Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

28 IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum analiżi Fejn jidħol l-ewwel sett ta' miżuri minbarra l-estensjoni u modifiċi fil- COVID Wage Supplement, l-aktar skemi nteressanti huma dawk ta' rifuzjoni ta' nofs il-kont tad-dawl ta' negozji f 'Annex A u B, kif ukoll r-restart grant ħalli titħallas parti mill- kera. Barra minn hekk hemm sensiela ta' skemi li jippremjaw lil dawk li jagħmlu reengeenering tan-negozju tagħhom, dawk li jħarġu l-ħaddiema, dawk li nvestew is-sena li għaddiet permezz tal-Microinvest. Barra minn hekk hemm roħs konsiderevoli fil- prezz tal-uwil, rifużjoni tal-liċenżji tan-negozji, roħs fil-boll fuq xiri ta' propjeta u tnaqqis fil-port charges u container discharge fees. Dan filwaqt li ser ikompli d-diferiment tal-maġġorparti tat-taxxi. B'kollox hemm stima ta' madwar €395 miljun injezzjoni. Fejn jidħlu l-familji hemm intervent li jlaħħaq mad-€90 miljun. Dan permezz tal-impatt tar-roħs fil-uwil, €34 miljun f 'vouchers, €33 miljun f 'boll anqas fuq propjeta, €11.5 f 'tax refunds, €4 miljun spiża aktar fuq in-work benefit, kif ukoll skema ta' €2 miljuni għal dawk li kellhom jipposponu t-tieġ. Biex aktar nimu kif dawn il-miżuri jistgħu jaffetwaw il-familji u n-negozji ser inħarsu lejn numru ta' case studies. Il-miżuri mħabbrin mill-Gvern. Kif se jolqtu lilek u lin-negozju tiegħek? Nhar it-Tnejn il-Gvern ħabbar sett ta' miżuri finanzjarji mqassma fi tliet settijiet biex jilqa' għall-ħsara ekonomika li saret mill-Covid-19. David huwa student universitarju li kien jaħdem part-time ma' hotel. Qabel ma tħabbar dan il-pjan studenti bħalu ma kienux jikkwalifikaw għall-COVID Wage Supplement. Issa David ser ikun jikkwalifika u allura l-hotel ser tibda tħallsu €500 fix-xahar. David kien ser jiżżewweġ lil Abigail f 'Lulju imma għażlu li jmexxu t-tieġ għal Novembru. Weħlu spejjeż qawwija għax tilfu xi depositi u kellhom jeħlu rebooking fees. Issa imma permezz ta' skema ġdida David u Abigail ser jirkupraw sa €2,000. Barra minn hekk bir-roħs tal-boll tal-propjeta, l-penthouse ta' €250,000 li kienu ser jixtru ser jiffrankaw €2,625 f 'taxxa. Minħabba li Abigail kienet wirtet parti mill-propjeta ta' zijietha, qabel it-Tnejn li għadda ma kienetx tikkwalifika għal first time buyer scheme. Issa ser jieħdu refund ta' €3,080 oħra fil-boll. Dan barra li se jirċievu vouchers ta' €200, tax refunds ta' €120 u se torħos l-ispiża fuq uwil b'5.5% (jiġifieri kważi €1.50 fil-ġimgħa jekk qabel kienu jonfqu €25 kull ġimgħa). John huwa self-employed li jaħdem bħala mekkanik f 'Għawdex. Dan jikkwalifika għal Annex A tal-COVID Wage Supplement. Qabel kien jieħu €800 fix-xahar, mentri minn Lulju sejjer jonqos għal €600. Imma fl-istess ħin issa John ser jibda jieħu rifuzjoni fuq kera u kont tad-dawl li ser ilaħħqu sa €4,000. Ir-roħs fid-diżil naqqas sewwa l-ispejjeż ta' John. Is-sena l-oħra John kien investa fin-negozju tiegħu u kien ikkwalifika għal tax credits taħt l-iskema tal-Microinvest. Bil-pjan ta' riġenerazzjoni issa John ser jieħu cash grant ta' €2,500. Filwaqt li naqaslu l - C O V I D W a g e Supplement b'€200 fix- xahar, fil- ġimgħat li ġejjin John ser jirċievi ċekk ta' tax refund ta' €68, voucher ta' €200 għalih u għal martu, kif ukoll €250 f 'suppliment fuq l-inwork benefit. Dan minbarra żieda ta' €80 f 'dan il- benefiċċju. Li jfisser li sa Settembru ma kellu l-ebda tnaqqis fid-dħul. Anzi ser jara għajnuna aktar ta' €6,500 grazzi għar-restart grant, l-iskema tal- rifuzjoni tal-elettriku u l-Microinvest. Student li kien jaħdem part-time ma' hotel Mekkanik self-employed Nancy topera aġenzija żgħira tal- ivvjaġġar. Minħabba li għad hawn diversi restrizzjonijiet fuq vjaġġar, il-COVID Wage Supplement għal Nancy u l-impjegati tagħha mhux ser jonqos. Imma xorta hija tista tapplika għar-restart grant u għar-rifuzjoni tal-kontijiet tad-dawl. Għalhekk ser tieħu njezzjoni ta' €4,000 fi grants. Is-sena li għaddiet Nancy kienet investit f 'refurbishment tal-uffiċċju u minħabba li l-iskema Microinvest hija aħjar għal ażjendi mmexxija minn-nisa, Nancy issa tista tapplika għal grant ta' €2,500. Bħal ħaddiema oħra Nancy ser tirċievi tax refund (fil- każ tagħha €40) kif ukoll voucher ta' €100. Sejra tiffranka fuq il-konsum tal-petrol 5% tal-ispiża preċedenti tagħha. Travel agency żgħira Jenny topera kumpanija tat-tindif. Spiċċat fuq Annex A għax kienet tiddependi kważi kompletament mill-industrija turistika. Filwaqt li naqas il-Wage Supplement, ġabet lura s-sostenn permezz tal-restart grant u r-rifuzjoni tal-kontijiet tad-dawl. Wara d-daqqa li ħadet fil-business, iddeċidiet li hemm bżonn fil-business plan tagħha. Permezz tal-iskema tar- reengeneering tal-Malta Enterprise, hija tingħata business plan ġdid, liema spejjeż jiġu koperti bi grant ta' €5,000. Tiddeċiedi li tespandi u tixtri uffiċċju ġdid. Fix-xiri ta' dan l-uffiċċju li jiswa €200,000, tiffranka €10,000 f 'boll orħos. Kumpanija tat-tindif Oliver imexxi boutique hotel. Iħaddem 10 persuni, l-aktar barranin li dan huwa l-ewwel esperjenza tagħhom jaħdmu fit-turiżmu. Il- COVID Wage Supplement tkopri €800 għal kull ħaddiem. Bil-pjan ta' riġenerazzjoni Oliver sejjer jibbenefika minn €4,000 għal kontijiet tad-dawl u tal-kera. Imma minflok joqgħod wieqaf għax ma għandux biżżejjed negozju, Oliver iqabbad liz-zewġ ħaddiema l-aktar b'esperjenza biex jorganizzaw kors g ħ a l l - ħ a d d i e m a l-oħra li ma tantx huma mħarrġa. Taħt l-iskema a ġ ġ o r n a t a t a l - S k i l l s D e v e l o p m e n t , huwa jista jieħu lura €5,000 fi grant. Boutique hotel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020