Illum previous editions

illum 17 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Opinjoni 16 W aħda mid- domandi li kull min qiegħed fil-kamp politiku għandu jsaqsi hi: fejn irridu nieħdu lil pajjiżna fi żmien 10, 20 sena mil-lum? Kif tara lil pajjiżna ġenerazzjoni, tnejn oħra? Biex twieġeb din id- domanda, l-ewwel qabel xejn trid tagħmilha u tqis il-bżonn li tagħmilha. Imbagħad, trid tanticipa pajjiżna kif se jkun u trid mil-lum tilqa għall-isfidi u ssaħħaħ l-opportunitajiet. Fejn hemm bżonn, u jekk tista', tipprova tbiddel il-perkors tal-futur b'interventi għaqlin li jistgħu jsiru. Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar jien konvint li l-poplu Malti u Għawdxi jinteressah l-ewwel u qabel kollox il-preżent u l-futur tiegħu u tal-għeżież tiegħu. Kulħadd jieħu gost ipaċpaċ u jitkellem dwar xi inċident li jkun attira l-attenzjoni ta' dak il-mument. Biss, fil-kuntest kollu tal-ħajja tagħna l-poplu Malti u Għawdxi hu interessat ikun jaf u jipparteċipa f 'eżerċizzju ta' kif nistgħu ntejbu lil dan il-pajjiż u l-istandard of living tagħna ċ-ċittadini li nagħmlu parti minnu. Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem f 'Bormla fejn, fl-istil tipiku tiegħu, flok tkellem dwar x'għamel fl-aħħar mitt jum, tkellem dwar dak li jrid jagħmel fix-xhur li ġejjin. Fuq l-aħħar mitt jum kellu ħafna xi jgħid u seta' mela tliet sigħat jitkellem fuq il-ħidma li saret Ministeru Ministeru. Biss, bħalma dejjem jgħid, dak li sar issa sar u l-poplu la wegħedna li se nagħmluh hekk jippretendi li jiġri. Ħadt gost nisimgħu jispjega l-isfidi li qed jara li għandu pajjiżna u kif se negħlbu dawn l-isfidi u ndawruhom f 'opportunitajiet. L-alternattiva Bħalissa l-Oppożizzjoni għaddejja minn proċess ta' ħatra tal-Kap ġdid li ntemm proprju fis- sigħat li għaddew. Jien naturalment ma nafx min intgħażel minn fost iż-żewġ kontestanti u allura ma nistax nitkellem dwar din l-għażla. Li rrid nirrifletti però hu dwar punt wieħed kbir u nazzjonali: ma rajniex viżjonijiet nazzjonali mingħand l-ebda wieħed mill-kontestanti għall- kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Nifhem li meta jkun hemm mumenti bħal dawn, il-kandidati għal kapijiet jiffokaw fuq kif iridu jirranġaw il-Partit u jirriorganizzawh. Nifhem ukoll li fl-aħħar tal-ġurnata dawn il-kandidati jridu jattiraw il-fiduċja tat- tesserati tal-partit. Biss, jien nemmen li f 'dawn it-tip ta' tlielaq il-kandidati jridu wkoll jattiraw l-interess tal- pubbliku inġenerali dwar il-viżjoni li għandhom għal pajjiżna u fejn jixtiequ li pajjiżna jmur. Ngħid għalija, provajt nifhem il-kandidati tat- tmexxija tal-PN x'iridu joffru għal pajjiżna iżda onestament meta tagħsar ma tantx sibt. Sintendi jkun hemm xi ideat individwali li jagħmlu sens, oħrajn ftit inqas. Imma meta tagħsar ma rajt ebda attentat għal diskussjoni dwar viżjoni ta' fejn irridu li pajjiżna jasal. Deċiżjoni dizappuntanti għall-aħħar Waħda mill-isfidi li għandu l-pajjiż hija definittivament fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. Pajjiżna jipproduċi ħafna skart u hemm deċiżjonijiet importanti li rridu nieħdu. Sieħbi l-Ministru Josè Herrera ħa deċiżjoni tajba li joħloq kumitat ta' esperti biex jaħdmu fuq l-idea li tintuża prattikament kullimkien fid-dinja avvanzata tal-Waste to Energy. F'dan il-kumitat hemm nies serjissimi u ta' integrità' indiskussa. Dr Herrera stieden ukoll lill-Oppożizzjoni biex jinnominaw membru sabiex ipoġġi fuq dan il-kumitat u jagħti l-kontribut tiegħu għall-ġid ta' pajjiżna. Ir-risposta li ġiet min-naħa tal-Oppożizzjoni kienet le. M'iniex se nidħol fid- dibattitu li f '25 sena ma ttiħdux id-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu bil-konsegwenzi li qed naraw ma' wiċċna, imma kont nippretendi li l-Oppożizzjoni tkun interessata fil-futur u fl- iżvilupp ta' pajjiżna. Onestament, iddispjaċieni ħafna l-aġir tal- Oppożizzjoni. Notte Bianca 12 Ngħaddu issa għas-suġġett favorit tiegħi, il-kultura. Waslet in-Notte Bianca. Dan l-avveniment dejjem jimmeraviljani kif jirnexxilna b'relattivament ftit flus nagħmlu avveniment li tant iħalli impatt fuq il- poplu Malti u Għawdxi u t-turisti li jżuruna. Kull sena nipprovaw u naħseb jirnexxilna nkabbru dan il-festival tant sabiħ. Din is-sena se ntuh dimensjoni teknoloġika wkoll u m'għandix dubju li min se jiġi jżurna fis-7 t'Ottubru li ġej se jogħġbu dak kollu li għandna ppreparat. Se jkun ukoll togħma żgħira, għal dak li għandna ppreparat is-sena li ġejja. OWEN BONNICI Ma rajniex viżjonijiet nazzjonali mingħand l-ebda wieħed mill- kontestanti għall-kariga ta' Kap tal- Partit Nazzjonalista Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar jien konvint li l-poplu Malti u Għawdxi jinteressah l-ewwel u qabel kollox il- preżent u l-futur tiegħu u tal-għeżież tiegħu Fejn irridu nieħdu lil pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 September 2017