Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum 'Kuntent immens bl-opportunità li tawni Ortigia li nitħarreġ u nilgħab magħhom' - Mattias Ortoleva minn Cristian Antony Muscat MATTIAS Ortoleva - żagħżugħ li qed jieħu esperjenza fil-waterpolo barra minn pajjiżna mat-tim Taljan tad- Diviżjoni A1 Ortigia. Dan il-klabb hu dak li fil-passat lagħab miegħu l-internazzjonali Malti Stevie Camilleri, u fil- preżent fit-tim tiegħu hemm is-Serb Boris Vapenski li fil-passat lagħab ma' San Ġiljan u Valletta, kif ukoll il- Ġorġjan Marko Jelaka li lagħab f 'Malta wkoll mal-Otters. Ortoleva li għadu proprjetà ta' San Ġiljan, qed jitħarreġ mat-tim tal-kbar u jilgħab mat-tim ta' taħt l-20 sena tal- istess klabb. Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza ta' Ortoleva barra mill- pajjiż hekk kif fl-aħħar sentejn lagħab ma' Dunav fis-Serbja. Matul l-aħħar staġun, Ortoleva lagħab b'self ma' Birżebbuġa fl- Ewwel Diviżjoni. Ortoleva nnifsu tana iktar dettalji: "Jien ninsab kuntent immens b'din l-opportunità li tawni Ortigia li nittrenja mas- senior team u tawni l-opportunità li nilgħab mat-tim tal-U/20s! Dan huwa klabb serju u għandi ħafna minn fejn nitgħallem. Napprezza li kemm il-klabb t'Ortigia kif ukoll sħabi l-plejers laqgħuni sew! Nistenna aktar ħidma u esperjenza ma' dan il-klabb għax- xhur li ġejjin." U ċċju amministrattiv ġdid għal Birkirkara St. Joseph Sports Club ILKLABB sportiv tal- Birkirkara St Joseph inawgura uffiċju amministrattiv ġdid tiegħu fil-qalba ta' Birkirkara ftit metri 'l bogħod mill-post oriġinali fejn ġie mwieled dan il-klabb fl-1975. LUFFIĊĊJU amministrattiv infetaħ uffiċjalment fil-preżenza tas-Sur Raymond Grech, president tal-Club u mbierek mill-Kappillan ta' San Ġużepp Ħaddiem ir-Rev. Josef Mifsud. Preżenti ukoll kienu il-membri tal-Eżekuttiv tal-Club u numru ta' uffiċjali tal-Klabb li jirrappreżentaw it- taqsimiet tal-atletika, ċikliżmu, futbol, l-għawm u it- triathlon. "Dan il-pass huwa suċċess ieħor fil- kappa tal-klabb. Dan juri li l-klabb qed jimxi 'l quddiem bis-saħħa. Dan il-bini jiffaċilita l-attivitajiet u l-amministrazzjoni tal- klabb b'mod partikolari meta jiġu għal-laqgħat, ir-reġistrazzjonijiet tat-tlielaq u ovvjament il-fatt li il-Klabb għandu dar fissa," spjega Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St Joseph Sports Club. "Billi issa għandu bażi fissa, il-Club se jimxi bla xkiel fil-ħames deċenju tal- eżistenza tiegħu. Diġà qed jiġu kkunsidrati proposti biex iżidu l-bini tiegħu fis-snin li ġejjin biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-isport partikolari pprattikat u organizzat mill-klabb." Il-klabb ħa l-opportunità li jniedi l-kalendarju tat-tlielaq għas- sentejn li ġejjin. Il- Kalendarju tal-2019 u l-2020 jikkonferma kalendarju mimli għad- diversi sezzjonijiet sportivi tiegħu. Il- president tal-klabb Ray Grech, ikkonferma li l-avvenimenti ewlenin tiegħu Ocean Lava Malta 113km Triathlon u l-Malta International Challenge Marathon għal darb'oħra jinsabu fil-kalendarji u l-klabb jistenna bil-ħerqa sena oħra ta' suċċess. Huwa qal li l-kompetenza organizzattiva tal-Klabb tiegħu ġiet imtejba bl-akkwist ta' vann kbir li jagħti lit-tim tiegħu aktar flessibilità fl-organizzazzjoni tal- programm. Huwa qal li fix-xhur li ġejjin, il-klabb se jinvesti f 'aktar riżorsi biex jiżgura l-ogħla standards possibbli fl-organizzazzjoni tal-avvenimenti, u b'hekk jagħti lill-atleti esperjenza memorabbli. Huwa qal li l-klabb diġà ffinalizza numru ta' sponsorships għall-2019 u l-2020 li se jkunu ta' benefiċċju ulterjuri għall- parteċipanti kollha. Il-kalendarju tal- avveniment tal-klabb għall-2019 u l-2020 jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-klabb fuq https://bkarastjoseph. com/.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019