Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Sven kellu tumur b'moħħu. Ta' età żgħira kellu jibbattalja kontra waħda mill-akbar sfi di. Iżda bdiet tiela' x-xemx, grazzi għal dawk ta' madwaru u għal Puttinu. Minn Albert Gauci Cunningham LI familja tilqgħek ġewwa darha diġà hija xi ħaġa sabiħa ħafna, li malli tidħol issib familja li għandha tbissima fuq fommha minkejja kollox, minkejja kull tbatija u dulur, hija terġa' u tgħid xi ħaġa isbaħ. Nidħol id-dar ta' Sharon u Sven f 'Birżebbuġa u hemmhekk mill-ewwel jilqgħuni numru ta' ritratti, tal-membri kollha tal-familja u żerbinott bilqiegħda b'għajnejh iffissati lejn il-bieb jistenniena telgħin. Qabel nibdew Sven, tifel fuq ruħu mimli ħajja, jibda jispjega x'beħsiebu jagħżel bħala suġġett illi fuqu jkompli jistudja u jgħidli 'nixtieq insir avukat'. Mhux għan faċli, imma wara li tkellimna dwar dak kollu li għadda minnu f 'età daqstant żgħira, m'għandix dubju li jekk avukat irid isir Sven, avukat se jsir. Jgħidli kif huwa tajjeb fin- numri u anke fix-xjenzi... Inpoġġu bilqiegħda fuq is-sufan u nibdew l-intervista bl-atmosefera issa tinbidel hekk kif id-daħq u it-tbissim tal-bidu jibda jisfuma xi ftit u nibdew nitkellmu dwar dak li għaddew minnu Sven u l-familja tiegħu. Sven biddel l-attitudni minn lejl għal nhar Nibda minn Sharon l-ewwel. Nistaqsiha biex teħodni lura għall-mument illi bdiet l-istorja ta' Sven hekk kif instab li kellu tumur f 'moħħu, magħruf aħjar bħala Craniopharyngioma. It-traġitt beda sentejn ilu, tispjega Sharon, bl-ewwel indikazzjonijiet li xi ħaġa mhux f 'postha fil-fatt jibdew ma' ħmistax qabel l-appuntament li biddel id- destin. L-attitudni ta' Sven inbidlet u filli qatt ma kien ta' sfida jew qala' inkwiet u filli f 'daqqa waħda kienu qed imorru l-iskola kuljum minħabba l-attitudni ta' Sven fl-iskola. It-tfajjel jispjega b'ħeġġa illi kien iħoss li hu kien qed jagħmel kollox normali. Qatt ma nduna li b'xi mod qiegħed jagħmel affarijiet li kienu lil hinn mill-atteġġjament u mġieba normali tiegħu "Jiena kont naħseb, li kollox normali. Qatt ma ndunajt li qed naġixxi b'mod differenti." Ommu Sharon taqbel u tkompli miegħu, tgħid illi Sven ma kienx ikun jaf x'inhu jiġri. Staqsejt li Sven kif irreaġixxa meta sar jaf illi minkejja li għadu żgħir kellu jiffaċċja problema daqstant kbira. Kif bidlitu din? Kif għamlitu persuna differenti? "Fil-verità, meta qaluli li kelli tumur kważi, kważi lanqas irrealizzajt eżatt. Lanqas kont naf li qed ngħix dak il-ħin," ikompli jisħaq Sven mal-ILLUM. U kif ħassu Sven malli sar jaf li kellu tumur? "L-ewwel nett nixtieq niskuża ruħi ma' dawk li forsi għajjart jew lil dawk li għidtilhom kliem mhux xieraq. Lil ommi kont nirrispondiha u xi kont niġġieled ħafna ma' ħija, mhux għax m'għadnix ta'," jgħid it-tfajjel b'nofs daħqa. "Imma qabel, għal kull ħaġa ta' xejn kont niġġieled miegħu. Nixtieq inferraħ lil dawk kollha li bkew u batew minħabba li kont l-isptar," jgħid Sven, b'ommu tħares lejh b'dik il-ħarsa partikolari ta' għożża ta' omm. Minn Malta għall-Ġermanja Imbagħad jibda jispjega eżatt, b'dettall kliniku, il- proċess li għadda minnu. "Għamilt tliet operazzjonijiet, tnejn hawn Sven kellu tumur b'moħħu. Ta' età żgħira kellu jibbattalja kontra waħda mill-akbar sfi di. Iżda bdiet tiela' 'Meta tawna l-aħbar dwar ibni Protezzjoni aħjar għat-tfal li jispiċċaw żugraga f 'divorzju tal-ġenituri • Iż-żieda fi n-numru ta' divorzji qed twassal għall-ħtieġa ta' liġijiet li jħarsu t-tfal • L-MEPs jipproponu li dawn il-liġijiet għandhom jenfasizzaw fuq il-protezzjoni tal-minuri F'MALTA sal-11 ta' Diċembru tal-2017 kienu ngħataw 76 divorzju għas-sena li għaddiet, filwaqt li kienu 124 dawk li ngħataw fl-2016. Madwar l-Ewropa n-numru tad-divorzji qed jiżdiedu u dawn minnhom infushom qed joħolqu magħhom problemi ġodda legali b'mod speċjali fejn jidħlu t-tfal. Dan għaliex qed ikun hemm każijiet fejn wieħed mill- ġenituri jagħżel li jaħtaf lill-ulied u jaħrab bihom f 'pajjiż ieħor, fejn ikun ferm aktar diffiċli għall-ġenitur l-ieħor li jsibhom jew li jagħmel kuntatt magħhom. Fil-Parlament Ewropew għalhekk saret diskussjoni fuq rapport miktub minn Tadeusz Zwiefka mill-grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Huwa stmat li kull sena jingħataw mal-140,000 divorzju madwar l-Ewropa, 16-il miljun familja hija internazzjonali bil-ġenituri jkunu ta' nazzjonalitajiet differenti jew minn pajjiżi 'l barra mill- Unjoni Ewropea. Huwa stmat ukoll li kull sena jkun hemm 1,800 ġenitur li jagħżel li jaħtaf lill-ulied u jċaħħad lill-ġenitur l-ieħor milli jara t-tfal għaliex imur jgħix bihom f 'pajjiż ieħor. Fil-Parlament Ewropew hemm medjatur għal dawn is- sitwazzonijiet, liema pożizzjoni fil-preżent hija okkupata minn Elisabeth Morin-Chartier. Għar-rapport ta' Zwiefka tressqu ammont ta' emendi min-naħa tal-MEPs li qed jipproponu t-tisħiħ tad-drittijiet tat-tfal matul il-proċeduri legali kollha fil-kwistjonijiet tad-divorzju tal-ġenituri. Dan għandu jwassal biex it-tfal ikollhom id-dritt li jwasslu l-opinjonijiet tagħhom, permezz ta' proċeduri legali apposta bl-involvimenti ta' professjonisti, mingħajr ma ssir pressjoni fuq l-ulied. Liema smigħ irid isir mingħajr il-preżenza tal-ġenituri waqt il-proċeduri. Proposta oħra interessanti hija li l-istat għandu jagħti l-akbar għajnuna, li tinkludi wkoll dik finanzjarja lill-ġenituri biex ikunu jistgħu jgħaddu mill-medjazzjoni. Jekk wieħed jew l-ulied kollha jinħatfu minn ġenitur u jittieħdu f 'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, qed jiġi propost li l-kwistjoni legali li tinqala' ma tibqax trattata daqslikieku każ normali tal-Qorti, iżda li jiġi deċiż minn Imħallfin tal-familja b'esperjenza jew saħansitra irtirati b'esperjenza. Dan biex dejjem tingħata aktar prijorità lejn l-interessi tat-tfal. Qed issir enfasi fuq il-qsim tal- informazzjoni bejn l-awtoritajiet konċernati tal-pajjiżi membri. Fl-emendi mressqa, l-MEPs jagħmlu enfasi partikolari għall-medjaturi u l-irwol tagħhom fi kwistjonijiet familjari, li jkollhom aktar involviment dirett fil-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, mhux biss biex jippruvaw iwasslu għar- rikonċiljazzjoni tal-ġenituri. L-Ewropa tqis li t-tfal huma l-iżjed vulnerabbli fi kwistjonijiet familjari, speċjalment bejn il-ġenituri. Għalhekk fost l-emendi mressqa għal dan ir-rapport hemm li d-deċiżjonijiet meħuda minn Qorti f 'pajjiż Ewropew għandhom jiġu rispettati fil- pajjiżi kollha l-oħra tal-Unjoni Ewropea u infurzati bl-istess Qrati. Hawnhekk qed jiġu proposti miżuri addizzjonali ta' infurzar biex id-deċiżjonijiet jiġu infurzati bl-aħjar fl-interess tal-ulied. 1,800 tifel jew tifla jinħatfu minn ġenitur lejn pajjiż ieħor agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018