Illum previous editions

ILLUM 1 APRIL 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/960498

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 01 ta' April 2018 Tal-Alternattiva u ż-żgħażagħ l-aktar Illum, nhar Ħadd il-Għid din il-gazzetta tippubblika stħarriġ dwar kemm il-poplu jaħseb li l-Knisja hija infl uwenti... MINKEJJA li bosta jgħidu jew iħossu li l-Knisja m'għadhiex daqstant effettiva jew inkella li tilfet ħafna mis-saħħa li seta' kellha sa madwar 30 jew 40 sena ilu, stħarriġ mill-Kamra tal-Aħbarijiet Mediatoday juri illi fil-fatt maġġoranza ta' Maltin iħossu li l-Knisja għad għandha saħħa konsiderevoli. L-istħarriġ li sar ġimgħa ilu, hekk kif il-pajjiż beda riesaq lejn il-perjodu tal-Għid, juri li 92.8% tal-Maltin u l-Għawdxin jemmnu li l-Knisja Kattolika f 'Malta għandha influwenza qawwija jew inkella medja fuq is-soċjetà. Fil-fatt, minn fost dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ jirriżulta li 75.8% ta' dawk li pparteċipaw, jew aktar minn tliet kwarti tal-poplu Malti, iħossu li l-Knisja għad għandha influwenza 'medja' fuq il-poplu. Jiġifieri li għandha influwenza f 'ċerti oqsma u m'għandhiex f 'oħrajn. Minkejja dan 17% jħossu li l-Knisja għad għandha saħħa kbira ħafna biex tħalli impatt fuq is-soċjetà Maltija. Huma 7.2% biss dawk il- Maltin li jħossu illi l-Knisja ftit li xejn għandha effett fuq il-Maltin. Għalkemm ir-risposta ma tirriflettix kemm hawn Maltin u Għawdxin li fil- fatt huma prattikanti jew kemm jaqblu mat-tagħlim u d-dommi tal-Knisja, in- numri li jiżvela l-istħarriġ jitfa' dawl fuq kemm il- Maltin iħossu li l-Knisja għandha effett fuq il-mod kif ngħixu u l-bidliet li jkunu qed isiru fil-pajjiż. Din il-perċezzjoni ta' Knisja li għadha 'b'saħħitha ħafna' jew 'xi ftit jew wisq b'saħħitha' hija waħda popolari ħafna, f 'kull grupp ta' etajiet, f 'kull żona tal-pajjiż u fost kull grupp differenti ta' nies maqsumin skont kif ivvutaw fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Fost il-ġenerazzjoni żgħażugħa, jew dawk bejn it-18 u l-35 sena, 74% jemmnu li l-Knisja għadha b'saħħitha imma forsi mhux daqs kemm kienet fil-passat. Mhux b'sorpriża, fost dan il-grupp hemm l-akbar persentaġġ ta' persuni (13%) li jħossu illi l-Knisja ftit li xejn għandha influwenza fuq is-soċjetà Maltija. Min-naħa l-oħra iżda kważi l-istess persentaġġ, jemmnu li l-Knisja hija influwenti ħafna. L-aktar żewġ gruppi ta' nies li jħossu illi l-Knisja Kattolika hija jew influwenti ħafna, jew inkella li hija influwenti, imma mhux wisq, huwa fost dawk minn 51 sena 'l fuq. Fil-fatt fost dawk bejn 51 u 65 sena 17.3% jemmnu li l-Knisja hija influwenti ħafna, filwaqt li 78.8% jħossu li hija influwenti, imma mhux daqstant. Huma 3.7% biss li jħossu illi l-Knisja ftit li xejn għandha effett. Fost l-anzjani li għandhom aktar minn 66 sena, wieħed minn kull erba', jew 25%, jħossu li l-Knisja hija effettiva ħafna, 71% jemmnu li la hi effettiva ħafna, però lanqas ftit u 3.9% jemmnu li mhi effettiva xejn. Tal-Alternattiva l-inqas li jaħsbu illi l-Knisja hija influwenti Is-sitwazzjoni fost in-nies imqassmin skont lil min ivvutaw, hija simili għajr għal dawk li fl-2017 ivvutaw lill- Alternattiva Demokratika. Fil-fatt fost dawk li vvutaw lil dan il-partit ħadd ma jemmen li l-Knisja għandha influwenza kbira fuq is- soċjetà. Min-naħa l-oħra iżda fost dawk li vvutaw AD 83% jemmnu li l-Knisja għandha effett medju fuq is-soċjetà Maltija. Il-votanti tal-PN huma l-aktar li jħossu li l-Knisja Kattolika għandha 'ħafna influwenza' fuq is-soċjetà b'20%. Dawk li vvutaw lill- Partit Laburista mhumiex wisq 'il bogħod b'17.3%. Minkejja kull perċezzjoni mod ieħor, huma aktar il-votanti Nazzjonalisti li jemmnu illi l-Knisja agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Huma 7.2% biss dawk il- Il-pellegrinaġġ tar-Redentur li għalih jattendu mijiet ta' nies Il-Knisja għandha influwenza qawwija ħafna fuq is-soċjetà Maltija?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 APRIL 2018