Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

Wara ħafna xhur ta' stennija u spekulazzjoni, il-ġimgħa l-oħra ħareġ ir-rapport tal- Kummssjoni Ewropea dwar l-Iskemi taċ-Ċittadinanza u tar-Residenza b'Investiment fl-Unjoni Ewropea. Fi stqarrija, il-Gvern Malti bi pjaċir innota li l-Kummissjoni qed tirrikonoxxi din l-industrija li kulma jmur dejjem qed tikber. Biżżejjed ngħidu li Malta mhix l-unika pajjiż li tamministra dawn il-programmi. Fil-fatt hemm 20 stat membru tal-Unjoni Ewropea li joffri xi skema ta' ċittadinanza jew residenza b'investiment. Din l-industrija tiġġenera eluf ta' impjiegi madwar l-UE u l-bqija tad- dinja u għalhekk hu għaqli li wieħed jixtarr sewwa dan ir-rapport sabiex titħares l-integrità tal-industrija u l-pajjiżi jikkollaboraw aktar flimkien kif ilna tant nisħqu bħala pajjiż. Ir-rapport jikkonferma li Malta tħaddan l-aktar proċess ta' diliġenza dovuta rigoruża, li huwa meqjus bħala l-aqwa wieħed fl-industrija u kull applikazzjoni tgħaddi minn għarbiel fin biex inkunu ċerti li ċ-ċittadinanza tingħata biss lil dawk li huma denji li jsiru Maltin u Għawdxin. Il- Kummissjoni tirreferi wkoll għall-fatt li l-programm ta' ċittadinanza Maltija huwa l-unika wieħed li għandu regolatur u l-aktar wieħed trasparenti għaliex Malta hija waħda minn żewġ pajjiżi li jippubblikaw l-ismijiet ta' dawk li jsiru ċittadini Maltin. Madanakollu aħna għidna ċar u tond li naqblu mar- rakkomandazzjoni tal- Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm standards ogħla fl-industrija u aktar kollaborazzjoni bejn il- pajjiżi sabiex applikanti li jiġu miċħuda ċ-ċittadinanza ma jgħaddux mit-tieqa u jiksbu l-istess drittijiet permezz ta' programm ieħor. Fil-fatt din il-proposta ħarġet wara suġġerimenti li għamilna aħna stess waqt diskussjonijiet mal-Kummissjoni u f 'diversi fora fl- aħħar xhur. Il-Gvern Malti kemm-il darba saħaq li l-programmi ta' ċittadinanza u residenza ma joffru l-ebda benefiċċju fiskali. Madanakollu, dejjem ikkollaborajna bis-sħiħ u kkoperajna mal- entitajiet kollha sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm xi forom ta' abbuż. L-istess jista' jingħad dwar l-ispekulazzjoni li dawn il-programmi jiffaċilitaw il-ħasil ta' flus. L-aġenzija li tmexxi l-programm ta' Investitur Individwali, tapplika proċess rigoruż sabiex tiżgura li l-applikanti aċċettati ikunu dawk biss li għamlu ġidhom b'mod leġittimu. Aħna naqblu wkoll mar- rakkomandazzjoni li jagħmel ir-rapport għat-twaqqif ta' grupp ta' esperti fuq livell Ewropew biex jiżgura li jkun hemm aktar trasparenza u governanza tajba fl- implimentazzjoni tal-iskemi. Se nkunu qed nikkollaboraw mal-Kummissjoni Ewropea f 'dan kollu u nagħtu l-impenn tagħna li se noffru l-esperjenza u l-prattiċi tajba li nħaddnu għad- dispożizzjoni ta' dan il-kumitat imsemmi. Dan ir-rapport huwa ċertifikat pożittiv għal Malta għaliex jirrikonoxxi l-prattiċi tajbin li dejjem imxejna bihom sabiex biex ikun żgurat li din l-industrija li tant ħalliet impatt pożittiv fuq is-soċjetà Maltija tiġi mħarsa. Fl-istess waqt il-KE tirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru minn pajjiżna biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ. Din l-industrija għandha futur sabiħ quddiemha u aħna se nkunu fiċ-ċentru sabiex dan is-settur ikompli jimxi 'l quddiem. Julia Farrugia Portelli hija s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 16 Opinjoni I l-mina li hi proposta taħt qiegħ il-baħar bejn Għawdex u Malta ser ikollha impatti negattivi konsiderevoli kemm fuq Għawdex kif ukoll fuq Malta. L-iżjed wieħed ovvju hu l-ġenerazzjoni ta' madwar miljun u nofs metru kubu ta' radam li ser jispiċċa fil-baħar. Dan ser jagħti bidu għal ħmar il-lejl ambjentali ieħor: għax l-iżviluppaturi ma baqgħalhomx fejn "jiżviluppaw" fuq l-art! Qed ifittxu l-ispazju. L-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi diġà identifikat fejn dan jista' jsir. Mhux ta' b'xejn li r-residenti tax-Xgħajra irvillaw. Il-problemi assoċjati mal- mina proposta huma bosta. Art agrikola madwar il- punti tad-dħul, fuq iż-żewġ naħat, kemm f 'Ta' Kenuna fil-limiti tan-Nadur kif ukoll ħdejn l-Għerien fil-periferija tal-Mellieħa u matul il-wied tal-Pwales ser ikollha tagħmel il-wisgħa. Din ser tispiċċa tkun trasformata f 'toroq kif ukoll f 'faċilitajiet għall-kontroll tad-dħul fil-mina. Magħhom imbagħad jiżdiedu pompi tal- petrol, kull naħa tal-mina. Hu ċar, minn dak magħruf s'issa, li d-dħul għall-mina min-naħa ta' Malta ser ikun viċin ħafna tal-ilma tal-pjan tal-Miżieb, jekk mhux dritt minn ġo fih ukoll! Dan l-ilma tal-pjan hu f 'kundizzjoni tajba, l-aħjar wieħed fil-gżejjer Maltin. Din kienet ukoll waħda mir-raġunijiet ewlenin l-għaliex fil-passat riċenti kellhom ikunu abbandunati żewġ proġetti kbar fl-inħawi, dak tal-golf course u ieħor konness mat-toroq (in- network TEN-T). Għandu jingħad ukoll li volum kbir ta' traffiku ser ikun iġġenerat u dan ser jgħaddi viċin ħafna tar-riżerva naturali tas-Simar fix-Xemxija. Il- ħsejjes, id-dwal u t-tniġġis tal-arja ser ikollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq ir- riżerva, b'mod partikolari matul il-lejl, ħin li fih in-natura wkoll tfittex li tistrieħ. Dawn il-problemi li inevitabbilment jinħolqu mill- mina għandhom iwasslu lil min hu rasu fuq għonqu biex ifittex soluzzjoni alternattiva biex titjieb il-konnettività bejn Għawdex u Malta. Soluzzjoni li tevita dawn il-problemi u iktar. Ħa nkun ċar: il-konnettività bejn il-gżejjer ta' Għawdex u Malta teħtieġ titjib konsiderevoli: is-soluzzjoni imma, mhix il-mina. Is- soluzzjoni għandha tkun waħda li tiffaċilita l-moviment bejn il-gżejjer mingħajr ma żżid mal-problemi li diġà għandna. B'mod partikolari għandna nevitaw li nkabbru l-problema tat-traffiku iktar milli hi diġà. Dan nistgħu nagħmluh jekk niżviluppaw soluzzjoni li tnaqqas flok ma tkabbar id-dipendenza tagħna fuq il- karozzi. Hu stmat li l-mina proposta ser iżżid il-medja kuljum tal- movimenti tat-traffiku bejn il-gżejjer mit-3,000 tal-lum għal madwar 9,000: żieda bi tliet darbiet fuq perjodu ta' 15-il sena. Wieħed ma jridx wisq għerf biex jifhem dawn iċ-ċifri, li nsibuhom ukoll fl-istudju ekonomiku kkummissjonat fl- 2015 mill-Awtorità tat-Trasport u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija. Għax il-ħlas biex tgħaddi mill-mina ser jinġabar minn fuq kull karozza u allura d-dħul ser jiddependi mill- ġenerazzjoni tal-ikbar ammont possibbli ta' traffiku. L-eżistenza tal-mina tiddependi fuq dan: bla traffiku ma tistax teżisti. Dan imur kontra l-oġġettiv ewlieni tal-Pjan Nazzjonali tat- Trasport (National Transport Master-Plan 2025) li fi kliem mill-iktar ċar jispjega kemm it-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna hu l-mira fit-tul tal- politika tagħna dwar it-trasport. Is-soluzzjoni meħtieġa trid tindirizza l-moviment tan- nies u mhux il-moviment tal-karozzi. L-unika soluzzjoni raġonevoli allura hi l-introduzzjoni ta' katamaran (fast ferry service) bejn Għawdex u Malta: bejn l-Imġarr f 'Għawdex u punti varji mal-kosta f 'Malta li jistgħu jinkludu x-Xemxija, Tas-Sliema u l-Belt Valletta. Ma' dan imbagħad ikun hemm ħtieġa tat-titjib tas-servizz tat-trasport pubbliku minn fejn jieqaf il- katamaran għall-bqija tal-pajjiż. Hu essenzjali li s-soluzzjonijiet li nagħżlu għall-problemi tagħna tat-trasport ikun jħarsu fit-tul ħalli nnaqqsu u mhux inżidu l-problemi li nħallu lil ta' warajna. Carmel Cacopardo huwa ic-Chairman tal-Alternattiva Demokratika Il-mina mhix soluzzjoni: hi problema CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com JULIA FARRUGIA L-unika soluzzjoni raġonevoli allura hi l-introduzzjoni ta' katamaran (fast ferry service) bejn Għawdex u Malta: bejn l-Imġarr f 'Għawdex u punti varji mal-kosta f 'Malta li jistgħu jinkludu x-Xemxija, Tas-Sliema u l-Belt Valletta Il-KE tressaq 'il quddiem numru ta' proposti rakkomandati minn Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019