Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 32 LIKBAR bidla jistgħu jagħmluha ż-żgħażagħ, tgħid l-MEP Laburista Miriam Dalli Iż-żgħażagħ u t-tfal jistgħu jkunu l-atturi favur sforz kollettiv biex jiġi mnaqqas il-plastik li jintuża darba biss. L-MEP Laburista Miriam Dalli qalet li huma ż-żgħażagħ u t-tfal li għandhom il-ħeġġa jkunu l-katalisti favur użu ta' alternattivi sostenibbli li ma jniġġsux il-baħar u l-kampanja tagħna. Il-MPE Maltija, kordinatur ambjentali għall-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil- Parlament Ewropew, insistiet li ż-żgħażagħ diġà qegħdin jesprimu l-vuċi tagħhom fuq kwistjonijiet ambjentali u jistgħu jkunu l-atturi li jgħinu biex issir il-bidla. "F'kull laqgħa li jkolli u f 'kull attività li nattendi nara interess qawwi mit-tfal u ż-żgħażagħ li jridu jsiru jafu aktar kif jistgħu jipparteċipaw u jaġixxu biex isalvaw il-pjaneta li ngħixu fiha. F'laqgħat fi skejjel u f 'postijiet oħra jistaqsu dwar kif jistgħu jagħmlu l-parti tagħhom biex inaddfu l-ambjent, u jnaqqsu l-użu tal-plastik," qalet Miriam Dalli. Filwaqt li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja laħqu ftehim dwar il-projbizzjoni ta' prodotti tal-plastik li jintuża darba biss, il-bidla tista' sseħħ aktar malajr bl- involviment taċ-ċittadini u permezz ta' għarfien akbar dwar l-effetti negattivi, ir-rimi tiegħu u kif microplastics jistgħu jispiċċaw fl-ibħra tagħna. "Filwaqt li jista' jkun possibbli li jitneħħew partiċelli akbar tal-plastik mill-ibħra tagħna, huwa impossibbli li teħles mill- microplastics. Anke l-bniedem isir suxxettibbli li jieħu dan it-tip ta' plastik meta jiekol ħut jew frott tal-baħar," sostniet Dalli. Fix-xogħol tagħha fil-kumitat tal- ambjent, Miriam Dalli ħadmet fuq emendi li indirizzaw b'mod partikolari l-plastik fil-baħar. Dan hekk kif il-plastik jammonta għal 80-85% tat-total taż-żibel fil-baħar. 43% tal-iskart misjub fuq il-bajjiet Ewropej jikkonsisti minn 10 oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss. Il-fatturi li wasslu għas- sitwazzjoni tal-lum huma ħafna inkluż l-użu mifrux tal-plastik u x-xejra tal-konsum. Miriam Dalli laqgħat l-iskema proposta mill-Gvern biex il-konsumaturi jirritornaw fliexken tal-plastik u kontenituri u nnutat b'mod pożittiv li diġà hemm ħwienet li bdew jibdlu prodotti tal-plastik b'alternattivi sostenibbli. "M'aħniex ngħidu l-plastik kollu jrid jispiċċa għaliex wara kollox mhux il-plastik kollu huwa ħażin u hemm plastik li jintuża għal aktar minn darba għal raġunijiet varji. Bi sforz akbar nistgħu nindirizzaw il- ġenerazzjoni kbira ta' skart tal-plastik hekk kif aktar produtturi u konsumaturi jaqilbu għal prodotti alternattivi," qalet Miriam Dalli. Iż-żgħażagħ mħeġġa jkunu l-vuċi favur bidla sostenibbli fl-użu tal-plastik LAĠENZIJA internazzjonali Fitch Ratings ikkonfermat il- credit rating ta' Malta bħala A+ 'stable'. Fir-rapport tagħhom, l-esperti ta' Fitch Ratings jgħidu li l-andament tal-finanzi ta' pajjiżna kien aħjar minn dak f 'pajjiżi bl-istess rating. Dawn l-esperti internazzjonali qed ibassru li, fis-sentejn li ġejjin, il-Gvern Malti ser jibqa' jirreġistra surplus ta' qrib il-1% tal-ġid nazzjonali. Il-Gvern fi stqarrija fakkar illi dan ser jinkiseb mingħajr dipendenza fuq id-dħul mill- programm ta' ċittadinanza b'investiment. Minkejja ż-żieda antiċipata fuq proġetti kapitali, Fitch Ratings tgħid li sa 10 snin oħra, il-piż tad-dejn nazzjonali ser ikun naqas għal inqas minn 27%, jiġifieri ferm aktar minn nofs il-piż li kien hemm fl-2012. Minkejja l-prospetti xejn sbieħ fl-ekonomiji ta' madwarna, l-ekonomisti ta' Fitch Ratings qed ibassru tkabbir ekonomiku f 'Malta ta' aktar minn 5% għal din is-sena. Il-Gvern temm jgħid li din l-analiżi pożittiva ta' Fitch Ratings tikkonferma l-fiduċja li teżisti f 'pajjiżna. "Dan is-suċċess qed iwassal għal aktar interess f 'Malta minn investituri barranin, u b'hekk, għal ekonomija aktar b'saħħitha għall-ġid tal-familji u n-negozji ta' pajjiżna." Il-Gvern jilqa' b'sodisfazzjon il-credit rating ta' Fitch ta' 'A+ stable'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019