Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 Aħbarijiet Il-PN irid President Nazzjonalist… imma ma jridx jgħid min MINKEJJA li l-Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia appella għal darba darbtejn lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jagħżel President mill-kamp politiku oppost, il-Partit Nazzjonalista għażel li ma jgħidx lil min għandu fi ħsiebu. Il-gazzetta ILLUM ilha ġimgħat tistaqsi lill-Partit Nazzjonalista jekk hux se jkun qed jipproponi ismijiet biex ikunu kkunsidrati għall- President u reġgħet bagħtet dawn il-mistoqsijiet wara li bħal-lum ġimgħa, Delia reġa' appella lil Muscat biex jagħżel President Nazzjonalist. Iżda minkejja dawn l-appelli, fit-tweġiba tiegħu, il-Partit Nazzjonalista qal li "ma jħossx li dan huwa l-mument li wieħed għandu jispekula dwar l-ismijiet," anke jekk tenna li "huwa ż-żmien li l-Prim Ministru għandu jikkunsidra bis-serjetà l-proposta tal- Oppożizzjoni bl-għan li ssir l-aħjar għażla għal pajjiżna." Mistoqsi direttament jekk hux se jkunu qed jipproponu persuna jew persuni partikolari, kelliem għall-Partit Nazzjonalista wieġeb biss li "ma hemmx dubju li hemm diversi persuni li għandhom esperjenza fil-kamp politiku tal-Oppożizzjoni tal-ġurnata li huma idoneji għall-kariga ta' President ta' Malta." Imma l-Partit Nazzjonalista ppropona ismijiet? Intant, din il-gazzetta tkellmet ma' Deputati, kemm tal-Gvern u anke tal- Oppożizzjoni li qalu li sa issa l-Kap tal-Oppożizzjoni għadu ma ssuġġerixxa l-ebda isem lill-Prim Ministru. Deputati tal-Oppożizzjoni saħansitra qalu li din il- kwistjoni għadha qatt ma ġiet diskussa fil-Grupp Parlamentari u lanqas ma għandhom idea jekk Delia għandux f 'moħħu lil xi persuna partikolari. Deputat partikolari qal li jista' jkun li l-Prim Ministru diġà informa lill-Kap tal- Oppożizzjoni bil-persuna li beħsiebu jinnomina u li Delia qed jagħmel dawn l-appelli biex jagħmel "pressjoni" fuq Muscat. Madanakollu, fit-tweġiba tiegħu, il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Kap tal-Oppożizzjoni hu dispost biex jiddjaloga mal-Prim Ministru fi spirtu reċiproku u rispett u kollaborazzjoni dwar l-aħjar soluzzjonijiet fl-interess nazzjonali. Minflok wieġeb lil min għandu f 'moħħu, il-Partit Nazzjonalista tenna ma' din il-gazzetta li fl-għażla tan-nomina għall-kariga ta' President tar-Repubblika, il- Gvern għandu jibgħat messaġġ ċar li bil-fatti jrid jagħti sehmu għall-għaqda nazzjonali. Saħaq li l-Presidenza tista' tkun fattur importanti biex il- pajjiż jissaħħaħ u jibda proċess li jnissel fiduċja li "hemm aktar x'nirbħu flimkien milli jekk nibqgħu f 'sitwazzjoni fejn kollox jitpoġġa f 'naħa waħda" u kif għamel fl-aħħar jiem fakkar li dan is-sinjal kien ingħata 10 snin ilu, meta Lawrence Gonzi kien għażel lil George Abela bħala t-tmien President tar-Repubblika. Iżda min se jsir President? Issa li t-terminu tal-President Marie Louise Coleiro Preca se jintemm f 'April, diversi huma dawk li qed jistaqsu min se jkun is-suċċessur tagħha, bl-aktar li qed jissemmew huma l-eks Ministru Laburista George Vella u l-Ministru Evarist Bartolo, anke jekk il- Prim Ministru Joseph Muscat insista li għad ma kienx hemm diskussjonijiet dwar dan. Jekk Vella jsir President, din tkun ħatra interessanti fid-dawl tal-fatt li s-sena li għaddiet kien ikkritika bl-aħrax l-emendi fil-liġi tal-IVF li kien iddeskrivihom bħala "parodija tal-etika, tal-moralità u tad- dinjità umana." Għalhekk wieħed jistaqsi x'se tkun il-pożizzjoni li se jieħu George Vella jekk jinħatar President u fi żmien it-terminu tiegħu jissokta d-dibattitu dwar kwistjonijiet morali, li minn żmien għal żmien jerfgħu rashom, fosthom l-abort u l-ewtanasja u anke l-maternità surrogata li l-Gvern neħħa mill-emendi tal-IVF biex iressaqha f 'liġi separata. Tista' tkun l-aktar ħatra importanti… Intant, wieħed ma jistax jinsa lanqas li l-ħatra tal- President li jmiss tista' tkun l-aktar waħda importanti, hekk kif bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet dwar ir- Riforma Kostituzzjonali li l-Gvern wiegħed li jwettaq u li qed jitmexxew mill-President attwali. Dan apparti r-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għad- Demokrazija Permezz tal-Liġi (il-Kummissjoni Venezja), biex il-President tar-Repubblika jingħata jew tingħata aktar poteri biex ma jibqax jaġixxi biss fuq il-pariri tal-Prim Ministru. Fost oħrajn, il-Kummissjoni qed tirrakkomanda li l-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura, għandu jkun unikament responsabbli minn dawn il-ħatriet u jkun dan l-istess Kumitat li jipproponi l-ismijiet tal-kandidati lill-President. Apparti minn hekk, il- Kummissjoni qed tipproponi li l-President ikun elett u anke jitneħħa b'maġġoranza kkwalifikata fil-Parlament, minflok b'maġġoranza sempliċi. Kif inhi l-proċedura bħalissa, il-President jinħatar anke jekk l-Oppożizzjoni ma taqbilx. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM kienet tkellmet mal-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici li kien insista li l-poteri tal-President ma għandhomx jikbru, għax fi kliemu "il-qagħda tal-lum tagħti lill-President awtorità biżżejjed biex jeżerċita bilanċ." Mistoqsi dwar il-metodu tal-ħatra, Mifsud Bonnici kien saħaq li qabel jintgħażel President, il-maġġoranza għandha tfittex ftehim jew kunsens mill-Oppożizzjoni, filwaqt li jaqbel li biex President jitneħħa, ikun hemm bżonn maġġoranza kkwalifikata. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru kien qal li l-Gvern jaqbel ma' ħafna mill-proposti u l-konklużjonijiet li għamlet il-Kummissjoni Venezja u se jkun qed jikkonsulta u jiddiskuti bl-għan li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet. Intant, anke l-Partit Demokratiku qiegħed jinsisti li qabel jispiċċa t-terminu ta' Coleiro Preca, għandha ssir emenda Kostituzzjonali bl-għan li l-President li jmiss jinħatar b'żewġ terzi tal-vot Parlamentari u biex ikollu miegħu kunsill ta' esperti li jagħtih pariri imparzjali biex ikun jista' "iħares, jipproteġi u jiddefendi l-Kostituzzjoni." ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed jinsisti mal-Prim Ministru biex jagħżel President Nazzjonalist, il-Partit Nazzjonalista jgħid lill-gazzetta ILLUM li mhux il-mument li wieħed jispekola bl-ismijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019