Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet ITTNAQQIS fl-attendenzi matul il-logħob tal-futbol lokali laħaq livelli serji u ta' tħassib. Iċ-ċifri uffiċjali maħruġa mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol u li għandha f 'idejha din il- gazzetta, juru li n-numru ta' partitarji li marru l-istadiums biex isegwu l-Kampjonat BOV Premier fl-istaġun li għadda kien l-inqas wieħed mill-2011 'l hawn biex f 'temp ta' seba' snin dawn naqsu b'total ta' 38,000. L-istatistika tikkonferma xejra negattiva li forsi ftit qatt ħasbu li seta' jgħaddi minnha l-futbol Malti. Fl-istaġun 2011/12, l-attendenza fil-Kampjonat BOV Premier kienet ta' kważi 123,000 partitarju. Sa sena wara, 2012/13, kienu diġà niżlu għal total ta' 99,124, skont ċifri mogħtijin lil din il-gazzetta mill- Assoċjazzjoni Maltija tal- Futbol (MFA). Fl-erba' staġuni ta' wara jidher li kien hemm kemm żidiet kif ukoll tnaqqis fl- attendenzi, in-numri baqgħu qatt ma laħqu dawk reġistrati fl-istaġun 2011/12. Fil-fatt skont l-istess ċifri tal-MFA dawn reġgħu telgħu għal 108,609 matul 2013/14, 101,027 fl-2014/15 u 104,025 fl-2015/16. Fl-2016/17 in-numru mbagħad reġa' niżel għal 91,541. Dan biex fl-2017/18 l-attendenza laħqet rekord baxx ta' attendenza fl-aħħar sitt snin. B'kollox kien hemm biss 84,194 persuna li marru jaraw il-logħob. Jiġifieri 38, 806 inqas persuna li marret tara l-logħob fl-istadiums differenti fejn jintlagħab dan il-kampjonat. Dan ifisser li n-numru ta' partitarji fl-istaġun li għadda kien 8% inqas mill-istaġun ta' qabel, 19% inqas mill-2015- 2016 u saħansitra 31% inqas mill-istaġun 2011/12. Skont sorsi ta' din il-gazzetta dan l-istaġun ma jidhirx li se jkun wisq differenti. Iċ- ċifri li tawna s-sorsi juru li l-attendenza medja għal kull logħba fl-ewwel nofs ta' dan il-kampjonat kienet ta' 435 spettatur, meta tinqasam fuq iż-żewġ settijiet ta' partitarji tiġi 218-il spettatur kull tim. Din il-medja hija ekwivalenti għas-sena ta' qabel, iżda 32% inqas meta mqabbel mal- istaġun 2011-2012. Min-naħa tagħha l-MFA sostniet mal-ILLUM illi t-tnaqqis fl-attendenza tal- aħħar kampjonat huwa sforz il-fatt, "li mill-istaġun 2017- 18, il-format tal-Kampjont BOV Premier League nbidel u l-ammont ta' partiti naqsu. Dan apprti li żdied in-numru ta' timijiet minn 12 għal 14, bil-kampjonat jintlagħab fuq żewġ rounds." Fost dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta hemm raġunijiet differenti li jissemmew biex jispjegaw dan it-tnaqqis. Fosthom hemm ix-xandiriet diretti tal-futbol barrani fuq it-televiżjoni u l-kwalità baxxa tal-logħba f 'Malta u anke nuqqas ta' fiduċja fit-tmexxija tal-MFA minn fost ammont ta' persuni mdaħħlin fil- futbol. Oħrajn iżda jemmnu li dawn il-fatturi, għalkemm jaffettwaw, mhumiex il- kaġun reali biex l-attendenzi jkunu tant għan-niżla. Dawn isostnu li, b'differenza għal snin ilu meta kulħadd jiftakar attendenzi ferm aħjar, illum il-ġurnata hemm wisq apatija f 'diversi saffi li trid tiġi indirizzata mit-tmexxija tal- futbol lokali. Rappreżentanti minn żewġ klabbs differenti tal- Kampjonat Premier li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li huwa ċar li numru ta' miżuri li ġew introdotti, bħal 'Nursery & Family Stand' u s-'Season Tickets', ma ħallewx il-frott tagħhom. Sostnew li fi żminijiet bħal dawn, meta qed jiġi promoss aktar l-isports f 'pajjiżna, inkluż mill-Gvern bit-tfassil ta' strateġija għall- isport immirata lejn is-suċċess, hemm bżonn mentalità differenti, fejn l-inizjattiva u l-ideat ġodda jerġgħu jqajmu l-entużjażmu lejn il-futbol f 'Malta. Dawn il-klabbs iħossu li l-enerġija biex il-logħba Maltija terġa' tqum fuq saqajha hija r-riċetta biex issir bidla pożittiva fl-interess mill- pubbliku. Dawn ir-rappreżentanti qalu li "l-argument li fiċ-ċokon ta' pajjiżna diffiċli ttejjeb dawn in-numru ma kienx ireġġi lbieraħ u wisq inqas illum. F'pajjiżi b'popolazzjoni li hi wkoll iżgħar minn tagħna, bħall-Iżlanda, l-affarijiet sejrin tajjeb ħafna, u l-livell tal-futbol tagħhom ra avvanzi inkredibbli". Iż-żewġ klabbs temmew jgħidu li, b'kordinament aħjar mal-awtoritajiet tal-pajjiż u b'involviment akbar tal- istakeholders kollha tal-futbol lokali, Malta wkoll tista' tagħmel qabża għall-aħjar biex l-attendenzi ma jibqgħux jegħrqu u dan l-isport tant maħbub jerġa' jikseb il-fiduċja li tilef fl-aħħar snin. Il-flus garantiti lill-klabbs mill-MFA... Kelliem tal-MFA fakkar lil din il-gazzetta illi l-assoċjazzjoni qed tgħin lill- klabbs b'diversi modi, fosthom permezz tal-Guaranteed Gate Income Scheme li tiggarantixxi ammont ta' flus bħala gate money, jew flus għad-dħul fl-istadiums, lill-klabbs f 'kull diviżjoni, irrispettivament mill-attendenza. L-MFA tfakkar li dan sar bi qbil mal-klabbs. Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum Matul l-istaġun 2011/12 123,000 partitarju attendew għall- Kampjonat Premier. Fl-2017/18 dan in-numru niżel għal kważi 84,000. X'ġara? Matul l-istaġun 2011/12 123,000 partitarju attendew għall- Il-'ballun' għan-niżla... 38,000 spettatur inqas għall-Kampjonat Premiere Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Permess ta' Jobsplus Nru: 582/2018) Bħala parti mill-proġett 820451 Prepare the Ground for Economic Independence, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE). Din il-vakanza hija ekwivalenti għal Skala ta' Salarju 7 tas-Servizz Pubbliku. Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Awwissu 2020) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tal-ippjanar, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal- proġett mill-bidu sat-tmiem tiegħu; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; u - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew kwalifika ta' Masters rikonoxxuta, f'Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, rigward programmi mibdija minn Ottubru 2008) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew kwalifika ta' Bachelors rikonoxxuta, f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, rigward programmi mibdija minn Ottubru 2008) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Management u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 15 ta' Frar 2019. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019