Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Meta konna żgħar in-nannu kien jieħu lili u lil ħija miegħu l-grawnd naraw il-logħob tal-Furjana. Konna nieħdu gost u konna anke nilagħbu ħafna flimkien peress li sena biss hemm bejnietna. Mur żommna! Il- kuritur tad-dar il-grawnd u l-bibien il-lasti. X'taħseb dwar dak kollu li urejtmatul dan l-istaġun s'issa mal- eks tim tiegħek Tarxien Rainbows? Naħseb li ta' dak it-tajjeb kollu li għamilt bħalissa qed niġi ppremjat għalih. Il-fatt li qajjimt l-interess ta' tim bħal Ħamrun Spartans għalija huwa ta' unur u ta' sodisfazzjon. Minkejja li fil-bidu ta' dan l-istaġun kelli naffronta intervent minħabba injury li ġarrejt miegħi mill-istaġun li għadda, ħdimt ħafna waħdi sabiex ningħaqad mat-tim malajr kemm jista' jkun u nagħti l-kontribut tiegħi. Mhux l-ewwel darba li kelli naffronta intervent fil-karriera tiegħi u naf x'inhuma d-diffikultajiet. Ma' Tarxien kont inħossni rispettat u allura setgħu joħorġu l-kwalitajiet tiegħi. Ma nħossx li kien l-aqwa staġun tiegħi s'issa però kelli ħafna mumenti pożittivi, bħal gowl kontra Qormi fl-aħħar ftit mumenti tal- logħba. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Ħamrun Spartans? L-ambizzjonijiet ta' Ħamrun Spartans għalija huma attraenti ħafna. L-istorja u s-suċċessi tal- passat ta' dan il-klabb iktar u iktar. Il-livell ta' futbol li bħalissa qed jintlagħab f 'dan il-klabb se jgħinni nerġa' ngħolli l-livell tiegħi. Il- professjonalità li jġibu magħhom il-kowċ u l-istaff tiegħu huma l-eżempju ta' kif għandu jkun il- futbol hawn Malta sabiex nitjiebu bħala pajjiż. U jekk tkun tħobb il- futbol, tkun tixtieq il-professjonalità, anke jekk il-professjonalità tirrikjedi s-sagrifiċċji. Nixtieq nagħti l-kontribut tiegħi f 'dan il-klabb sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' kull individwu li jħobb dan il-flokk. Taħseb li se jirnexxilkom tiksbu post fl-Ewropa? F'dawn il-ftit ġranet li għamilt mal-klabb ħassejt li hemm grupp b'saħħtu ħafna u iva grupp li għandu l-potenzjal li jikseb post fl-Ewropa. Il-kwalitajiet tal-plejers huma ta' livell għoli u jekk kulħadd jibqa' jaħdem b'din is-serjetà u l-grupp iżomm l-għaqda, m'hemmx minn xiex naqtgħu qalbna. Kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed f 'kull mument u l-post fl-Ewropa nilħquh żgur. Kif qed tipprepara biex taffronta lill-eks tim tiegħek, Tarxien Rainbows jew għalik se tkun logħba bħall-oħrajn? Bħalissa l-iktar ħaġa importanti għalija hija li nilħaq l-ogħla l-livell tiegħi fil-prestazzjonijiet fil-grawnd u nista' nagħmel dan biss bil-ħidma xierqa ta' matul il-ġimgħa. L-unika ħaġa li naf hi li meta tasal din il-logħba, għalija se jkun hemm inċentiv ieħor u li rrid nagħti kollox fil-mument li nkun imsejjaħ, biex nirrispetta kemm lil klabb ta' Ħamrun kif ukoll il-klabb ta' Tarxien. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Jekk il-mistoqsija qed tirreferi għall-idea li inqas klabbs fil-Premier huwa ekwivalenti għal livell ogħla, ma naħsibx li t-tibdil fin-numru ta' klabbs jikkompetu fil-Premier hija s-soluzzjoni. Jien jogħġobni l-format hekk kif inhu. Aħjar milli tilgħab kontra l-istess tim għal xi tliet darbiet. Biex jogħla l-livell irridu nibdew mill-bażi, isiru iktar investimenti fl-isport f 'pajjiżna u naqilbu għal strutturi iktar professjonali. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? F'kull kampjonat tad-dinja hemm differenza bejn il-livell tat-timijiet ta' fuq u ta' taħt. Għalhekk bħalissa qed insejħulhom hekk għax ġa hemm preċedent. Ma nara xejn ħażin fiha, għalhekk il-futbol huwa sabiħ għax huwa imprevedibbli. U b'ħafna attenzjoni, b'ħafna xogħol u xi kultant anke naqra xorti tajba t-timijiet ta' taħt jistgħu anke jirbħu lit-timijiet ta' fuq, anke fil- kampjonat Malti. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le. Malta hija gżira żgħira u għandha l-limitazzjonijiet tagħha. Diġà m'għandniex biżżejjed żgħażagħ jilagħbu barra minn xtutna, ma naħsibx li s-soluzzjoni hi li ġġib lill-barranin hawnhekk minflok. Meta mbagħad jogħla l-livell tal-futbol f 'Malta, joħorġu jilagħbu iktar plejers barra u jkollna l-bażi tal-futbol Malti b'saħħitha, jiftħu s-suq għal kemm iridu barranin. Imbagħad hemmhekk japplika l-kunċett ta' min hu l-aqwa bejn il-Malti u l-barrani jilgħab! Għax kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Kien hemm drabi fejn ċertu barranin li ġew kienu tal-istess livell u ħadu post plejer Malti. Jekk il- klabbs ma joqogħdux attenti jkunu qegħdin huma stess jiftħu l-bibien beraħ. Irid ikun il-kowċ li min-naħa tiegħu ma jagħżilx il-formazzjoni skont in-nazzjonalità imma skont il- prestazzjonijiet ta' matul il-ġimgħa u l-karatteristiċi individwali ta' kull plejer. Mhux se ngħallimhom jien! 'Kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed f 'kull mument Cristian Antony Muscat Andrè Scicluna - futboler tal-ogħla livell u li l-jiem li għaddew ingħaqad ma' Ħamrun Spartans mingħand Tarxien Rainbows, fejn żgur li se jkollu rwol importanti ferm t-tim immexxi mill-kowċ Taljan Giovanni Tedesco. F'dawn il-ftit ġranet li għamilt mal-klabb ħassejt li hemm grupp b'saħħtu ħafna u iva grupp li għandu l-potenzjal li jikseb post fl-Ewropa. Il-kwalitajiet tal-plejers huma ta' livell għoli u jekk kulħadd jibqa' jaħdem b'din is-serjetà u l-grupp iżomm l-għaqda, m'hemmx minn xiex naqtgħu qalbna. Bħalissa l-iktar ħaġa importanti għalija hija li nilħaq l-ogħla livell tiegħi fil-prestazzjonijiet fil-grawnd u nista' nagħmel dan biss bil-ħidma xierqa ta' matul il-ġimgħa. L-unika ħaġa li naf hi li meta tasal din il-logħba, għalija se jkun hemm inċentiv ieħor u li rrid nagħti kollox fil-mument li nkun imsejjaħ, biex nirrispetta kemm lill-klabb ta' Ħamrun kif ukoll il-klabb ta' Tarxien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019