Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
Sports 31 Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 | illum Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Ejja ngħidu li kuntent b'nofshom. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? Ma nħobbx nikkumenta dwar id- deċiżjonijiet tar-referis. Forsi jiena magħhom għandi r-reputazzjoni li nikkritika d-deċiżjonijiet tagħhom u forsi vera waqt il-logħba fis-saħna tal-mument ngħaddi xi kumment imma dejjem b'intenzjonijiet tajba u qatt bi kritika lejn il-persuna. Id- deċiżjonijet tar-referis jistgħu jibdlu l-andament tal-logħba u jistgħu anke jkunu influwenti fuq ir- riżultat. Għalhekk bħal kull plejer ieħor, ma dak li ma naqbilx, noffri l-opinjoni tiegħi. Malli tispiċċa l-logħba f 'idejn ħaddieħor sabiex jara l-kontroll kienx tajjeb jew le. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Illum il-ġurnata nafu li t-talent mhuwiex biżżejjed sabiex tagħmel suċċess. Hemm ħafna plejers li kellhom talent u waqfu fil-minors. Hemm bżonn ta' ħafna dixxiplina u sfortunatament illum il-ġurnata din qed tonqos. Iż-żgħażagħ lanqas il-HW ma jagħmlu u lanqas għal- lezzjonijiet ma jmorru fil-ħin u biex tgħaxxaqha anke r-rispett qed jonqos. Dik hi r-realtà tal-lum. Għidli kif tista' mbagħad tkun dixxiplinat li tmur għat-taħriġ fil- ħin, li ma toħroġx sa Paceville ma' sħabek qabel il-logħob, li żżomm dieta tajba u tibqa' 'l bogħod mill- vizzji, li tisma' milli jgħidulek biex titjieb, li taċċetta l-kritika u li tikkritika lilek innifsek, li tibqa' ftit wara l-ħin, li tmur il-gym, li tieħu ħsieb tiegħek innifsek fl- injuries, li tieħu l-mistrieħ li hemm bżonn. Dawn għalija kollha huma importanti sabiex tkun plejer tajjeb. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Il-verità hi li s-sagrifiċċji jkomplu hawn għax mhux faċli biex tlaħħaq. Jien li naħdem irrid immur għat- taħriġ wara ġurnata xogħol u mhux dejjem jirnexxilek tkun ikkonċentrat mija fil-mija u mhux dejjem tkun frisk u lħaqt striħajt. Illum il-ġurnata l-klabbs iridu jagħtu l-opportunità lill-plejers li jkunu full-timeprofessionalsabiex anke jogħla l-livell. Mhux jien biss nagħmel is-sagrifiċċji, anke l-familja tiegħi jkollha ssegwi. Vera li ta' dawn is-sagrifiċċji tkun qed titħallas u tkun qed tagħmel dak li tħobb, però nammettu wkoll li l-ħajja hekk mhux faċli u ngħidha b'ammirazzjoni għall-dawk il- plejers kollha Maltin li jlaħħqu max-xogħol, mal-futbol, mal-mara/ mat-tfajla, mal-familja, mal- ħruġ, mal-ħbieb, max-xiri, mal- manutenzjoni tad-dar, mal-qadi li jkun hemm bżonn u ma' kull ħaġa oħra li tinqala. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Hija l-ħolma ta' kull plejer li jiġi msejjaħ biex jilgħab għal pajjiżu. Għalkemm kont viċin u ma ġejtx imsejjaħ minħabba injury ta' ksur fil-wiċċ dak il-ħin stess li kienu se jsejħuli, qatt ma reġa' kelli l-opportunità. U dak ifisser biss li rrid naħdem iktar u nerġa' ngħolli l-livell għal dak li hemm bżonn biex tkun imsejjaħ. Kif qed thares lejn il-futur tieghek fil-futbol? Nixtieq indum nilgħab sakemm niflaħ. Sakemm nibqa' nħoss il- passjoni lejn dak li nagħmel, nibqa' nagħmlu bil-qalb. Li ma jkunx qed isir bil-qalb aħjar ma jsir xejn. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u/ jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Is-suċċess l-ewwel irid jintlaħaq fil-karattru, fl-irġulija u fid-dixxiplina. Qabel ma ħadd jikkunsidra jsir plejer tal-futbol, għandu jaħdem biex jikber b'valuri sodi bħal dawn, għax dak li jsir fil-pitch huwa biss konsegwenza ta' dawn il-valuri b'saħħithom. Is-suċċess fil-futbol huwa maqful direttament mas-suċċess fil-ħajja. mument u l-post fl-Ewropa nilħquh żgur' Huwa futboler tal-ogħla livell u li l-jiem li għaddew ingħaqad ma' Ħamrun Spartans mingħand Tarxien Rainbows. Żgur li se jkollu rwol importanti ferm t-tim im- mexxi mill-kowċ Taljan Giovanni Tedesco. Matul dan l-istaġun irkupra sew minn injury li sofra matul l-istaġun li għadda. ANDRÈ SCICLUNA