Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 FLAĦĦAR diskors tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil qal li ż-żewġ kandidati għas-suċċessur tiegħu Adrian Delia u Chris Said se jkollhom sfida sabiex jegħlbu l-weġgħat tan- nies waqt din il-kampanja elettorali. Enfasizza li ħadd ma huwa akbar mill-partit u li kulmin se jivvota fl-elezzjoni għal Kap m'għandux jinsa dak li jikkaratterizza l-Partit Nazzjonalista filwaqt li spjega kif it-tesserati għall-ewwel darba se jkunu jistgħu jagħżlu l-Kap tal-partit. Simon Busuttil qal li se jħalli warajh partit politiku li qed jiffunzjona fejn il-pagi tal-ħaddiema qed jitħallsu u mhemmx dejn wara li saret kampanja elettorali. Dwar ir- riżultat tal-elezzjoni ġenerali huwa enfasizza li bħalma ġara f 'pajjiżi oħra Ewropej, il-Partit Nazzjonalista ma rnexxilux jirbaħ il-politika tal- popolizmu. Simon Busuttil għamel referenza għal dak li żvelat l-ILLUM, li l-Ewroparlamenti Alfred Sant għażel li ma jipparteċipax fil-votazzjoni tan-nomina tiegħu fil- Parlament Ewropew. Qal li dan kien eżempju ċar tal-popoliżmu tal-Partit Laburista fejn il-Prim Ministru jgħid mod għaċ- ċapċip tan-nies imbagħad l-MEPs għamlu mod ieħor. Dwar l-għażla li ma jibqax Kap tal-PN, Simon Busuttil qal li jrid jagħti eżempju ta' responsabbilitá politika u spjega kif din kienet għalih deċiżjoni iebsa għaliex kien unur għalih li jmexxi l-partit. Enfasizza li se jibqa' membru Parlamentari u nhar it-Tnejn li ġej se jmur il-Qorti biex ikompli l-każijiet li fetaħ dwar il-Panama Papers. Il-Konvenzjonali Ġenerali li saret fid-Dar Ċentrali, kienet indirizzata minn numru ta' kelliema fosthom l-eksChairman tal- Alternattiva Demokratika Michael Briguglio li spjega ż-żmien li kienu avversarji politiċi fejn dejjem irrispettaw lil xulxin. Saħaq li kieku ma kienx għal Simon Busuttil illum mhux parti mill-Partit Nazzjonalista. Matul il-konvenzjoni ż-żewġ kandidati għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u Chris Said kienu bilqegħda ħdejn xulxin. Preżenti wkoll il-predeċessur ta' Simon Busuttil, l-eksPrim Ministru Lawrence Gonzi u martu Kate. Jammontaw għal 15,527 it-tessarati tal-Partit Nazzjonalista li huma eleġibbli li jivvutaw fl- elezzjoni għal Kap ġdid, li minnhom 2,595 diġá vvutaw is-Sibt li għadda. Simon Busuttil jgħid li t-tellieqa għal Kap ġdid ħalliet weġgħat fil-PN ...jgħid ukoll li min se jivvota għal Kap ġdid għandu jiftakar f 'dak li huwa l-partit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017