Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
13 Intervista Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum Ritratt: James Bianchi l-Gvern irid jidderieġi' il-Gvern imur għal durata minima ta' sena biss, iħoss li din tkun aċċettabbli? Sena biss, toffri serħan il-moħħ? Falzon jgħid li hu, personali, iħoss li f 'sena tkun biżżejjed biex persuna jew familja tistabbilixxi lilha nnifisha fir- residenza għalkemm sostna mill-ewwel li nistgħu nħarsu wkoll lejn pajjiżi oħrajn fejn durata minima hija ta' ħames snin. Finalment, dwar din il- kwistjoni, din il-gazzetta staqsiet lil Falzon jekk għandux appoġġ mill- Kabinett dwar il-White Paper. "Kieku m'għandniex l-appoġġ il-Gvern ma kienx jagħmel din il-White Paper. Assolutament ma kien hemm ebda reżistenza," jsostni Michael Falzon. "Il-problema tal- akkomodazzjoni soċjali hija fost l-aktar diffiċli biex issolvi..." Imma jekk il-kirjiet huwa suġġett jaħraq, mhux wisq inqas hija l-akkomodazzjoni soċjali. Huwa fatt li l-Awtorità tad- Djar għandha lista ta' stennija li sa sena ilu kienet madwar 3,000 applikazzjoni. Ammont li probabilment baqa' jikber fl-aħħar sena. Minkejja dan, proġetti sħaħ ta' akkomodazzjoni soċjali, minkejja li kienu mħabbra u saru stejjer fuqhom (inkluż fuq l-ILLUM) diversi drabi għadhom lura ħafna. Biżżejjed naraw kif il-parti tal-proġett li se jsir f 'Ħal Farruġ, li jinvolvi l-akbar numru ta' appartamenti, għadu lanqas biss beda. Għalfejn qed indumu daqshekk? X'qed iżomm il- proċess lura? Falzon jibda billi jfakkar fl-obbligu tal-Gvern li jgħin lil dawk illi sinjur kemm ikun sinjur il-pajjiż xorta se jaqgħu lura. "Il-problema tal- akkomodazzjoni soċjali hija fost l-aktar diffiċli biex issolvi, għax inti għandek ċerta żmien minn meta jibda x-xogħol sakemm jispiċċa." Infakkru wkoll iżda illi l-proġett għadu lanqas beda. Falzon ifakkar kif hemm 16-il sit ta' akkomodazzjoni soċjali li se jkunu ffinanzjati grazzi għall-fondi Ewropej, mill-Bank Ċentrali Ewropew. "Apparti minn hekk hemm ukoll proġett separat ta' akkomodazzjoni soċjali, li se jkun imħallas minna stess," jgħid Falzon f 'referenza għall- proġett tal-akkomodazzjoni soċjali ffinanzjat mill-flus tal- bejgħ tal-passaporti. "B'kollox se jkollna madwar 1,000 appartament." Kompla jgħid iżda li minn fost is-16-il tender issa ntrebħu wħud minnhom filwaqt li oħrajn issa ħarġu. Il-care orders: daqshekk jiffirma għalihom il- Ministru Intant Falzon huwa responsabbli għall-emendi u bidliet li mistennija jsiru lill- Att dwar il-Protezzjoni tat- Tfal, xi ħaġa li Falzon jixtieq li tkun parti importanti mill- wirt tiegħu bħala Ministru. "Il-bidliet li qed nipproponu jpoġġu dejjem lit-tfal fiċ- ċentru biex l-ewwel interess ikun tagħhom," sostna Falzon li qal ukoll li permezz tal-bidliet il-Ministru mhux se jibqa' jkun il-persuna li jiffirma care orders hu. Mhux l-ewwel darba fil-fatt li care orders tat-tfal spiċċaw ballun politiku b'ġenituri li jkunu tteħdulhom it-tfal jagħmlu pressjoni politika biex jieħdu lit-tfal lura. Qal ukoll illi b'dawn il- bidliet se jibda jkun possibbli li foster carer tadotta wara li tkun ilha tieħu ħsieb lit-tifel/ tifla ħames snin, minflok 10. "Aħna qed ngħidu li 10 snin huwa żmien twil wisq. Għall- inqas ħames snin, jekk it-tfal ma kellhomx kuntatt mal- ġenituri bijoloġiċi tagħhom. (Ara paġna 7) Infakkru illi qamu xi dubji s-sena l-oħra dwar adozzjonijiet mill-Indja u jekk dawn humiex parti minn traffikar tal-bniedem. Huwa jserraħ ras in-nies u jinsisti li meta ssir adozzjoni minn pajjiż barrani din hija rregolata mill-Konvenzjoni ta' Hague u li jew iż-żewġ pajjiżi jkunu firmatarji jew inkella jkun hemm ftehim bilaterali. Huwa kompla jispjega kif l-adozzjonijiet qed isiru, prinċipalment, mill-Islovakkja, l-Indja u l-Portugall. Finalment fakkar ukoll li adozzjoni dejjem trid tgħaddi mingħand l-awtorità ċentrali, fil-każ ta' Malta l-Appoġġ jew inkella entità li hija ċċertifikata biex tagħmel dan ix-xogħol mill-Appoġġ. Fakkar illi adozzjonijiet personali, fejn inti titla' pajjiż, tagħżel tifla/tifel u tniżżlu pajjiżna mingħajr ma tgħaddi mill-proċessi neċessarji hija illegali. 'L-Awditur kellu motivazzjoni ulterjuri...' Resqin lejn tmiem l-intervista u mmur naqra lura fiż-żmien. Falzon kien irreżenja wara li ħareġ l-iskandlu ta' Gaffarena u allura kif dan kien għamel profitti minn proprjetà li biegħ lill-Gvern wara esproprijazzjoni. Imma llum tgħallem xi ħaġa minn dik l-esperjenza? Huwa jammetti li kien dispjaċut meta tefa' r-riżenja tiegħu minn Segretarju Parlamentari. Huwa sostna illi ħadd ma kien ġiegħlu jirreżenja għalkemm baqa' jsostni li r-rapport tal-awditur li kien tefa' t-tort tal- esproprijazzjoni fuqu kellu "motivazzjoni ulterjuri." S'issa l-intenzjoni hija li noħroġ iva.