Illum previous editions

ILLUM 3 JUNE 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/989897

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 3 ta' Ġinju 2018 | illum Aħbarijiet 'Waqt li ħaddieħor se jkun qed jiddiskuti aħna diġà se nkunu qed noperaw' Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jgħid li l-eff ett tal-kumpaniji tal-cryptocurrency f 'pajjiżna jista' jkun enormi Minn Albert Gauci Cunningham ISSEGRERTARJU Parlamentari għall- Innovazzjoni, l-Ekonomija Diġitali u Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri insista illi pajjiżna mexa biżżejjed 'il quddiem f 'dak li jirrelata ma' Blockchain u s-settur tal-Fintech, tant li meta pajjiżi oħrajn bħal Franza u l-Ġermanja se jkunu qed jiddiskutu kif se jirregolaw dawn is-setturi, f 'pajjiżna se jkunu diġà qed joperaw kumpaniji f 'dan il-qasam. Intervistat minn din il- gazzetta Schembri qal illi dak li qed jiġri bħalissa (b'diversi kumpaniji f 'dawn l-oqsma li qed jiġu pajjiżna) "qed inbiddlu l-muddell ekonomiku ta' pajjiżna." Din is-sena kien imħabbar li waħda mill-ġganti mondjali fil-qasam tal- Blockchain, Binance, se tkun qed tirriloka Malta. Din il-ġimgħa tħabbar ukoll li f 'pajjiżna ġejja l-akbar kumpanija tal- cryptocurrency Pollakka; Bitbay. Imma x'se ssarraf eżatt din l-attività ekonomika? Se toħloq impjiegi? Schembri jibda billi jfakkar illi Binance waħedha tagħmel $1.6 biljun kuljum, "jiġifieri f 'ġimgħa tagħmel flus daqskemm jagħmel flus dan il-pajjiż," irrimarka. "Jekk wieħed jaħseb biss fuq il-ħaddiema li se jħallsu t-taxxa tad-dħul, bil- kumpaniji li jħallsu t-taxxi u l-intelletwal li se jkun attirat lejn Malta, l-effett jista' jkun wieħed enormi." Schembri jispjega kif il- Cryptocurrency qisha 'app' li taħdem fuq it-teknoloġija Blockchain. "Issa dawn it-tranżazzjonijiet qed jaħdmu f 'ambjent li mhux regolat, mhux illegali imma mhux regolat... aħna qed nipproteġu l-ekonomija ta' pajjiżna billi qed nagħmlu qafas regolatorju, biex kollox ikun skont il-liġi," jgħid Schembri li jfakkar ukoll kif Franza u l-Ġermanja bħalissa qed jiddiskutu r-regolarizzazzjoni ta' dan is-settur. Hemm min qed jgħid li l-introduzzjoni ta' dawn is- setturi se twassal għal aktar abbuż u se tiffaċilità aktar il-ħasil tal-flus. Schembri x'jaħseb? Dan it-tħassib huwa ġġustifikat? Filwaqt li jfakkar illi, bħal f 'kull ħaġa oħra hemm min hu ħażin, saħaq illi min qed jgħid li din it- teknoloġija se ġġib aktar ħasil tal-flus "assolutament ma jafx x'inhu jgħid. Illum u sa tliet snin ilu żgur it-tranżazzjonijiet jew il- maġġoranza ma kinux fuq il-blockchain. Jiġifieri il-ħasil tal-flus kollu li sar, sar f 'sistema li ma kinitx blockchain." Imma din is-sistema se tkun qed tevita l-banek? U jekk iva, dan allura ma jfissirx li x-xogħol tal-banek se jkun ipperikolat? Schembri spjega kif bil- blockchain bejn żewġ persuni li qed jagħmlu tranżazzjoni minflok bank hemm biss "1,000 magna madwar id-dinja u kull tranżazzjoni qed tkun irrekordjata... u tintrabat mal-oħra. Dan ifisser li dik it-tranżazzjoni ma tistax tinbidel." Dwar il-banek hu jgħid li dawn hemm bżonn li jbiddlu l-mudell ta' kif jaħdmu. "Meta daħħalna s-sistema SAGE (sistema użata biex tikkontrolla l-kontijiet u l-finanzi ta' kumpanija) l-accountants ma spiċċawx. Anzi żdied ix-xogħol u s-sistema llum hija ħafna iktar trasparenti," sostna Schembri. Huwa jispjega wkoll kif bis-sistema l-ġdida se jitnaqqsu problemi bħal ċertifikati li jkunu mitlufa jew inkella persuna li ma jkollhiex aċċess għal data f 'fajl dwarha stess. Schembri jtemm jgħid li dak li qed jagħmel il-Gvern bil- ħolqien ta' dan is- settur huwa li joħloq niċeċ ġodda ekonomiċi li jilqgħu għal mumenti ta' inkwiet ekonomiku. Dan apparti, jispjega Schembri, illi b'dan is-settur, Malta tista' tnaqqas mill-iżvantaġġ ekonomiku minħabba nuqqas ta' art. Ifakkar illi għal dan il-għan Malta hija l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed toffri ċertifikati edukattivi li jirrigwardaw is-sistema Blockchain. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jgħid li l-eff ett tal-kumpaniji Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jgħid li l-eff ett tal-kumpaniji tal-cryptocurrency f 'pajjiżna jista' jkun enormi l-ekonomija ta' pajjiżna billi qed nagħmlu qafas regolatorju, biex kollox ikun skont il-liġi," jgħid Schembri li jfakkar ukoll kif Franza u l-Ġermanja bħalissa qed jiddiskutu r-regolarizzazzjoni ta' dan is-settur. Hemm min qed jgħid li l-introduzzjoni ta' dawn is- setturi se twassal għal aktar abbuż u se tiffaċilità aktar il-ħasil tal-flus. Schembri x'jaħseb? Dan it-tħassib huwa ġġustifikat? Filwaqt li jfakkar illi, bħal f 'kull ħaġa oħra hemm min hu ħażin, saħaq illi min qed jgħid li din it- teknoloġija se ġġib aktar ħasil tal-flus "assolutament ma jafx x'inhu jgħid. Illum u sa tliet snin ilu żgur it-tranżazzjonijiet jew il- maġġoranza ma kinux fuq il-blockchain. Jiġifieri il-ħasil tal-flus kollu li sar, sar f 'sistema li ma kinitx blockchain." Imma din is-sistema se tkun qed tevita l-banek? U jekk iva, dan allura ma jfissirx li x-xogħol tal-banek se jkun ipperikolat? Schembri spjega kif bil- blockchain bejn żewġ persuni li qed jagħmlu tranżazzjoni minflok bank hemm biss "1,000 magna madwar id-dinja u kull tranżazzjoni qed tkun irrekordjata... u tintrabat mal-oħra. Dan ifisser li dik it-tranżazzjoni ma tistax tinbidel." Dwar il-banek hu jgħid li dawn hemm bżonn li jbiddlu l-mudell ta' kif jaħdmu. "Meta daħħalna s-sistema SAGE (sistema użata biex tikkontrolla l-kontijiet u l-finanzi ta' kumpanija) l-accountants ma spiċċawx. Anzi żdied ix-xogħol u s-sistema llum hija ħafna iktar trasparenti," sostna Schembri. Huwa jispjega wkoll kif bis-sistema l-ġdida se jitnaqqsu problemi bħal ċertifikati li jkunu mitlufa jew inkella persuna li ma jkollhiex aċċess għal data f 'fajl dwarha stess. Schembri jtemm jgħid li dak li qed jagħmel il-Gvern bil- ħolqien ta' dan is- settur huwa li joħloq niċeċ ġodda ekonomiċi li jilqgħu għal mumenti ta' inkwiet ekonomiku. Dan apparti, jispjega Schembri, illi b'dan is-settur, Malta tista' tnaqqas mill-iżvantaġġ ekonomiku minħabba nuqqas ta' art. Ifakkar illi għal dan il-għan Malta hija l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed toffri ċertifikati edukattivi li jirrigwardaw is-sistema Blockchain.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 JUNE 2018