Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
Sports 27 Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum 'Di ċli iva, impossibbli le!' - Lara Buttigieg minn Cristian Antony Muscat LARA Buttigieg - fost l-aqwa triatleti li pproduċa t-triathlon f 'pojjiżna f 'dawn l-aħħar snin. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Diffiċli iva, impossibli le! Bdejt nipprattika t-triathlon ta' 21 sena, u f 'dawn il-ħames snin qdift bla ma qatt qtajt qalbi. Affaċċjajt bosta sfidi, ksibt ftit unuri, u nkompli naqdef biex nikseb il-ħolma tieghi. L-ebda staġun f 'din il- karriera ma jixbah lil dak ta' warajh, madankollu kull wieħed jgħallimni u jgħinni nikber ftit ieħor f 'dan l-isport. Minn mindu nista' niftakar kont nipprattika xi sport. Minn ballet, ġinnastika, għawm, futbol sa karate. Bdejt nieħu l-ġinnastika bis-serjetà meta kelli 11-il sena u għamilt l-eżami tal-PE ta' 15-il sena. Komplejt nesperimenta fil- kapaċitajiet tiegħi, u sibt it-triathlon bħala l-favorit. L-ewwel esperjenza tiegħi f 'dan l-isport hija kważi umoristika meta niftakar fiha, għalkemm dak il- ħin ħlift li qatt ma nerġa' nagħmilha! Kienet oħti li nkoraġġietni biex nirreġistra għat-tellieqa tal-Agones, li kienet teħodna minn għawma f 'Għar Lapsi, ittellagħna tul il-Girgenti fuq ir-rota, sabiex niġru sal-Buskett u lura sa Ħad-Dingli. Għalkemm kont l-aħħar waħda fuq ir-rota bl- ambulanza tiela' biċ-ċlikki ċ-ċlikki warajja, irnexxieli nikseb postijiet fil-ġirja biex spiċċajt it-tielet minn nisa. L-organizzaturi inkoraġġewni nkompli dan l-isport, u bejn l-atmosfera li sibt dakinhar u bejn is- sodisfazzjon li kont nieħu meta ntellaq oħra għall- gost, iddeċidejt li nkompli fuq dawn il-passi l-ġodda. L-ewwel titlu li rbaħt kien dak fil-Kampjonati tal- Xterra fl-Italja, fl 2016. L-Xterra hija triathlon li tieħu postha fl-imħarbat, partikolarment fuq rotot tekniċi. Għalkemm kont applikajt kemm-il darba għal tellieqa simili f 'Malta, qatt ma kien irnexxieli nispiċċaha. Kien sodisfazzjon assolut għalija meta spiċċajt u rbaħt il-kategorija tiegħi fl-Italja, wara trejning estensiv u ffukat. Permezz t'hekk, fl- istess sena kkwalifikajt biex nipparteċipa fil- Kampjonat Dinji tal- Xterra, f 'Maui, biex kont it-tieni persuna f 'Malta li qatt irnexxieli nagħmel dan. F'Maui sibt baħar selvaġġ, b'mewġ kontinwu ta' tliet metri tul, tajn sal- irkoppa fil-leg tar-rota, u tlajja' liema bħalhom fil-ġirja. Kienet tellieqa li ratni nagħti kulma għandi fiżikament u anke mentalment biex ilħaqt il- finish-line fil-ħin! L-2016 kienet sena twila u iebsa imma dik li rat il-bidu tas-suċċess tiegħi fit- triathlon. Waqt li l-2017 kienet sena kwieta, fejn kelli niffoka iktar fuq il- karriera professjonali milli dik atletika, fl-2018 pattejt għal dan hekk kif komplejt nikseb ftit iktar unuri. Infatti, f 'din is sena irnexxieli nikseb it- tieni post fil-kategorija tieghi fl-Xterra Malta, irbaħt l-ewwel triathlon tal-istaġun, l-ewwel duathlon tal-istaġun, u komplejt sakemm irbaħt il-kampjonati tal-cross triathlon nazzjonali. Bqajt naqdef, minkejja ħafna ostakli li sibt, speċjalment ta' saħħa, sa ma ħadt it-titlu tat- 'Triathlete of the Year'. Din is-sena l-istaġun fetaħ bit-tellieqa tar-reġjun tat- Tramuntana, tellieqa verament iebsa li ħaditna minn għawma fil-Ġnejna, tellagħtna it-telgħa tal- Ġnejna, u dik tas-Santi fuq ir-rota biex ħaditna sal- kappella tal- Kunċizzjoni, fejn bdiet il -ġirja sal- Imdina. B-veduti spettakkolari, u tmiem originali, din kienet wahda kill- isbah tlielaq li qatt rajt organizzati f 'Malta. Il voluntiera li ghenuna tant waqt li affacjajna l-elementi haqqhom l-akbar ringrazzjament hekk kif issapportew il- kesha u x-xita biex ksibna l-unuri taghna. L-iskop ewlieni fil-karriera atletika tieghi huwa li nilhaq livell proffessjonali u b'hekk intellaq fil kategorija Elite fi tlielaq internazzjonali. Ghal daqshekk, it-tlielaq ewlenin tieghi ghal din is-sena huma dik tal kampjonati Ewropej, fl- Olanda fl-ahhar ta Mejju, u l-kampjonat nazzjonali fl-ahhar ta l-istagun f 'Ottubru. Nixtieq nirringrazzja lit-tim tat-trejning tiegħi, Elite Sport Triathlon Team, kif ukoll lill- Federazzjoni tat-Triathlon, li b'mod volontorju torganizza dawn it- tlielaq, tieħu ħsieb lilna l-atleti u l-klabbs tagħha, torganizza diversi taħriġ ta' preparazzjoni għalina l-atleti magħżulin għall- Kampjonati tal-Ewropa, waqt li tkabbar il-livell ta' dan l-isport permezz tal- involvimenti tagħha fil- Youth Triathlon Academy. Waqt li rnexxieli nikseb l-unuri f 'dawn l-aħħar snin, kienu bosta l-ostakli li sibt. Iżda bis- saħħa tal-familja tiegħi u tal-kowċ tiegħi Dr Danica Bonello Spiteri, u l-ħbieb ta' madwari rnexxieli naffaċjahom. L-esperjenzi li għaddejt minnhom għallmuni, u b'hekk nemmen li l-parteċipazzjoni fi tlielaq kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali huma l-aktar mezz importanti biex tikber fl-isport." Ritratt - www.simonephotos.eu