jaħdem tajjeb u li m'għadux jaħdem tajjeb illum għax istituzzjonijiet tal- Gvern, ma jistgħux joperaw tajjeb fejn il-bżonn tal-fiduċja hija tant neċessarja. Aħna bħala NGO Illum qed naħsdu l-frott ta' sistema ta' detenzjoni falluta. Għalhekk ma nistgħux inwaħħlu n-nies, meta qed jiġri dak li qed naraw l-Marsa In-nies tal-Marsa għandhom raġun sa ċertu punt. Twikkew bi problema li ma kinitx tagħhom meta [l-awtoritajiet] tefgħu l-immigranti l-Marsa " " " " agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Faqar, mard mentali u nies mingħajr prospetti u skop f 'ħajjithom...Ahmed Bugri jitkellem mal-ILLUM dwar l-immigranti fil-Marsa