Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 Jinfetaħ l-istaġun tal-Mountain Bike b'rebħa minn Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina ITTRUSTMOORE Cross Country National Points Series ingħatat bidu fil-Miżieb f 'tellieqa miżgħuda b'problemi tekniċi li rriżultaw f 'numru ta'ċiklisti jirtiraw. Maurice Formosa (The Cyclist), iċ-champion tal- istaġun 2018, kien kważi ssiġilla l-ewwel rebħa tiegħu għal dan l-istaġun meta hu kien fuq quddiem għall-parti l-kbira tat- tellieqa. Fir-raba dawra, Formosa kellu panċer li ratu jirtira. L-irtirar ta' Formosa witta t-triq għal Etienne Bonello (Team Greens) biex jissiġilla l-ewwel rebħa tiegħu tal-istaġun. Madankollu, ir-rebħa ta' Bonello kienet mistħoqqa speċjalment minħabba l-prestazzjoni determinata tiegħu. Brandon Sultana (Gozo C.C.) ta wkoll prestazzjoni b'saħħitha biex spiċċa fit-tieni post, sebgħa u għoxrin sekonda wara Bonello. Fit-tielet post kien il-veteran Patrick Scicluna li kien qed jitellaq bil-kuluri l-ġodda tiegħu għal-FRM Racing Team Sicilia. Fil-kategorija Junior Clyve Chetcuti (Mosta AF Sign Studio) ħareġ rebbieħ, filwaqt li fil- Kategorija tal-40+ Mario Attard (Team Greens) rreġistra rebħa fuq Paul Zarb (The Cyclist). Enrico Brandamante (Agones SFC) rebaħ il-kategorija 50+. Fil-Kategorija tan-Nisa, it-tellieqa kienet bejn iċ-champion attwali u r-rebbieħa tat-tellieqa Marie Claire Aquilina (Team Greens) u Fiona Darmanin Tedesco (Mosta AF Sign Studio).Din tal-aħħar saret preżenza regolari regolari fix-xena tal-mountain biking. Fil-Kategorija Sport, Dennis Dolci (Agones SFC) iddomina l-parti l-kbira tal-erba' dawriet u b'hekk issiġilla l-ewwel rebħa tiegħu f 'din il- kategorija. It-tieni kien Alex Portelli (BRC Gasan Mamo) u fit-tielet post daħal Jorgen Palsson (Team Greens), l-aħħar tnejn ukoll ħadu l-ewwel podju tagħhom fuq iċ- ċirkwit. L-Assoċjazzjoni ospitat ukoll korsa qasira għaċ- ċiklisti ta' taħt il-15 u t-12- il sena biex jagħtihom l-opportunità jesperjenzaw l-avvenimenti tal- Assocjażjoni l-kategorija E-Bike, li għadha kif ġiet imnedija, iġġenerat ħafna interess. Iċ-ċiklisti li ħadu sehem f 'din il-kategorija taw wirjiet tajbin iżda kien Robert Magro li ddomina l-klassi mill- bidu sat-tmiem. Huwa rebaħ f 'ħin ta' 47 minuta u 34 sekonda. Warajh fit-tieni u t-tielet post, rispettivament kienu John Micallef u Jonathan Falzon. "Il-ftuħ tal-istaġun kien bidu eċċitanti għas- sena - minkejja pjuttost ftit li rtiraw minħabba kwistjonijiet tekniċi, anke minħabba n-natura teknika tal-korsa. Wieħed seta' jara determinazzjoni f 'kull kategorija. Għandna pjaċir naraw il-livell għoli tal-interess fil- kategorija l-ġdida tal- e-bikes fejn rajna xi wirjiet impressjonanti. Il-parteċipazzjoni fil- kategorija tan-nisa kienet diżappuntanti speċjalment peress li nafu li hemm nisa li huma entużjasti għall-dan l-isport - nisperaw li naraw aktar nisa fit-tellieqa li jmiss," stqarr Pierre Zammit Endrich, president tal- Malta Mountain Bike Association. It-Trustmoore Cross Country National Points Serieshija sponsorjata minn Trustmoore Corporate Services u appoġġiata minn Magri Cycles, Maypole, Go & Fun, H20nly u Jimmy Vella Fruit and Vegetables. It-tieni tellieqa tat- Trustmoore Cross Country National Points Series ser issir nhar il-Ħadd 3 ta' Marzu ġewwa Selmun. Għall- iktar informazzjoni żuru is-sit http://www. maltamountainbike.org. mt/. Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina interess. Iċ-ċiklisti li ħadu sehem f 'din il-kategorija f 'kull kategorija. Għandna Country National

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019