Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 Il-qagħda soċjo ekonomika ta' ħafna Maltin mhix 'il bogħod minn ta' ħafna immigranti L-eluf ta' ħaddiema Maltin, li jgħixu mill-id għall-ħalq, minn paga għal oħra, jaħdmu u fqar, viċin tal-linja tal-faqar, li jiddejnu fuq l-idejn biex jagħmlu dak li hu bażiku jew xi kapriċċ żgħir, li jilagħbuhom bit-tama li xi darba tiġihom tajba u jinfdew mill-ħajja miżera li qegħdin jgħixu, li jqisu mitt darba qabel ma jonfqu darba, li jaħdmu żewġ xiijiet jew żewġ xogħlijiet biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar, li jaħdmu b'kuntratt u ma jafux x'se jiġri wara li jiskadi, li jaħdmu biss part-time, li jgħixu f 'garaxx jew f 'kundizzjonijiet mhux xierqa, li ħafna drabi jkollhom jagħżlu bejn ikel u ħwejjeġ tal-iskola għall-ulied, li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba mard jew diżabilità, li uliedhom m'għandhomx aċċess għat-teknoloġija tal-informatika, li uliedhom jintemgħu mill- Gvern, li jekk imur il-forn jinqala' paniku fil-familja, dawk li huma dipendenti fuq il-bank tal-ikel jew il-kċina tas-soppa, dawk li jiġru minn xelter għal ieħor jew kirja għal oħra, dawk li jgħixu mal- ġenituri tagħhom, qajla jindunaw li d-dgħajsa soċjo-ekonomika tagħhom mhix differenti minn dik tal-immigrant. Il-ħolqien tal-kategorija 'immigrant ekonomiku', speċjalment jekk magħquda ma' kliem bħal 'klandestin', 'irregolari' jew 'mhux Ewropew', hija artifiċjali daqskemm hija perikoluża u diviżorja, għax toħloq it-twemmin falz li hemm kategorija oħra, inferjuri għall-ħaddiema Maltin, u toħloq atmosfera ta' konflitt meta s-solidarjetà lokali u internazzjonali hija tant meħtieġa għall- emanċipazzjoni tal-istess ħaddiema, f 'mument imwiegħer għall-klassi tal- ħaddiema. F'dan il-konflitt, l-istat ġeneralment jiġbed fid-direzzjoni ta' min jivvota, u għandu t-tendenza li jsir anti-stat fil-konfront ta' min mhuwiex meqjus bħala ċittadin tal-pajjiż. U hekk jikber id-distakk bejn l-'aħna' l-ħaddiema Maltin, prekarji iżda aljenati mir-retorika populista u minn loqom statali li jagħmel tajjeb għall-kompettitività tal-privat, u l-ħaddiema l-'oħrajn', il-prekarji barranin li m'humiex aħna, dawk il-qasab li jixxejru mar-riħ, esposti għar-riefni tal-ħajja mingħajr il- protezzjoni meħtieġa. Ix-xogħol huwa wieħed mill- attivitajiet umani b'kontenut, retorika u azzjonijiet diviżivi. Skwit intuża għal għanijiet populisti, biex jimmobilizza lill-popli; lill-ħaddiema kontra xulxin. Għax il-mexxejja għandhom bżonn il-massa, il- kliem u s-sentimenti ta' poplu, il-bażi tal-poter, sikwit isibu ruħhom leġittimizzati mill-istat, f 'diskorsi pubbliċi, indirizzi lin- nazzjon, u deċiżjonijiet li jmermru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u jġibu fix-xejn il-firem fuq konvenzjonijiet u trattati internazzjonali. Il-bżonn li l-ħaddiem jidentifika mal-istat jispjega ghaliex il-glieda tal-klassi sikwit tingħata identità razzjali - il-ħaddiem Afrikan li se jħassrilna l-kultura jew jeqerdilna d-drawwiet tagħna. Drabi oħra, u din rajniha bi kbir fil-kriżi finanzjarja tal-2008, il- ġlieda ħadet xejra soċjali - il- ħaddiem għażżien u evażur tat-taxxa Grieg li se jaħlilna r-riżorsi. Xejn ġdid għal min jaf l-istorja tal-klassi tal-ħaddiema sew. Fl-istorja riċenti Brexit tibqa' l-akbar mobilizazzjoni ta' ħaddiema kontra ħuthom il-ħaddiema. Mobilizazzjoni li minna l-ħaddiem ħareġ tellief.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020