Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441
14 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum 'Meta ngħinu lin-negozji, ngħinu lill-ħaddiema' "Il-pakkett ekonomiku jgħin lil min għandu bżonn bħala katina waħda. Meta ngħinu lin- negozji qed ngħinu lill- ħaddiema u meta qed ngħinu lill-ħaddiema qed ngħinu lin-negozji", Dan intqal mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, f 'konferenza stampa ġewwa l-Berġa ta' Kastilja fejn irrimarka li aspett kruċjali tal- pjan ta' riġenerazzjoni ekonomika hu li jipproteġi lill-ħaddiema u x-xogħol. Abela saħaq kif l-għan ta' dan il-Gvern mill-bidu tal-pandemija kien li jsalva l-impjiegi u jiġġarantixxi li huma jkollkom dħul adekwat u għaldaqstant sabiex tgħin lill-ħaddiem hemm bżonn li tgħin ukoll lil min jipprovdi x-xogħol . Huwa tkellem kif il- Pjan ta' Riġenerazzjoni Ekonomika mħabbar mill- PM nhar it-Tnejn li għadda jirrifletti żewġ aspetti importanti, r-reżiljenza u s-sostenibilita li jippremja x-xogħol u l-bżulija. Fi kliem Abela, "Il- miżuri li ħadna, kemm għall-benefiċċju tal- impriżi kif ukoll tal- investimenti fi spazji industrijali u fit- taħriġ tal-ħaddiema, jgawdu minnhom il- ħaddiema, għax joħolqu opportunitajiet ġodda għalihom. L-istess fejn jidħlu l-għajnuniet li ta l-Gvern lill-kumpaniji, li bihom jistgħu jtejbu l-likwidità tagħhom: għandhom impatt ukoll fuq il-ħaddiema għax ikomplu jipproteġu l-postijiet tax-xogħol u d-dħul tal-istess ħaddiema". Il-Ministru responsabbli mill-kundizzjonijiet tax- xogħol semma' kif f 'dan il-pjan il-Gvern ried: Ħdimna biex ma jingħatawx sensji u li l-ħaddiema jkollhom dħul diċneti. Kien għalhekk li l-Covid Wage Supplement se jibqa' kif inhu sa Settembru. Li l-ħaddiema jifdallhom aktar flus fil- but. Għalhekk sar tnaqqis ta' 7 ċenteżmi fuq kull litru fil-prezz tal-petrol u d-diżil, koppji li kellhom jipposponu t-tiġijiet tagħhom se jingħataw għajnuna u se jkompli jitjieb l-in-work benefit; Jistimula l-ekonomja imma fl-istess waqt jgħin lill-familji u l-ħaddiema. Għalhekk ser sar tnaqqix fir-rata tat-taxxa fuq boll fuq xiri ta' propjeta u l-Gvern se jagħti rifużjoni tat-taxxa lil 210,000 ħaddiem li ħadmu tul l-2018; Jinvesti fil-potenzjal tal- ħaddiem u f 'min iħaddem. Għalhekk ser jgħin b'taħriġ għall-ħaddiema. Apparti hekk il-Ministru Abela għamel referenza għall-miżura ta' vawċer ta' 100 ewro għal kull persuna minn 16-il sena 'l fuq, li jista' jintuża f 'postijiet ta' akkomodazzjoni liċenzjati, restoranti, jew negozju li kien għalaq. Hawn hu innota kif dan hu Gvern li flok jintaxxa qed jagħti l-flus lill-poplu biex jonfoq fil-prodott u s-suq lokali. Huwa semma' wkoll żewġ inizjattivi oħra, dawk tar-rifużjoni tal-kontijiet tal-elettriku u s-sostenn fuq spejjeż tal- kera, li huma inizzjattivi li se jħallu aktar flus għand in-negozji li jkunu jistgħu jingħataw lill-ħaddiema. Rigward il-perjodu tal-miżuri, il-Ministru Abela iċċara li miżuri bħal dawk tal-in-work benefit, it-tnaqqis fit-taxxa tal- boll, ir-roħs fil-petrol u d-diesel, l-investiment fl- infrastrttura industrijali u oħrajn se jmorru aktar minn Settembru. Fakar li apparti dan, f 'Ottubu se jkun hemm il-baġit annwali li se jieħu ħsieb li l-Gvern ikompli jibni fuq dawn il-miżuri ekonomiċi, wara li ssir l-evalwazzjoni meħtieġa, kif dejjem saw f 'kull fażi tal-pandemija.