Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/874826
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 17 ta' Settembru 2017 Jekk Deguara ma tbiddilx fehmtha, Delia se jkollu jmur għand Marlene Tkompli minn paġna 1 Fuq it-13-il distrett minn fejn kien elett Azzopardi, f 'isem il-PD kien hemm il- kandidat Charles Polidano. Jekk Delia dalgħodu huwa Kap tal- PN, anke jekk jikkonvinċi lill-kandidati Nazzjonalisti biex ma jikkontestawx elezzjoni każwali fit-13-il distrett, se jkollu bilfors jikkonvinċi lill-Partit Demokratiku biex jagħmel l-istess. Jekk il-PD jiddeċiedi li xorta jrid jikkontesta u ssir elezzjoni, Delia jkollu jistenna l-eżitu tal-elezzjoni każwali, bit-tama li jirbaħha deputat Nazzjonalista, li mbagħad ikun hu li jċedi postu għal Delia. Fuq dan id-distrett il- kandidati Nazzjonalisti li jafu jitfgħu isimhom f 'każ ta' elezzjoni każwali huma: Joe Ellis, Ryan Mercieca, Kevin Cutajar, Ċensu Galea, Maria Portelli u Jason Zammit. Mal-ILLUM, minkejja li ċaħdet li saru diskussjonijiet, Farrugia sostniet li "jekk iqum il-każ, nesploraw kull xenarju ma' min hu ferm aktar kompetenti minni fuq il-ligijiet u l-proċessi elettorali. Nhar il- Ħadd (illum) naraw għandniex bżonn nieħdu pariri jew le." Frederick Azzopardi ħareġ għall-elezzjoni ġenerali tal-2017 minkejja li l-għajta kienet li ma kienx. Fil-fatt din il- gazzetta kienet irrapurtat li mhux se jkun qed jikkontesta, deċiżjoni li nbidlet fl-aħħar xhur hekk kif beda jidher li l-PN ma kellux biżżejjed kandidati. L-ILLUM hija infurmata li t-tieni persuna li ġiet avviċinata kienet id-Deputata Maria Deguara. Jekk Delia jirnexxielu jikkonvinċiha biex tirreżenja mill- Parlament, ma jkun hemm għalfejn issir elezzjoni każwali, għax Delia jiġi propost mill- Eżekuttiv, u allura ma jkollux għalfejn jinnegozja ma' Farrugia. Minkejja dan, pubblikament s'issa, Deguara dejjem qalet li mhux se ċċedi s-siġġu Parlamentari tagħha. Mal-gazzetta Maltatoday wieġbet 'le' meta mistoqsija jekk hux lesta ċċedi postha u ma' Daphne Caruana Galizia qalet hekk, għall- istess mistoqsija; "Le, niddubita, ma naħsibx. Jien kont eletta mill-kostitwenti tiegħi u qiegħda hawn biex nirrapreżenta l-kostitwenti tiegħi." L-uniku deputati li jistgħu jagħmlu l-wisgħa għal Delia fil-Parlament huma l-erba' deputati Nazzjonalisti li telgħu bl-elezzjoni każwali, id-deputat tal- PD Godfrey Farrugia u ż-żewġ deputati li telgħu permezz tal-aġġustament kostituzzjonali. L-erba' deputati li telgħu bl- elezzjoni każwali huma Maria Deguara u Ivan Bartolo, Karol Aquilina u David Stellini li eskludew li jċedu s-siġġu tagħhom. It-tieni persuna li ngħatat is-siġġu bl-aġġustament kostituzzjonali, minbarra Frederick Azzopardi huwa d-Deputat Carm Mifsud Bonnici. Ma jirriżultax lil din il-gazzetta li s'issa kien avviċinat biex iċedi s-siġġu Parlamentari tiegħu. F'każ li l-pjan li jirreżenjaw Azzopardi jew Deguara jfalli, Delia xorta jkollu bżonn idur fuq il- PD biex jinnegozja d-dħul tiegħu fil-Parlament. Dan ifisser li anke jekk, kif ġie irrapurtat f 'xi mezzi tax- xandir, ikun Jean Pierre Debono li jkun lest li jirreżenja, xorta trid issir elezzjoni każwali u xorta Delia jkollu jinnegozja ma' Marlene. L-aħħar ostaklu... Anke wara li r-riżenja tkun issiġġillata ujsir qbil mal- PD f 'każ ta' bżonn, jekk Delia dalgħodu jqum Kap tal-PN xorta jkollu l-aħħar ostaklu, dak tal-Eżekuttiv. Minkejja li jkun hemm riżenja, huwa l-Eżekuttiv tal-PN li jrid jifformalizza l-co-option ta' Delia. Minkejja l-appoġġ li għandu hawnhekk, Delia għandu wkoll ħafna 'għedewwa', fosthom u fuq quddiem Karol Aquilina u Ann Fenech. Dan l-ostaklu iżda jibqa' tali sakemm ma jkunx hemm tibdiliet fl-Eżekuttiv qabel ma ssir il-co-option. Delia jrid isib postu fil- Parlament sal-ewwel ġranet ta' Ottubru. ĦATRA TA' USHER PARLAMENTARI I MAL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati jilqa' applikazzjonijiet għall-kariga ta' Usher Parlamentari I. Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibbiltà, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament ta' Malta fl-indirizz li ġej http://parlament.mt jew miġbura mis-Sezzjoni tar-Riżorsi u Faċilitajiet, Kamra tad-Deputati, Pjazza Ħelsien, Il-Belt Valletta VLT 1111. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni relattiva, jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), il-Ġimgħa, 29 ta' Settembru 2017, jew jistgħu jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs@parlament.mt. ...jifdal imbagħad l-Eżekuttiv tal-PN li jeħtieġ jifformalizza l-co-option "Jekk iqum il- każ, nesploraw kull xenarju ma' min hu ferm iktar kompetenti fuq il-liġijiet u proċessi elettorali" Fredrick Azzopardi l-favorit biex jagħmel spazju, jekk Delia jsir Kap Maria Deguara: Jekk ma tbiddilx fehmtha, Delia se jkollu jmur għand il-PD Jean Pierre Debono, anke jekk iċedi s-siġġu hu, Delia xorta jrid jinnegozja mal-PD