Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Aħbarijiet ILLUM idoqqu l-qniepen mill-ġdid u joħroġ l-Irxoxt mill-Knejjes fost il-baned, briju u atmosfera kbira ta' festa. L-Għid il-Kbir jimmarka l-akbar festa tal-Knisja Kattolika u allura f 'pajjiż bħal tagħna fejn maġġoranza kbira ta' nies u fejn l-għeruq tal-istorja tagħna huma intrinsikament marbutin mal-Knisja Kattolika, illum timmarka ġurnata ta' festeġjamenti, ikel, ferħ, familja u xi naqra tax- xorb ukoll. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn uħud mit-tradizzjonijiet li ċċelebrajna matul din il- ġimgħa u li se niċċelebraw illum u li allura jagħmel din il-festa u l-avvenimenti tal- Ġimgħa l-Kbira mument illi fih niċċelebraw uħud mit- tradizzjonijiet Maltin. Ikel; Mill-qagħqa tal-Appostli sal-karamelli tal-ħarrub u l-figolli Issa jekk hemm xi ħaġa li dan il-pajjiż jiċċelebra, bħal kwazi kull pajjiż ieħor biex inkunu onesti, huwa propju l-ikel. Ma' kull festa u ma' kull vaganza għandna prattikament lista sħiħa ta' ikel biex jimlilna żaqqna u jżommna kuntenti u ferħanin. L-Għid sinonimu mal-figolli. Il-figolla jista' jkollha diversi forom għalkemm l-aktar popolari huma; il-ħaruf li jfakkarna f 'Ġesù, li meta ssallab kien il-ħaruf tas- sagrifiċċju kif ukoll il-fenek, li huwa parti mit-tradizzjoni tal- Għid b'għeruq fil-paganiżmu. Hemm ukoll il-forma tal-ħuta (Ichtus) li kienet is-simbolu tal-Kristjaneżmu meta dan kien oppressat u ppersegwitat mill-Imperu Ruman. Maż-żmien żdiedu diversi forom oħrajn fosthom forma ta' qalb, kitarri, friefet u riċentement anke figolli b'wiċċ il-Mexxej jew Kap tal-partit (xi travestija). Fost l-ingredjenti biex isiru l-figolli nsibu bajd, dqiq, larinġ kif ukoll lewż, marżipan, ġelu jew inkella ċikkulata. Fil-passat kienet prattika iktar popolari li kull familja tagħmel il-figolli u tagħti wħud minnhom lill-qraba u l-ħbieb, u b'hekk kulħadd jirreċiproka u ħadd ma jibqa' mingħajr figolli. Illum u bħal-lum il- bejgħ tal-figolli jkun fl-aqwa tiegħu mid-dolċeriji kollha ta' pajjiżna. Tajbin ma' dik il-kikkra kafè jew te, il-figolli jibqgħu waħda mill-aktar tradizzjonijiet kulinari popolari f 'pajjiżna matul dan iż-żmien. Matul iż-żmien iżda l-figolli sabu kompetizzjoni qawwija fil-forma tal-bajd tal-Għid, mill-aktar popolari fost it- tfal b'karattri ta' xi film jew animazzjoni li tkun għaddejja fil-mument. Naturalment ma' dan jiżdiedu t-tipi kollha tal- ħelu, li f 'pajjiżna ssibu għall- bejgħ ma' kull ftit kantunieri. Għall-ikla t-tradizzjoni tibqa' l-ħaruf għalkemm diversi familji jieklu xi tip ta' laħam differenti. Il-konsum tal- laħam jikkuntrasta maż-żmien ir-Randan illi matulu mhux permess li jittiekel laħam, hekk kif, suppost, dawk li huma F'pajjiż li jaf għeruqu fi t-twemmin Kattoliku, il-Ġimgħa Mqaddsa tibqa' l-aktar mument importanti għax hija l-fulkru tal-fi di tagħna. Imma kif niċelebrawha? Xi nħobbu nieklu? X'inhuma t-tradizzjonijiet? U kont taf li f 'Korfù... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Doqqu l-qniepen għax qam il-Kbir kif niċċelebrawh Il-Purċissjoni fiż-Żejtun Suldati Ħaruf t'Alla u għal ħafna ħaruf fuq platt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018