Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Prodott ta' sitt stilel, bħal Buġibba jiġifieri? ĠIMAGĦTEJN ilu dan l-ispazju kien iddedikat għall-kwistjoni tal- Corinthia u l-prezz tal- art li biha se tingħata lill-International Hotels Investments. Dakinhar konna għamilna aċċenn qasir għall-kwalità tal- infrastruttura u servizz li qed noffru bħala pajjiż. Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar turisti li ġejjin (jew irridu li nġibu f 'pajjiżna) u li jridu jonfqu €5,000 kull lejl, jagħmel sens li nerġgħu niftħu aktar l-argument tal- gazzetta dwar il-kwistjoni. Ħa nibdew minn dak li suppost huwa ovvju imma mid-dehra mhuwiex. It-turisti mhux se jiġu pajjiżna biex jaraw il-flats u lanqas biex jaraw skyscrapers u bini għoli. Biex jaraw il-flats u bini għoli jistgħu jibqgħu d-dar. Ħafna, ejja ngħidu maġġoranza tat-turisti, qed jiġu pajjiżna biex iduqu mill-karattru veru Malti; il-karattru tal-irħula, tal-ikel tagħna, il-karattru arkitettoniku u l-karattru tal-poplu tagħna. Karattru Mediterranju li jistgħu jarawh f 'pajjiżi oħrajn bħal Greċja, l-Italja, il-Katalunja (Spanja), Ċipru, il-Marokk, it-Tuneżija, it-Turkija u pajjiżi oħrajn. Il-kompetizzjoni hija ħarxa ħafna u iebsa. U allura tajjeb nistaqsu lilna nfusna, b'mod sobriju, lil hinn mill- ħafna kliem sabiħ u ħolm; l-infrastruttura ta' pajjiżna hija ta' sitt stilel? Għandna l-indafa ta' sitt stilel f 'żoni turistiċi? It-toroq, il-bankini u aktar huma ta' sitt stilel? Is-servizzi tagħna li se jużaw it-turisti, notevolment it- trasport pubbliku, huma ta' sitt stilel? Nagħtu eżempju. San Pawl il-Baħar hija l-lokalità bl- akbar numru ta' sodod għall- akkomodazzjoni u tilqa' fiha persentaġġ qawwi ta' turisti. Nistaqsu lilna nfusna; qed noffru infrastruttura ta' sitt stilel hawnhekk? L-awtoritajiet lanqas biss qed jirrikonoxxu li f 'din il-lokalità hemm problema qawwija ta' skart u ħmieġ kullimkien. Lanqas biss qed jirrikonoxxu li nofs it-toroq u l-bankini huma mkissrin. Lanqas biss qed jirrikonoxxu li f 'din il-lokalità l-aħħar darba li sar żvilupp bi sforz serju ta' titjib qawwi kien fl-1997, taħt Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Aħseb u ara kemm hemm prodott ta' sitt stilel! 20 sena għall-elementi tan-natura ilha tiffaċċja l-infrastruttura ta' Buġibba/ il-Qawra u minflok nużaw ftit mill-flus kbar maħluqin minn ekonomija b'saħħitha biex f 'proġett wieħed jew tnejn nagħtu mbuttatura qawwija infrastrutturali liż- żona (toroq ġodda, bankini ġodda, promenade ġdid, parkeġġ ġdid, spazji miftuħa, dixxiplina stretta fit-tindif...) qed noqogħdu nitqammlu u nixxaħħu mal-akbar lokalità turistika u allura ma' waħda li minnha naqilgħu ħafna flus. Dan apparti li sajf wara sajf għadna mhux qed infornu biżżejjed għad-domanda qawwija immens li jkun hemm għat-trasport pubbliku f 'din il-lokalità. U dan apparti wkoll il-ġungla li litteralment hemm f 'ċerti żoni, grazzi għal numru żgħir ħafna ta' negozji. Dawra ma' Buġibba u l-Qawra u tista' testendi għax- Xemxija, żona li suppost hija fost l-aqwa f 'Malta għax hija kruċjali għall-ekonomija, turik li minflok infrastruttura ta' sitt stilel, għandna waħda li bilkemm tlaħħaq ma' tlieta. U mhux din iż-żona biss. Ħafna żoni oħrajn spiċċaw prattikament sit ta' kostruzzjoni, kull kantuniera b'xi blokka tielgħa u krejnijiet kullimkien. Tajjeb li nitkellmu dwar il-lussu, imma tajjeb ukoll li l-Gvern apparti li jiftaħar bil-ħidma tal-privat jiċċaqlaq naqra u jagħti imbuttatura akbar min-naħa tiegħu biex iż-żoni turistiċi jaraw titjib u jeċċellaw. Dak li qed isir s'issa forsi huwa tajjeb, imma ċarament mhux biżżejjed biex ikollna destinazzjoni ta' sitt stilel. Din il-filosofija ta' kollox f 'idejn il-privat qed tinsa fatt importanti: il-privat mhux se jagħmel il-bankina u l-bozza u l-promenade u mhux se jtejjeb it-toroq f 'żoni turistiċi u lanqas se jmur inaddaf il-ħmieġ li xi kultant jitħalla ġranet sħaħ jiġri, għax minn dan kollu mhux se jagħmel profitt. Dak xogħol il-Gvern, li mit-taxxi li nħallsu jara li joffri prodott ta' sitt stilel mill- lukanda 'l barra. Għandna pajjiż li jista' jkun ġojjel però sfortunatament għad hawn wisq nies maħmuġin li m'għandhom ebda sens ta' rispett lejn pajjiżna, kemm Maltin u anke barranin. Għad m'hemmx biżżejjed infurzar fuq min iħammeġ. Min-naħa l-oħra iżda nħossu illi meta tpoġġi t-titjib ekonomiku qawwi li qed jesperjenza dan il-pajjiż fuq il-miżien u tqabblu mal-progress u titjib f 'żoni turistiċi, inħossu li għad fadal bil-wisq xi jsir. Ilna ngħidu li pajjiżna għandu bżonn tindifa ġenerali minn meta kien hemm in-Nazzjonalisti fil-Gvern u kien hemm iċ-CHOGM. Dejjem l-istess kantaliena, dejjem nittamaw li pajjiżna jinżamm nadif tazza u organizzat. Sfortunatament iżda Malta (mhux daqstant Għawdex) djamant maħmuġ kienet u hekk għadha. Ma nagħmlux bħal dak in-nemlu l-għażżien li qagħad igawdi x-xemx waqt li kienet qed tiddi, imbagħad ma kellux x'jiekol meta wasal il-bard u l-maltempati tax- xitwa. Għax it-turist illum hawn u għada xi mkien ieħor. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019