Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat LEAH Tanti - fost l-aqwa għawwiema li pproduċa l-għawm f 'pojjiżna f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-għawm? L-imħabba tiegħi lejn l-għawm bdiet għax kont noqgħod f 'ġo dar ta' villeġjatura f 'San Pawl il- Baħar u dejjem kont nara n-nies jgħumu u jilagħbu l-waterpolo. Bdejt ngħum meta kelli tliet snin u minnhemm qatt ma waqaft nipprattikah. Tiftakar liema kien l-ewwel unur prinċipali li rbaħt? Iva. Fil-fatt, l-ewwel unur prinċipali li rbaħt kien fl- 2016 meta kelli 13-il sena u kont qed nieħu sehem fil-kompetizzjoni Comen Cup fejn jieħdu sehem l-aħjar għawwiema li jinsabu madwar il-Mediterrean. Hemmhekk ksibt rekord fil-100m breaststroke u kien l-ewwel rekord li qatt ksibt. Kif nafu l-għawm għandu ħafna tipi ta' kompetizzjonijiet illi jiġu organizzati. Liema l-iktar waħda li tħossok komda tipparteċipa fiha? Kull xahar jiġu organizzati tlielaq f 'Malta li jissejħu 'time trails'. Hawnhekk kull għawwiem jew għawwiema Maltin jieħdu sehem biex ikollhom ċans itejbu l-ħinijiet personali tagħhom. F'din il- kompetizzjoni, jien inħossni komda u kunfidenti għax hija l-pixxina li jien nittrenja ġo fiha, naf il-kompetituri tiegħi kif ukoll għandi s-sapport mill-familja tiegħi. Kellimni ftit dwar il-kowċ illi titħarreġ miegħu. Il-kowċ li nitħarreġ miegħu jismu Artem Goncharenko. Artem huwa l-kowċ nazzjonali ta' Malta. Jiġi mill-Ukrajna u ilu l-kowċ ta' Malta għal xi erba' snin. Jien ġejt magħżula biex nittrenja miegħu meta kelli 13-il sena u ili sentejn u nofs taħt il-gwida tiegħu. Artem kien għawwiem u rrapreżenta lill-pajjiżu diversi drabi. Dan filwaqt li ħa sehem fl-Olimpijadi tal-2000 li kienu saru ġewwa Sydney fl-Awstralja. Kellimni dwar l-aħħar suċċess li ksibt barra minn Malta. L-aħħar suċċess li ksibt barra minn Malta kien f 'Ottubru 2018 meta morna l-Ġermanja. Il- kompetitzjoni kienet short-course allura kienet naqra differenti mis- soltu. Kienet kompetizzjoni ta' livell għoli għax kien hemm kompetituri minn madwar il-Ġermanja kollha kif ukoll mill-pajjiżi ħdejn il-Ġermanja. Jien tellaqt erba' tlielaq u rbaħt tliet midalji, ġibt midalji tal-fidda fil-100m breaststroke u tal-bronż fil-50m breastroke u fil-50m butterfly. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- istudju u l-għawm? Fl-opinjoni tiegħi, insibha diffiċli ħafna biex inlaħħaq bejn l-istudju u l-għawm għax ikolli trejning għaxar darbiet fil-ġimgħa u kull sessjoni ddum sagħtejn. Fortunatament, jien nattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u jgħinuni ħafna meta nitlef il-lezzjonijiet għax inkun imsiefra għal xi kompetitzjoni. Jirnexxieli nlaħħaq billi nuża l-ħin tiegħi tajjeb u nipporva ma naħlix ħin. Taħseb li fil-futur jista' jkun hawn għawwiema li jkunu professjonali u jaqilgħu x'jieklu bl-isport illi jipprattikaw? Jiena naħseb li jista' jkun hawn xi għawwiema professjonali u jaqilgħu x'jieklu bl-isport illi jipprattikaw bħal sport ieħor iżda fadal ħafna xi jsir biex nilħqu dan il-livell. Problema illi nara Malta hija l-fatt illi intom tikkompetu kontra l-istess għawwiema u għalhekk meta tipparteċipa f 'kompetizzjoni internazzjonali forsi r-realta' hija waħda differenti. Kemm hu importanti illi jsiru dawn it-training camps bħalma tmur int? Huwa importanti li aħna bħala għawwiema nittrenjaw u nikkompetu f 'dawn il-kompetizzjonijiet barra minn Malta biex aħna jkollna aktar oppurtunitajiet u aħna nkunu nistgħu ngħollu l-livell tagħna. Dan minbarra li meta aħna nsiefru dejjem qed nitgħallmu xi ħaġa ġdida u u qed ikollna iktar esperjenzi. Kemm hu importanti illi għawwiema tkun preparata wkoll psikoloġikament għal xi tellieqa? Huwa importanti ħafna li tkun psikoloġikament ippreparat tajjeb għal xi tellieqa. Fl-għawm huwa fattur kbir u jista' jaffettwa tellieqa tiegħek jekk inti tkun nervuża allura jekk tkun mentalment b'saħħtek jista' jkollok wirja aħjar. Dejjem irid ikollok moħħok iffukat u trid tkun determinat kif ukoll ikollok għan. Kemm issibu għajnuna mill- ASA bħala għawwiema? L-ASA qisha t-tiena familja tagħna. L-assoċjazzjoni qed tgħin lill-għawwiema billi jagħtuna oppurtunitajiet biex intellqu, kif ukoll nattendu training camps barra minn Malta. Kellimni ftit dwar l-infrastruttura li teżisti f 'Malta fejn għandu x'jaqsam it-taħriġ tal-għawm. Malta hija nieqsa ħafna fejn tidħol l-infrastruttura għat- taħriġ tal-għawm. Hawn biss pixxina waħda ta' 50m outdoor, allura t-taħriġ fix- xitwa huwa diffiċli. Kemm huwa importanti għalhekk illi f 'Malta jkollna pixxina indoor? Huwa importanti ħafna li jkollna pixxina indoor f 'Malta biex aħna jkollna iktar faċilitajiet u spazju fejn nittrenjaw. Barra minnhekk, meta ntellqu barra, ħafna drabi ntellqu ġo pixxina indoor u għalhekk għalina hija xi ħaġa differenti. Li tittrenja ġo pixxina outdoor fix-xitwa hija diffiċli ħafna u ma jkollokx ħafna ħeġġa biex tqum filgħodu biex tmur fil-bard. Ukoll meta ntellqu f 'Malta u jinzerta l-maltemp, jista' jaffettwa l-wirja tiegħek. X'inhuma s-sagrifiċċji illi tagħmel sabiex tirnexxi personalment? Hemm ħafna sagrifiċċji li nagħmel biex nipprova nirnexxi. Jien nissagrifika l-ħajja soċjali tiegħi għax mhux dejjem inkun nista' niltaqa' mal-ħbieb tiegħi u ma nkunx nista' nibqa' tard barra għax ikolli t-trejning filgħodu kmieni fil-ġurnata ta' wara. Barra minnhekk, dejjem trid tkun attent x'tiekol u jkollok dieta sana. Trid tagħmel ukoll sagrifiċċju finanzjarju għax l-equipment u biex issiefer jiswew ħafna flus. Kemm issib għajnuna mill- ġenituri? Il-ġenituri tiegħi dejjem jippruvaw jagħmlu minn kollox biex nirnexxi fl- għawm. Dejjem iridu jwassluni għat-trejning kif ukoll jgħinuni finanzjarament. Il-ġenituri tiegħi dejjem jippruvaw jiġu jarawni f 'kull kompetitzjoni li jkolli ġewwa Malta kif ukoll dejjem jagħtuni s-sapport tagħhom. Kemm jgħinek l-għawm fil- ħajja tiegħek ta' kuljum? L-għawm jgħinek titgħallem ħafna lezzjonijiet li ħa ġġorrhom matul ħajtek kollha. Bħal kif kollox jieħu ż-żmien tiegħu u jrid ikollok il-paċenzja kif ukoll li m'intix ħa tirbaħ kull darba. Jgħinek ikoll tirrealizza li trid taħdem ħafna u jekk trid xi ħaġa mhux se tiġi faċilment. Kif qed tarah il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Jien għandi ħafna għanijiet li nixtieq u lesta naħdem għalihom. Dis-sena hemm ħafna kompetizzjonijet ta' livell għoli u qed niffoka biex nikkwalifika għalihom bħal-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar u l-Junior Europeans. Dan filwaqt li l-ikbar għan li kulħadd joħlom dwaru huwa li jieħu sehem u jirrapreżenta lil Malta fl-Olimpijadi. Għaddi messaġġ lil min bħalek jixtieq jagħmel karriera ta' suċċess fl- għawm. Il-messaġġ li jien nixtieq ngħaddi lill-għawwiema Maltin huwa biex ma jaqtgħux qalbhom malajr u jieqfu mill-isport u biex jibqgħu jaħdmu sakemm jiksbu l-potenzjal kollu tagħhom u l-ħolma tiġi realtà. illum Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 Leah Tanti... fost l-aqwa għawwiema f'pajjiżna u nikkompetu f 'dawn il-kompetizzjonijiet barra għalhekk illi f 'Malta jkollna jarawni f 'kull kompetitzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019