Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826
illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Sports 34 Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Le, ma naħsibx hekk - lanqas xejn anzi! Għal dan l-isport m'għandekx bżonn ħafna biex tilħaq livelli ġodda ta' saħħa, anzi tista' ma tużax piż kbir ħafna u xorta tara żvilupp ta' muskoli li tixtieq. Trid tikkonċentra fuq 'mind to muscle connection' u meta jirnexxielek tagħmel hekk se tara r-riżultati li tixtieq. Mhux hekk biss, il-kategorija tal-Bikini Fitness hija bħalissa l-iktar waħda popolari. Jekk tara xi kompetizzjonijiet ta' dan il-qasam tinduna kemm trid tkun femminili u tippoża b'ċertu grazzja fuq il palk. Għażilt dan l-isport għaliex fih sfida kbira ta' dixxiplina bid-dieta u mhux kulħadd kapaċi jżomm u jirnexxielu jara r-riżultati li jixtieq hu jekk ma jżommx sod. U anke l-emozzjonijiet li nħoss kif nitla' fuq il palk nieħu s-sodisfazzjon tas-sagrifiċċju li nkun għamilt. Ma nistax nispjega l-orgolju li jkollok meta titla' hemm fuq wara xhur ta' xogħol u sagrifiċċju kbir. 'Its all worth it in the end!'. Int tieħu sehem fil-kategorija 'Bikini Fitness'. X'differenzi jgħaddu bejn din il-kategorija u kategoriji oħra fil- bodybuilding? Il-Bikini Fitness hija kategorija fejn l-atleta ma jridx ikollu livelli ta' muskolatura eċċessiva u trid tara li tidher femminili u eleganti fuq il-palk. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem f 'din il-kategorija, kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji u kompetizzjonijiet oħra tal-bodybuilding? It-taħriġ huwa simili għal kull kategorija fejn trid titħarreġ b'mod intensiv u ssegwi pjan ta' nutrizzjoni addattat. Fil-każ tal-Bikini Fitness trid tingħata attenzjoni kbira għall-mod kif tippreżenta ruħek fuq il-palk, il-mod kif tippoża u tagħti kas tad-dettalji kollha fosthom il-make-up u l-istil tax-xagħar. Jien naħseb li bħala taħriġ li nagħmlu, ta' kulħadd huwa simili fil- bodybuilding għax qisu kulħadd jiffoka fuq il-punti debboli tiegħu mhux bħala saħħa imma bħala dehra, pereżempju jien irrid naħdem biex inkabbar spallejja allura naħdem iktar fuqhom però kif nitħarrġu aħna nqassmu l-partijiet tal-ġisem, ġurnata wara l-oħra u dejjem naħdmu fuq parti partikolari mbagħad matul is-sena skont iż-żmien ta' meta nikkompetu, nibdlu t-taħriġ għal dak li nkunu nirrikjedu. Eżempju jien bħalissa qiegħda 'off season', jiġifieri 'bulking season' ngħidulu allura jkolli dieta b'ħafna iktar kaloriji sabiex ngħolli l-livell ta' saħħa u muskoli ħalli nkabbar fejn għandi xi nuqqasijiet, issa kif inkun ħa nikommpeti, nibdew il- 'prep' ngħidulha allura dieta tibda stretta u t-taħriġ jinbidel ftit ftit biex tinżel għall- 'cutting' u 'shredding' ħalli dak kollu li tkun bnejt 'off season' ħa joħroġ meta tnaqqas il-'fat' u joħroġ id-definition tax-xogħol kollu li tkun għamilt fix- xhur ta' qabel. Għaliex il-Bodybuilding mhuwiex Sport Olimpiku? Il-bodybuilding u l-Fitness permezz tal-IFBB mexjin ġmielhom f 'dan il-qasam. Fil-fatt, illum il-ġurnata huma rikonoxxuti bħala sport f 'erba' kontinenti u huwa maħsub li fi ftit tas- snin oħra ikun rikkonoxxut totalment mill-IOC. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding? Iva, il-Malta Federation of Bodybuilding & Fitness tkun irrapreżentata f 'tal-inqas sitt kampjonati matul is-sena fosthom dawk Ewropej u Mondjali, l-Arnold Classic Europe u l-Olympia Amateur. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Tina iktar dettalji. Jien dejjem niekol sitt ikliet kull ġurnata, kollha mqassmin skont kemm għandi bżonn karbojdrati, proteini u fats f 'ġurnata. Ma' kull ikla niżen eżatt kemm ikolli bżonn ammont ta' tiġieġ ezempju u anke ross jew patata. U nqassam kollox hekk, niekol kull tliet sigħat ħalli l-metaboliżmu dejjem jibqa' għaddej u nżommu attiv. X'sagrifiċċji u 'commitments' partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Jirrikjedi ħafna sagrifiċċji speċjalment fuq ikel u kif iżżomm id-dieta. Jekk ma żżommx id- dieta sew, ma tibdiex tara riżultati kif suppost. It-taħriġ irid ikun parti minn ħajtek. Fil-fatt, jien lanqas nikkunsidrah qisu delizzju. Din ħajti - mingħajr ma mmur il-gym inħossni ma jkollix ġurnata kompluta. Sagrifiċċju tagħmel, għaliex ġieli tkun għajjiena u speċjalment bid-dieta lanqas ikollok saħħa tiċċaqlaq imma xorta trid tmur u tagħmel xogħlok għax mingħajr impenn m'inti qatt se tara riżultati sodisfaċenti. Faċli tgħid mort ħlejt naqra ħin u tlaqt id-dar però biex tara bidla vera fil-ġisem trid taħdem u trid tbati. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal-bodybuilding importanti? Kif għidt qabel, qisek qatt ma tieqaf tipprepara ruħek fiżikament. Aħna sena sħiħa nkunu ilna nippreparaw ruħna, dejjem ġo gym naraw kif ħa nirranġaw u naraw riżultati ġodda u nibdlu l-forma tagħna biex inkomplu nipperfezzjonaw għal meta nidhru fuq il-palk. Mentalment trid tipprepara ħafna għaliex mhux faċli titla' fuq palk bil-bikini u takkuna u tidher 100% kunfidenti u eleganti jekk ma tipprattikax u titfa' moħħok hemm. Trid tkun b'mind-set tajjeb u toħroġ fuq il- palk kunfidenti. Il-bodybuilding kif jgħin lill-atleta li jkun qed jipprattikkah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il- kunfidenza fik innifsek. Iva u le. Fis-sens jien kemm ili f 'dan l-isport, qatt ma ħassejtni daqshekk b'saħħti u tajba fiżikament. Huwa sport li jibdlek f 'kollox, anke l-ħaġa li trid tipprattika kif tippoża tgħinek anke fil-ħajja ta' kuljum qisek tibda żżomm posture aħjar u tidra kif tidher aħjar anke bħala persuna. Tiġi iktar in touch ma' ġismek qisu għax tkun taf il-punti fraġli u kif tista' tagħmilhom jidhru aħjar. Però fl-istess ħin, peress li aħna ninżlu ħafna piż u mhux dejjem nidhru l-istess trid tidra mentalment li ġismek ħa jinbidel ħafna matul is-sena u mhux faċli filli tkun daqs u filli tiġi 'off season' u titla' mhux biss fil-piż imma fuq il-miżien ukoll. Trid taċċetta li mhux "Taqtgħux qalbkom għax dan huwa sport sabiħ ħafna. Sibu kowċ tajjeb, trejnjaw sew u b'dedikazzjoni u żommu dieta tajba u tibdew taraw riżultati effettivi li jagħti dan l-isport" Il-Bodybuilding mhux Cristian Antony Muscat Angie Vella - weightlifter ewlenija f 'Malta li tispeċjalizza l-kompetizzjoni tal-Bikini Fitness u li hija xhieda ċara li tabilħaqq il-bodybuilding m'għandux jitqies bħala sport li għandu jiġi pprattikat mill-irġiel biss. "Huwa sport li jtik sodisfazzjon kbir u li jibdlek kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa!" "L-emozzjonijiet li nħoss kif nitla' fuq il palk nieħu s-sodissfazzjon tas- sagrifiċċju li nkun għamilt. Ma nistax nispjega l-orgolju li jkollok meta titla' hemm fuq wara xhur ta' xogħol u sagrifiċċju kbir"