Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 "Malta hija l-pajjiż perfett għall- karozzi elettriċi" "MALTA jmissu għandha karozzi elettriċi biss." Hekk stqarr mal-gazzetta ILLUM, Fabien Courtellemont, is-sid ta' greenr, kumpanija ġdida tat-taxis li l-karozzi tagħha huwa kollha elettriċi. L-ILLUM żaret l-uffiċini ta' din il-kumpanija u anke kellha x-xorti li tirkeb f 'waħda minn dawn il-karozzi. Ma tindunax jekk hux mixgħula jew le. Skiet perfett. Din hija l-uniku kumpanija tat-taxis f 'Malta li l-karozzi tagħha huma kollha kemm huma elettriċi u fi kliem Courtellemont, Malta, minħabba ċ-ċokon tagħha, hija l-pajjiż ideali biex ikollok karozza li taħdem bl-elettriku. Staqsejnieh jekk it-traffiku tat-toroq Maltin jistax b'xi mod jew ieħor jaffettwa l-batteriji ta' dawn il-vetturi. Iżda l-batterija assolutament mhijiex problema. Dan ikkonfermah mal-istess gazzetta wieħed mix-xufiera tal-kumpanija. "Batterija sservik ħamest ijiem u anke aktar," qalilna. "Il-karozza f 'siegħa u kwart tiċċarġja." Is-sid insista li taxi tintuża ħafna aktar minn karozza privata u sa issa qatt ma kien hemm l-ebda problema bil- batterija tal-karozza. Il-ġimgħa d-dieħla l-kumpanija se jkollha total ta' erba' karozzi iżda l-pjan tagħha huwa li tkompli tkabbar il-flotta tagħha fix- xhur li ġejjin. Staqsejnih għalfejn klijent għandu jagħżel taxi tal- greenr. "Sempliċi," weġibna. "Se tivjaġġa fl-aktar karozza silenzjuża fis-suq, spazjuża, ma tħammiġx, ix-xufiera jitkellmu diversi lingwi, jafu lil Malta sewwa u huwa l-aħjar biex jevitaw it-traffiku." Apparti minn hekk għal min jinkwieta li ma jasalx fil-ħin jew ma jsibx taxi, greenr joffru l-possibilità lill-klijenti biex jibbukjaw ukoll minn jiem qabel meta jkollhom bżonn is-servizz. Kif tista' tagħmel dan? Sempliċi, tista' tidħol fis-sit www.greenr.cab jew anke tniżżel ukoll l-App għall-ismartphone tiegħek. Il-kumpanija toffri s-servizz għal-lokalitajiet kollha f 'Malta u anke toffri servizz ta' tours f 'Għawdex. Mistoqsi liema huma d-destinazzjonijiet l-aktar popolari, apparti l-postijiet turistiċi bħal Tas-Sliema, il-Qawra, Buġibba u anke l-ajruport, is-sid saħaq li l-Kottonera qed issir dejjem iżjed popolari. U l-prezzijiet? Kompettivi ħafna, anke jekk il-kumpanija tuża s-sistema tal-meter bħal kumpaniji oħra. Minn Tas- Sliema għall-ajruport wieħed iħallas madwar €20. Bilħaqq! Il-karozzi huma mgħammra wkoll b'WiFi, tista' tuża wkoll tablet tal- kumpanija biex issegwi l-aħħar aħbarijiet, tisma' d-diski favoriti tiegħek u anke tiċċarġja l-mowbajl. Għal aktar informazzjoni dwar din il-kumpanija tista' żżur ukoll il-paġna ta' Facebook Greenr Cabs Malta jew inkella ċċempel fuq 27 38 38 38. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio L-ILLUM iżżur Greenr, l-ewwel kumpanija f 'Malta li t-taxis tagħha huma kollha elettriċi PD; 'Pajjiżna m'għadux ħieles, imma ta' nukleu ta' nies... b'setturi importanti f 'idejn il-barrani' ILPARTIT Demokratiku fakkar il-ġrajja storika ta' Jum il-Ħelsien filwaqt li esprima thassib. "Il-poplu Malti u Għawdxi hu veru ħieles?" staqsa l-istess partit li kompla jgħid illi skontu huwa ċar li "pajjiżna jinsab maħkum minn polarizazzjoni ta' żewġ gruppi politiċi li huma sħab, għax il-vera demokrazija rappreżentativa mhix rikonoxxuta." Hekk kif illum il-pajjiż jiċċelebra Jum il-Ħelsien il- PD sostna li l-pajjiż wasal f 'punt, "fejn il-vera interess komuni tal-pajjiż hu maħkum minn predominanza ta' politiċi li jisservew iżda mhux lesti jservu. Spiċċajna f 'sitwazzjoni fejn is-saltna ta' dritt hi mhedda, l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tħattet, il-governanza tajba ntesiet, ir-ruħ soċjali għebet, is-sostenibiltà tal- kapital naturali ma ġietx rispettata u fejn ix-xandir hu mittiefes." Il-PD sostna li dan huwa mument illi fih il-pajjiż qed jingħata lill-ħbieb, qed titneżża d-dinjità tal-ħaddiem u qed tirrenja l-biża'. "Pajjiżna m'għadux ħieles. Hu maħtuf minn nukleu ta' nies u entitajiet li xeklu l-vera ħelsien u saru l-ħakkiema l-ġodda ta' zminijietna. Is-settur tal-enerġija hu tal- barrani u jidher li s-settur tas-saħħa qabad din it-triq ukoll."