Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 18 Opinjoni I x-xogħol tal-Ministeru fil-qasam tal-kultura huwa wieħed vast u jkopri setturi varji. B'tim dedikat f 'dawn l-oqsma qed nagħmlu passi kbar biex is-settur kulturali f 'pajjiżna jkompli jistgħana u jikber. Qed immorru lejn oqsma li s'issa ftit li xejn ħarisna lejhom, bħall-proġett eċitanti tal-arkeoloġija ta' taħt il-baħar. Proġett li permezz tiegħu l-wirt kulturali li jinsab fl-ibħra madwarna se jkun jista' jitgawda kemm minna u wkoll mill-eluf li jżuru dawn il-gżejjer. Qed nimmodernizzaw dak li għandna biex naġġornawh għaż-żmien tal-lum, bħalma għamilna bil-Mużew Nazzjonali tal-Arti – il-MUŻA. Qed naħsbu f 'dak li huwa kontemporanju, kif għamilna bit-tnedija tal-Mużew tal-Arti kontemporanja – il-MICAS. Qed noħolqu atmosfera kulturali li titgawda minn kulħadd, miż-żgħir sal-kbir. Qed inrawmu interess ġdid fil-ġenerazzjoni li tielgħa biex iħarsu lejn dak li writna bħala l-pedament tas-soċjetà li tagħmilna dak li aħna llum. Dan saħħaħnieh bl-iskema li l-istudenti jkunu huma li jiġbdu magħhom lill-adulti, u bla ħlas jitgħallmu billi jżuru flimkien is-siti ta' Heritage Malta. Dak li writna u ma nistgħux immissuh b'idejna – il-wirt intanġibbli – qed inħarsuh ukoll. Waqqafna board bl-inkarigu li jimplimenta l-politika nazzjonali dwar il-qasam tal-wirt kulturali intanġibbli tagħna. Nistgħu bi kburija ngħidu li l-gżejjer tagħna huma mogħnija b'wirt kulturali imprezzabbli li huwa apprezzat mill-pubbliku kif ukoll imfittex minn ħafna turisti. Dan il-Gvern qed juri impenn bi strateġija għall- ħarsien tal-wirt kulturali intanġibbli tagħna kif ukoll biex dan ikun ippreservat u mgħoddi lil ta' warajna. Ikun għajb jekk ma nħarsux dawk is-setturi li fihom hemm mijiet ta' voluntiera li l-ħin liberu tagħhom jiddedikawh biex iżommu ħaj dan it-tip ta' wirt. Qed nirreferi b'mod partikolari għax-xogħol imprezzabbli li jsir fil-każini u Għaqdiet tal-Baned imxerrda mal-gżejjer Maltin. U propju għal dan is-settur qed issir ħidma kbira mill- Ministeru. Fil-fatt, għat-tieni sena konsekuttiva diversi każini tal-baned ibbenifikaw minn fond li qed jitmexxa mill- Għaqda Każini tal-Baned flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Din is-sena kienu 30 każin li bejniethom ibbenefikaw minn €150,000. Dan il-fond għandu l-għan li jsaħħaħ ix-xogħol li jsir mill-każini tal-banda, li għandhom parti importanti fil- komunitajiet tagħna, kif ukoll iservu ta' ċentri kulturali għal attivitajiet. Nemmen li l-każini tal-banda għadhom irwol intrinsiku, dak li jkunu nukleu kulturali ħaj fi ħdan il-lokalitajiet tagħna. Dawn jorganizzaw attivitajiet kulturali matul is- sena kollha u jkomplu jżommu t-tradizzjonijiet lokali li huma parti essenzjali mit-tessut kulturali u soċjali ta' pajjiżna. Apparti dan, il-każini tal-banda għandhom irwol komunitarju importanti li jservu ta' pont għall-kultura u l-arti. Aħna kommessi bis-sħiħ li nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna għal dan it-tip ta' inizjattivi minħabba li jservu ta' pjattaforma li tkompli ssaħħaħ it-tradizzjonijiet tagħna, kif ukoll is-settur kulturali, filwaqt li jkomplu jagħmluh aktar aċċessibbli. Dan il-fond kien disponibbli għall-każini tal-banda ta' Malta u Għawdex li kienu rreġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji u kienu konformi mal-Att ta' Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijet. Il-Kunsill Malti għall- Arti jagħraf li bħala parti mill-impenn fit-twettiq ta' programm agressiv favur l-inklussività u d-demokratizzazzjoni tad- distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi, jagħmel kuntatti sodi mal-komunitajiet lokali, il-każini tal-banda u l-organizazzjonijiet volontarji, u jħeġġiġhom jipparteċipaw attivament fil-proċess tal-għoti ta' fondi għat-twettiq tal- proġetti kulturali tagħhom. L-għan ewlieni ta' dan il- proġett kien it-tnedija ta' skema ta' fondi li tipprovdi lill-każini tal-banda rispettivi b'appoġġ għall-inizjattivi u l-proposti tagħhom stess. Dawn jinkludu restawr ta' oġġetti, ta' opri li għandhom fis-sede uffiċjali tagħhom. Dawn jistgħu jkunu l-arkivji mużikali u strumenti antiki, fost oħrajn. Il-każini tal-banda kienu eleġibbli japplikaw ukoll għal fondi biex jirrestawraw u jsaħħu l-infrastruttura li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-ambjenti tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali, isaħħu s-sistemi amministrattivi interni li huma prinċiparjament relatati mal- mużiċisti, u l-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi li bihom il-każini tal-banda jkunu jistgħu jespandu l-attività mużikali tagħhom f 'Malta u lil hinn minnha. Imma wkoll hemm lat importanti, għajnuna wkoll li tmur għat-tisħiħ ta' tagħlim mużikali fi ħdan l-organizzazzjoni, b'assistenza għas-surmastrijiet u għalliema permezz ta' programmi ta' taħriġ f 'istituzzjonijiet edukattivi ta' livell terzjarju f 'pajjiżna. Bix-xieraq li lill-Każini, Għaqdiet u Soċjetajiet tal- Banda tingħatalhom din l-għajnuna. Ħaqqhom ukoll, grazzi ta' dak kollu li għamlu u qed jagħmlu biex din il- parti mis-settur rikk kulturali tagħna, ma tintilifx, imma tinżamm ħajja għalina u għat- tfal tagħna. * * * L-edukazzjoni hija importanti. Hija l-pedament li fuqu nibbażaw il-futur tagħna lkoll. Hija ċ-ċavetta li twassalna biex niftħu l-bibien tal-ħajja tal-karriera futura. Mhux biss l-edukazzjoni kulturali, imma l-edukazzjoni u t-tagħlim li jingħata fl- iskejjel kollha f 'kull livell. U għalhekk ħadt gost din il- ġimgħa meta wara xogħol kbir u b'investiment ta' €7 miljun, il-kollega Evarist Bartolo ħabbar li fetħet il-bibien tagħha l-iskola l-ġdida tal- primarja ta' Wied il-Għajn. Investiment għaqli li permezz tiegħu din l-iskola għandha daqs ta' 6,000 metru kwadru, inkluż parkeġġ għall- karozzi taħt l-art b'daqs ta' 2,000 metru kwadru. Skola ġdida li tikkumplimenta l-iskola primarja eżistenti fl- istess lokal u li se tibqa' topera. Skola ġdida, moderna u li sservi bħala post ta' tagħlim għall-istudenti f 'atmosfera mill-isbaħ, komda u kif jixraq għat-tfal tagħna. Nifraħ ukoll lit-tmexxija tal- iskola, l-istaff u lill-edukaturi li ppreparaw dak li kien meħtieġ biex setgħu jidħlu t-tfal tal-kindergarten fl-iskola l-ġdida, biex issa l-ġimgħa d-dieħla l-iskola tirċievi wkoll l-istudenti l-oħra. L-edukazzjoni hija importanti daqs kemm huwa importanti l-ambjent li fih tingħata. Prosit lil dawk kollha li kienu involuti f 'dan ix- xogħol u awguri lill-istudenti fl-istudji tagħhom. * * * Il-ġimgħa li għaddiet ġiet fi tmiemha l-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta. Produzzjoni ta' livell internazzjonali u li ġibdet l-interess ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin li segwew it-trażmissjonijiet live. Apparti l-eluf l-oħra li segwew permezz tal-midja soċjali. Kien xogħol li sar b'mod professjonali għall-aħħar kemm mill-istazzjon Nazzjonali, il-PBS u wkoll minn dawk kollha li kienu involuti fil-produzzjoni. F'kull kompetizzjoni li ssir, hemm ir-rebbieħ jew ir- rebbieħa. Iltqajt ma' Michela Pace dakinhar stess li saret il- finali u fraħtilha. Il-Ġimgħa kelli wkoll l-okkażjoni li nerġa' niltaqa' magħha formalment hekk kif kienet mistiedna tal-Prim Ministru f 'Kastilja. Persuna umli, mimlija talent, u bravissima, b'familja simpatika għall-aħħar. Mill-ġdid, awguri Michela. Persważ li se tkun rappreżentanta denja tagħna l-Maltin u l-Għawdxin f 'Tel Aviv, fil-Eurovision. Owen Bonnici huwa l-Ministru Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali OWEN BONNICI Insostnu l-baned tagħna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019