Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat ILĦADD 27 ta' Jannar f 'Sevilla fi Spanja seħħet nofs maratona, f 'distanza ta 21.097km. Din in-nofs martona prestiġjuża hija waħda mill-iktar veloċi minħabba li r-rotta hija relattivament ċatta u mingħajr tlajja,u għaldaqstant tattira eluf ta' parteċipanti. Din is-sena, 9,500 atleta ħadu sehem f 'din il-maratona li għaddiet minn madwar il-belt ta' Sevilla u biswit l-isbaħ attrazzjonijiet tal-belt. Ryan Farrugia, atleta Malti ta' 31 sena magħruf iktar fix-xena tat-Trail Running, spiċċa t-tellieqa fit- 38 post f 'ħin ta' siegħa, 14-il minuta u 47 sekonda. Ryan qasam magħna l-esperjenza tiegħu f ' din it-tellieqa. "L-isport min dejjem kien parti integrali minn ħajti. Minn età żgħira, tħarriġt il-futbol fi ħdan in-nursery ta' Birkirkrara u għal 20 sena lgħabt il-ballun kważi ta' kuljum. Apparti l-futbol, dejjem kont interessat li nżomm ruħi attiv billi nagħmel sport ieħor, kemm f 'tim jew individwali. Madwar erba' snin ilu skoprejt id-dinja tal-long distance running. L-ewwel tiġrijiet tiegħi kienu jkunu bejn siegħa u sagħtejn, fl-Alpi Franċiżi. Kont nintilef fil-mument, ninsa d-distanza u l-ħin u f 'kemm ilni ngħidlek, inkun diġà ġrejt numru sostanzjali ta' kilometri. Dawk kienu l-ewwel memorji tiegħi tal- ġiri u għaldaqstant ġiri għal distanza twila dejjem ġieni 'second nature'. Minkejja li l-background tiegħi ġej mit-trail u mountain running, meta tieħu sehem f 'tiġrija ta' din ix-xorta u livell, tħalli fik esperjenza li tibqa' tiftakar. Qabel it-tluq tara eluf ta nies jinġabru mal-istart line, kulħadd eċitat għall-vjaġġ diffiċli li ġej quddiemhom. L-arja tkun mimlija eċitament u ansjetà - jibdew għaddejjin minn moħħok kull tip ta' dubju - 'Tgħid ħa nilħaq il-finish line fil-ħin? Tgħid ħa nkun niflaħ nissaporti t-tbatija ta' matul it-tiġrija? Tgħid ħa jkolli tiġrija tajba? X'se nagħmel jekk ma nħossnix sew matul it-tiġrija? F'dawk il-mumenti kull dubju jibda jdeffes denbu, imma trid tiftakar kemm tħarriġt biex wasalt s'hawn, u kemm għamilt sagrifiċċji fit-taħriġ biex finalment issa f 'dan il-mument tinsab ippreparat għal li ġej quddiemek. L-aħħar minuti qabel tibda tiġrija huma totalment estatiċi - ħassejt it-thrill u l-vibe li folla ta' 10,000 ruħ qiegħda tarmi u qabżitli demgħa ta' ferħ talli kont ninsab proprju f 'dak il- mument lest għal 21 kilomteru niġri b'kemm għandi saħħa! Three - two - one- Go! F'dak il-mument tinsa kollox u ħaġa waħda tibda tara - il-missjoni li għandek biex tilħaq il-finish line. Din kienet l-ewwel nofs maratona uffiċjali u rikonoxxuta li għamilt, allura sa ċertu punt ma kellix aspettattivi għoljin. S'issa l-uniċi nofs maratoni li tellaqt fihom huma n-nofs maratona ta' Malta fl-2018 kif ukoll nofs maratoni oħrajn fuq l-imħarbat (trail). Meta toħroġ għal tellieqa mingħajr pressjoni, ikollok kemmxejn iktar kontroll fuq kif qed iħossok waqt it-tiġrija. F'tiġrija twila bħalma hi nofs maratona, importanti mmens titlaq pass konservattiv. Jekk tagħmel l-iżball li titlaq pass li huwa b'saħħtu, tpatti għalih iktar tard. Mal-ewwel kilometri, tlaqt b'pass b'saħħtu imma kkontrollat. Bdejt nistudja kif qed iħossni - kif inhi l-heart rate, kif inhu l-pass, kif inhu n-nifs. Meta rajt li kollox qiegħed kif xtaqt, waħdi dħalt fir- ritmu tat-tiġrija u l-kilomteri progressaw ġmielhom. It-tir tiegħi kien li niġri b'pass ta' 3'30 kull kilometru, u sa nofs it-tiġrija kont qiegħed inżomm il-pass ġmielu. It-tiġrija tgħaddi minn avenues wesgħin u magħluqin mit-traffiku kif ukoll minn maġenb l-isbaħ attrazzjonijiet tal-belt. Matul ir rotta kien hemm diversi spettaturi jċapċpu u jagħtu s-sapport tagħhom kif l-Ispanjoli brijużi jafu jagħmlu. Dak il-ħin tarahom anġli għax jagħtuk spinta ta' enerġija u jġegħluk titbissem - momentarjament tinsa t-tbatija tal-kedda. Fit-tieni nofs tat-tiġrija hekk kif qrobna l-15-il kilometru bdejt inbati. Fil-lingwa tal- atleti, minn dak il-mument tibda l-vera tiġrija fejn trid veru tiffoka biex iżżomm ir-ritmu b'saħħtu u ma ċċedix. Ġismek u saqajk jibdew jgħajjew u tkun trid iċċedi, imma moħħok irid iżomm sod u trid tibqa' għaddej b'kemm tiflaħ. F'dawk il-mumenti ta' tbatija, bdejt naħseb f 'kull min iħobbni u kull min kien parti minn dan il-vjaġġ sabiħ. Bdejt ngħid bejni u bejn ruħi, wara tant sagrifiċċji li għamilt fit-taħriġ issa żgur mhux il-waqt li naqta' qalbi. Bdejt inġib quddiem għajnejja l-finish-line u l-emozzjoni ewforika meta tispiċċa xi ħaġa li tant tkun ilek tipprepara għaliha. Fl-aħħar metri tajt kollox, kulma kien fadalli ġot- tank! Rajt lill-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov u iktar ġrejt b'kemm kelli saħħa sakemm finalment qsamt il-finish-line kompletament eżawrit imma sodisfatt. Wara kull esperjenza ta' suċċess hemm tim ta' nies li flimkien jgħinuni nitħarreġ u ntellaq f 'tiġrijiet internazzjonli. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil Teamsport Malta, Reflex Total Fitness, Phone Refix, Uncle Matt's Kitchen kif ukoll lil Garmin Malta. Grazzi lil dawn l-isponsors tas-sapport li juru lejn l-isport lokali!" Ryan Farrugia jkompli jimpressjona... itemm t-38 post minn 9,500 parteċipant l-Maratona ta' Sevilla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019