Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
7 Aħbarijiet It-tfal. Jew għandek it-tfal, jew qed tippjana li jkollok jew m'għandekx imma tiggosta ta' ħaddieħor, jew inkella forsi jdejquk. Hu x'inhu t-tfal għandhom post ċentrali fis-soċjetà għax huma l-futur tagħha u post ċentrali fil-politika għax huma l-ħaddiema u l-votanti ta' għada. Il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali nieda bidliet fl-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, bidliet li se jħarsu lejn il-bżonn (kif jgħid il- Ministru Michael Falzon f 'intervista ma' din il-gazzetta – ara paġni 12 u 13) illi l-interess tat-tfal ikun l-aktar wieħed importanti f 'kull kunsiderazzjoni tal-liġi, taħt kull ċirkostanza. F'din il-ħarġa qed nagħtu ħarsa qasira lejn dak li qed jipproponi l-Gvern f 'dan il-qasam hekk kif f 'Ġunju li għadda ressaq l-abbozz li mistenni jġib miegħu ċerti bidliet. Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Bħalissa għaddejjin il-preparamenti biex mill-Parlament jgħaddu l-emendi għall-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn uħud mill-punti l-aktar importanti ta' dak li qed ikun propost... Dalwaqt: aktar protezzjoni lit-tfal Foster Carer jista' jadotta wara ħames snin Waħda mill-aktar bidliet importanti se tkun dik illi permezz tagħha foster parents ikunu jistgħu jadottaw lit-tifel jew tifla li qed jieħdu ħsieb ferm qabel milli qed jagħmlu issa. Fil-fatt, minkejja li kull każ jittieħed f 'kunsiderazzjoni għalih, permezz ta' din il-liġi meta minuri jkunu ilhom fil-kura u l-kustodja ta' foster carer/parent għal aktar minn ħames snin, il-foster carer/ parent ikun jista' jadottahom. It-terminu li foster carer/parent irid jistenna bħalissa biex jadotta huwa ta' 10 snin. Id-direttur jintagħżel b'sejħa pubblika Bidla oħra li ser iseħħ hija dik li titratta l-għażla u l-ħatra ta' Direttur għall- Protezzjoni tal-Minuri. Qabel dawn il-bidliet id-direttur kien jingħażel direttament mill-Gvern. Issa dan se jibda jintgħażel permezz ta' sejħa pubblika u minn fost persuni li għandhom minimu ta' ħames snin esperjenza relatata ma' servizzi lil minuri u li jkollhom kompetenzi amministrattivi. Rapport lid-Direttur tal-Protezzjoni tal-Minuri jew lill-pulizija minn professjonist ma jitqiesx bħala reat jekk tali rapport ma jirriżultax Dan ifisser illi jekk professjonist ikollu dubju serju illi qed isir abbuż psikoloġiku fuq tifel jew tifla, din il-persuna tkun tista' tirrapporta mingħajr il-biża' li jekk dan l-abbuż ma jirriżultax tista' titqies bħala li għamlet reat. Primarjament din il-proposta qed tagħti aktar serħan il-moħħ lil dawk li jkollhom dubji serji dwar abbuż fuq tfal. taħt kull ċirkostanza. n il-ħarġa qed nagħtu ħarsa qasira lejn dak li qed jipproponi l-Gvern f 'dan il-qasam hekk kif f 'Ġunju li għadda ressaq l-abbozz li mistenni jġib miegħu pubblika u minn fost persuni li għandhom minimu ta' ħames snin esperjenza relatata Rapport mill-ewwel, mhux wara tlett ijiem Bidla oħra li qed jesiġi l-Gvern hija li jekk professjonist jagħmel rapport lil entità jew istituzzjoni, dik l-entità jew istituzzjoni hija obbligata li tirreġistra bil-miktub ir-rapport u tgħaddih lid-Direttur għall-Protezzjoni tal-Minuri u lill-Pulizija. Tajjeb wieħed jgħid illi kif inhuma l-affarijiet illum, dik l-entità jew istituzzjoni għandha xejn inqas minn 72 siegħa, jew tlett ijiem biex tgħaddi r-rapport. Ħatra ta' avukat tat-tfal Il-Gvern qed jagħmel aċċenn akbar fuq l-importanza tal-avukat tat-tfal. Issa hemm imniżżel ċar u tond li fil-kuntest ta' ordni għall-ħarsien ta' emerġenza jew kif inhu magħruf aktar bħala 'care order', il-Maġistrat tal-għassa għandu jaħtar l-avukat tat-tfal biex isegwi l-każ. Tajjeb illi nirrimarkaw illi permezz ta' dawn il-bidliet, il-Ministru qed ineħħi minn fuq spallejh ir-responsabbilità ta' care orders li sal-lum jiffirma għalihom il-Ministru. Foster carers u safar Permezz ta' din il-liġi qed ikun propost ukoll, mill-ġdid dwar il-foster carers, illi dawn ikunu jistgħu jsiefru mal- minuri wara li jinnotifikaw lill-Appoġġ. Din l-aġenzija jkollha tlett ijiem biex tiddeċiedi jekk toġġezzjonax jew le. Jekk toġġezzjona jidħol il-Bord tar- Reviżjoni u jiddeċiedi hu x'għandu jsir. sal-lum jiffirma għalihom il-Ministru.