Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
10 illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar2019 L-MTA tissospendi l-liċenzja ta' Karl Azzopardi, l-eks sid tal-Fantasy Tours wara ilmenti serji minn persuni li krew farmhouses f 'Għawdex mingħandu… minkejja dan messaġġi li għandha l-ILLUM juru li għadu qed jikri. DIN il-gazzetta tinsab infurmata li Karl Azzopardi, l-eks sid ta' Fantasy Tours, attwalment mixli b'miżapproprijazzjoni ta' aktar minn €400,000 u li allura qarraq bil-klijenti, qiegħed jikri l-postijiet ta' btala Għawdex. Minkejja dan, din il-gazzetta tista' tiżvela li fix-xhur li għaddew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kienet ħarġet ordni kontra l-istess Azzopardi u talbitu jwaqqaf l-operat tiegħu wara li saħansitra fuq il- midja soċjali kien akkużat li qarraq b'numru sostanzjali ta' klijenti oħra li kienu krew farmhouses f 'Għawdex mingħandu. L-ILLUM hi infurmata li Azzopardi għadu għaddej bl-operat tiegħu, tant li din il-ġimgħa diversi persuni għaddew lil din il-gazzetta korrispondenzi varji fosthom, SMS u messaġġi fuq Facebook li juru s-sid f 'kuntatt ma' nies li kienu qegħdin ifittxu li jikru post Għawdex, għaż-żmien tal-Karnival. F'wieħed mill- messaġġi hu jidher jistaqsi jekk il-klijent jixtieqx jikri l-farmhouse 'Ta' Majsi' li tinsab fis-Sannat Għawdex (ara l-istampa). Kelliema għall-MTA spjegat mal-ILLUM li l-liċenzja tiegħu għadha qed tiġi pproċessata mill-Awtorità Maltija tat- Turiżmu. Din il-gazzetta kkuntattjat lil Azzopardi u staqsietu għall- kumment tiegħu. Minnufih huwa stqarr li, "m'għadnix nikri l-postijiet battala Għawdex. Il-proprjetajiet m'għadhomx għandi. Min kien qed jeħodli ħsieb Għawdex għamel rebus." L-ILLUM kompliet tistaqsih, għalfejn ġaladarba m'għadux joffri dan is-servizz qiegħed jirreklama postijiet battala fuq Facebook, jibgħat messaġġi lil klijenti li juru interess li jikru post Għawdex u saħansitra hemm applikazzjoni ta' liċenzja pendenti għand l-MTA f 'ismu. Dan apparti li jekk wieħed jidħol fuq il-paġna ta' Facebook tal-imsemmija farmhouse, faċilment jara n-numru tiegħu mniżżel fil-lista tal-kuntatti. Huwa jirrispondi billi jgħid, "ilni li waqaft 'il fuq minn sitt xhur, applikajt għal- liċenzja meta kont għadni bil-kumpanija 'Island Delights' imma mbagħad qtajna qalbna. Iċemplu nies, anke ħbieb antiki u jistaqsuni jekk nafx lil xi ħadd u jien nirranġalhom. Kulħadd jagħmilha din l-affari. Assolutament mhumiex tagħna però." Din il-gazzetta hi infurmata li, fix-xhur li għaddew l-MTA ħadet azzjoni fil-konfront ta' Azzopardi wara li grupp ta' nies ilmentaw dwar l-esperjenza tagħhom f 'waħda mill- farmhouses li Azzopardi krielhom. Skont l-ilment, farmhouse li nkriet lilhom għall-prezz totali ta' €1,300 kienet nieqsa minn diversi faċilitajiet bażiċi fosthom, saqqijiet u sodod biżżejjed, forn u friġġ adegwati. Iżda mhux biss, hekk kif skont wieħed mill-persuni li kien fetaħ il-kanuni fuq Facebook biex jaqsam l-esperjenza tiegħu, 14-il persuna flimkien ma' tlett itrabi kellhom jinħaslu bil- fliexken tal-ilma hekk kif għal jumejn sħaħ ma kienx hemm provvista fil-proprjetà. Fil-5 ta' Frar 2015, sena wara li Azzopardi ntefa' taħt att ta' akkużi minħabba l-każ ta' Fantasy Tours, missieru kien fetaħ il-kumpanija, 'Island Delights Limited Ltd', kumpanija li tispeċjalizza fuq kiri ta' postijiet ta' btala f 'Għawdex. 'L-MTA tgħid li l-applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu pproċessati' Mal-ILLUM, kelliema għall- MTA kkonfermat li fid-dawl tal-każ ta' Lulju, l-Awtorità hi kienet ħadet azzjoni fil- konfront ta' Azzopardi billi ħarġet żewġ avviżi bil-miktub lil Azzopardi, fejn ġie mitlub iħallas penali peress li kien qed jikri postijiet ta' btala mingħajr il-liċenzja rikjesta. Skont l-Awtorità "dawn il- multi tħallsu, però Azzopardi xorta waħda naqas milli jikkonforma ruħu mal-liġi" u għalhekk "l-MTA ħarġet żewġ avviżi oħra ta' infurzar fejn dan ġie ordnat jwaqqaf b'mod immedjat l-operat tiegħu u jirregola ruħu." Wara dawn l-avviżi, Azzopardi ssottometta l-applikazzjonijiet neċessarji għal permessi sabiex jkun jista' jikri dawn il-postijiet ta' btala liema applikazzjonijiet għadhom qegħdin jiġu pproċessati mill-Awtorità. 'Kompla jaċċetta l-bookings fl-istess waqt li beda jibgħat l-messaġġi li l-kumpanija se xxolji." Kien fis-7 ta' Awwissu 2013 meta mijiet ta' klijenti ta' Fantasy Tours kienu ġew infurmati b'sempliċiment SMS li l-kumpanija se xxolji u għalhekk l-ġita tagħhom se tkun ikkanċellata. Fi Frar tas-sena 2014, Golden Travel Club Ltd, il-kumpanija wara Fantasy Tours kienet ġiet uffiċjalment iddikjarata falluta. Imbagħad, fis-16 ta' Ottubru 2014, Karl Azzopardi tpoġġa taħt att ta' akkużat wara li l-Qorti Kriminali ddeċidiet li kien hemm biżżejjed provi kontrih. Ir-raġel kien ġie mixli b'miżapproprijazzjoni ta' fondi li jammontaw għal aktar minn €400,000 u li qarraq bil-klijenti tiegħu. Fil-każ kien ġie żvelat kif Azzopardi kien kompla jaċċetta l-bookings fl-istess waqt li kien qed jibgħat l-SMS's ta' kanċellazzjoni lill-klijenti tiegħu. Dawn il-bookings allegatament ilaħħqu s-somma ta' €30,000. Fuq ordni tal-Imħallef, Azzopardi kellu l-assi tiegħu friżati u għalhekk hu ma jistax ibigħ, jittrasferixxi jew b'xi mod ineħħi l-assi li għandu li jinkludu: Kruger Ltd, Kruger Holdings, Panda Ltd, Fantasy Tours Ltd, Golden Travel Club Ltd u Hamlet Holdings Ltd Fid-dawl ta' dan il-każ, il- Gvern kien waqqaf 'Insolvency Fund' biex jagħti kumpens lil dawk affettwati u fl-2017 il- persuni migduma bdew jieħdu flushom lura, b'ammonti li jvarjaw minn €200 sa €5,000. Tal-Fantasy Tours jerġa' jinganna, joħdulu l-liċenzja imma jibqa' jikri lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Messaġġi mibgħutin minn Azzopardi nhar it-13 u l-14 tax-xahar li għadda Ir-riklam tal-farmhouse msemmija fil-messaġġi (ara fuq) sal-bieraħ