Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 TV/Ċinema Is-saga animata dwar il-ħbiberija mhux tas-soltu bejn tfajjel adoloxxenti Viking jismu Hiccup (vuċi ta' Baruchel) u dragun iswed imsejjaħ Toothless, waslet fit-tielet puntata tagħha b'How To Train Your dragon: The Hidden World. Bħaż-żewġ produzzjonijiet ta' qabel, dan il-film hu ffullat bi spettaklu ta' draguni ta' kull għamla u kuluri diversi jtiru fl-ajru, avventuri eżileranti u xenarju panoramiku mill-aqwa li jtuh il-bixra ta' xogħol epiku. Iż-żagħżugħ Hiccup, issa kap ta' Berk flimkien ma' Astrid (Ferrera) għadhom isalvaw draguni oħrajn biex ilestulhom post ideali fejn jgħixu fil-paċi. Meta ġo foresta f 'salt wieħed tidher Light Fury, dragun mara bajda u attraenti, Toothless id-dragun ta' Hiccup jintilef warajha. Li ma jafx hu li din ġiet hemm biex wieħed kattiv, Grimmel the Grisly (Abraham) jużaha bħala lixka ħalli jaqbad lil Toothless għal skopijiet malinni. Il- villaġġ ta' Berk se jgħaddi minn periklu kbir minħabba għadu li jrid jaħkem id-draguni kollha u lid-dinja eżistenti. Hiccup hemm bżonn jivvjaġġa biex ifittex post sigriet, li missieru mejjet kien semmielu, post mitiku mhux maħsub li jeżisti, fejn id-draguni qed jgħixu f 'armonija. Ix-xufier u d-dragun hemm bżonn li jiġġieldu flimkien biex isalvaw lil arthom u biex Toothless ifittex lis-sieħba tiegħu. How To Train Your Dragon: The Hidden World , bħax-xogħlijiet ta' qabel hu bbażat minn fuq il-kotba ta' Cressida Cowell. Din hija storja sorprendenti dwar il-kuraġġ li wieħed irabbi waqt li jikber u jimmatura biex jiffaċċja dak li hu mistur u dwar li kull ħaġa ta' gost u divertiment trid tiġi fi tmiemha. Dan il-film jagħlaq triloġija ta' saga viżżwalment eżileranti. Vuċijiet Ewlenin: Jay Baruċhel; Ameriċa Ferrera; Ċate Blanċhett; Kit Harrington; Ċraig Ferguson; F. Murray Abraham. Direttur: Dean DeBois, Maħruġ minn KRS Relasing. Tul: 104 min Ċert. P.G. Is-sensiela fantasija anime Gappuniża Dragon Ball li dejjem għamlet suċċess waslet fl-20 edizzjoni tagħha bil-film Dragon Ball Super: Broly. Dan hu xogħol mimli arti marzjali u l-ewwel wieħed bit- titlu ta' Dragon Ball Super. Anzi l-istorja tkompli wara l-istraġi u s-sopravivenza murija fi Dragon Ball Super. Wara li l-pjaneta tagħhom tkun distrutta, tliet Saijans (ċittadini ta' Vegeta), jitferrxu fl- univers kollha ddestinati għall-avventuri ġodda. Tnejn minnhom isibu kenn fid-dinja tagħna, waqt li t-tielet wieħed jitrabba b'sens ta' vendetta fuq il-pjaneta Vampa u jiżviluppa qawwa kbira. Issa wasal iż-żmien ta' ħlas u tpattija. Broly, mimli furja jattakka lil Vegeta f 'taqtigħa titanika li ddum kważi l-aħħar nofs siegħa tal-film. Id-dragon balls jintużaw biss biex id-dragun Shenron li jaqta' x-xewqat, ikun jista' jagħmel l-għeġubijiet. Dragon Ball Super: Broly hu film animat mexxej ħafna, b'kuluri psikadeliċi, xi kultant konfuż minħabba qbiż fiż-żmien (lura u 'l quddiem), b'xi umoriżmu u ġlidiet imtawlin u assurdi, imma xorta pjaċevoli. Dragon Ball Super: Broly Carmel Bonnici Vuċijiet Ewlenin: Sean Schemmel; Christopher Sabat; Vic Mignogna; Christopher Ayres; Emily Neves. Direttur: Tatsuya Nagamine. Maħruġ minn Eden Cinemas. Tul: 101 min. Ċert. 12A The Guilty Atturi Ewlenin: Jakob Cedergren. Vuċijiet Ewlenin: Jessica Dinnage; Omar Shargawi; Johan Olsen. Direttur: Gustav Moller. Maħruġ minn SIDE STREET Films, Eden Cinemas. Tul: 85 min. Ċert. 15. Films ġodda għal din il-ġimgħa How To Train Your Dragon: The Hidden World Il-produzzjoni Daniża/Norvegiża The Guilty fakkritni f 'film ieħor bl-istess atmosfera klawstrofobika u użu prolifiku tat-telefon, Phone Booth (2002). Minkejja li l-andament kważi kollu jseħħ ġo kamra speċjali tal-pulizija, dan hu thriller affaxxinanti li jħallik tipprova taqta' dejjem x'se jiġri. Asger Holm (Cedergren), uffiċjal tal-pulizija qed jirrispondi t-telefon f 'ċentru speċjali tal-emerġenza. Waħda mara jisimha Iben (vuċi ta' Dinnage), b'nifisha maqtugħ u tibki ċċempel għall-ajjut għax tgħid li nħatfet minn żewgha Mikael (vuċi ta' Olsen) li għadu ħiereġ mill- ħabs u tinsab imsakkra fil-karozza tiegħu. Tant jinteressa ruħu f 'dan il-każ li, barra li jsejjaħ lill-puliżija biex jinvestigaw, jipprova jieħu informazzjoni utli minn din il-mara. Meta jċempel fid-dar tagħha, t-tifla Mathilde mwerwra u xxukkjata tgħidlu li rat lil missierha jgħajjat b'rabja ma' ommha b'sikkina f 'idu u ommha mimlija demm. Meta suppost spiċċa l-ħin tax-xogħol tiegħu, Asger jibqa' wara x-xogħol, kontra kull etikett, ikompli jistħarreġ. L-iżvilupp ta' wara se jissorprendih bil-kbir, fil-waqt li hu jsib redenzjoni għall-att kriminali li għamel qabel u li jrid iwieġeb għalih fil-qorti. The Guilty, li hu bis-sotto- titoli bl-Ingliż jispikka bil-parti ammirevoli tal-protagonist li mill- bidu jidher li hu wkoll inkwetat, fuq l-effett li jħallu l-vuċijiet u anki fuq pawsi ta' stennija f 'ambjent solenni ta' kważi mingħajr mużika u li jimxi mal-ħin reali. Thriller tant magħmul b'kapaċità li ma tiddejjaqx sekonda waħda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019