Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441
16 letteratura IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Manwel Dimech fi Żmienna Fir-riċerki akkademiċi tiegħek ffukajt b'mod partikulari fuq kif il-letteratura Maltija dehret fil-ġurnali bikrija u kif din għenet lir-riformaturi soċjali jilħqu l-għanijiet progressivi tagħhom. Tul l-istorja tagħna kellna bosta riformaturi soċjali. Għaldaqstant kellek għażla vasta ħafna ta' persunaġġi storiċi. Int iddeċidejt li tiffoka l-iżjed fuq Juan Mamo u Manwel Dimech, speċjalment fuq dan tal-aħħar. Għalfejn Dimech? Iż-żewġ teżijiet tiegħi ffukaw fuq il-letteratura. It-teżi tal-Baċċellerat għamiltha fuq il-poeżiji ta' Manwel Dimech u dik tal-Maġisteru fuq Juann Mamo. It-tnejn kienu riformatturi soċjali – nies li ġew qabel iż-żmien tagħhom u li ma ridux iħallu lid-dinja kif sabuha. Naħseb li din qanqlet fija kurżità biex inkompli nistħarreġ ix-xogħol tagħhom. Għalfejn Dimech? Ħafna jistaqsuni u tweġiba tiegħi normalment tkun għalxiex mhux Dimech? Ħafna minn dak li saħaq fuqu Dimech ħafna snin ilu għadu relevanti sal-lum. Ħafna drabi n-nies jasoċċjaw lil Dimech biss ma' personaġġ politiku. Għalkemm dik hija parti kbira minnu, Dimech ma kienx biss politiku imma wkoll bniedem letterarju. Wieħed mill-iskopijiet ta' din il-pubblikazzjoni kien li nesplora l-personalità ta' Dimech bħala bniedem tal-letteratura. Minn din il-ġabra ta' poeżiji ħareġ il-fatt li minkejja li l-letteratura f 'dak iż-żmien kienet għadha fi tfulitha, Dimech uriena li nistgħu nużaw l-ilsien Malti biex noħolqu letteratura impenjata. Bosta jqisu r-rumanz Ivan u Prescovia bħala l-aqwa xogħol letterarju ta' Dimech. Fil-bidu nett tal-ktieb tiegħek Dimech Poeta – Mill-Ħabs sal-Eżilju kkwotajt minnu din is-sentenza: "Ktibt għax ma stajtx inżomm iżjed; ma stajtx naħbi iżjed ġo fija dik l-imħabba kbira li għalik ġo qalbi tnisslet bla ma jiena stess naf kif." Dimech għandu bosta stqarrijiet notevoli, iżda din hija waħda minn dawk illi jolqtuni b'mod partikulari. Forsi nistgħu nargumentaw illi din tiġbor fiha tajjeb ħafna l-ispirtu tal-ħidma letterarja, politika u soċjali ta' Dimech. Intervista li tajt snin ilu ma' dan il-ġurnal donnha tissuġġerixxi li dan ir-rumanz influwenza ħafna l-mod kif sirt tivvaluta lil Dimech. B'liema mod temmen illi dan ir-rumanz tassew jagħtina stampa differenti minn kif ħafna nies is-soltu jaħsbu fih? Ir-rumanz Ivan u Prescovia kien l-ewwel xogħol letterarju li qrajt ta' Dimech. Madankollu r-rumanz qanqal fija sens ta' kurżità dwar Dimech għaliex fih jinħass bniedem li qed juża lingwaġġ letterarju biex joħroġ l-emozzjonijiet tiegħu. Mal-qari ta' dan ir-rumanz ma bqajtx nara lil Dimech biss bħala politiku u ribell. Irealizzajt li hemm parti minn dan il-personaġġ li kont għadni ma nafx. Il-kitba letterarja ta' Dimech filwaqt li tkompli l-ħidma soċjali tiegħu tagħtina ħafna faċċati tal-karattru tiegħu: politiku, ribell, anke reliġjuż. Jinħass bniedem li jħoss l-emozzjonijiet: ir-rabja, il-ferħ, id- dwejjaq. Ix-xogħlijiet letterarji ta' Dimech jagħtuh xejra aktar umana. Il-ktieb tiegħek Dimech Poeta – Mill- Ħabs sal-Eżilju nsibu iżjed minn 100 poeżija minn għadd ta' sorsi u manuskritti differenti. Il-ġabra turi lil Dimech bħala poeta ta' ċerta ħila li tassew ta kontribut siewi ħafna fl- iżvilupp tal-poeżija Maltija. Intant, madankollu, kif irrimarka Dr Adrian Grima fid-daħla tal-ktieb tiegħek kif ukoll fi studji kritiċi oħrajn, il- Profossur Ġużè Aquilina għażel li jagħti l-ġenb lil Dimech, daqs li kieku qatt m'eżista! Għamel l-istess lil Juan Mamo. Għandna nimu li għamel dan minħabba l-fehmiet reliġjużi u politiċi tiegħu. Ngħid għalija dan il-fatt laqatni ħafna. Kważi ħasadni. Minkejja li konxju mill-konservativiżmu t'Aquilina, nistqarr illi xorta domt ma niżżiltha. Lilek kif laqtek dan? Taf b'xi sorsi li jixħtu iżjed dawl fuq dan il-fatt? Il-fatt li xogħlijiet ta' Dimech u Mamo ma ġewx inklużi fl-antoloġija ta' Aquilina naħseb li ħalliet impatt qawwi. Għaliex tul ħafna snin ix-xogħlijiet ta' Mamo u Dimech kienu donnhom intesew. Dan juri kemm it-tnejn li huma tkellmu fuq affarijiet li kienu barra minn żmienhom. Naħseb kienet din ir-raġuni għalfejn Aquilina ħalla barra kemm lil Mamo kif ukoll lil Dimech għaliex Malta kien għad għandha moħħ magħluq u żgur li ma kinitx ser taċċetta x-xogħlijiet ta' dawn ir- riformaturi soċjali. Bla dubju Manwel Dimech kien ferm strumentali fl-iżviluppi soċjali li żvolġew f 'pajjiżna tul is-snin. Ibda biex nebbaħ bil-kbir bosta ħassieba u politiċi li wettqu bosta riformi soċjali. Ninnota li bosta ideat ta' Dimech baqgħu punt ta' riferiment ewlieni għal bosta attivisti xellugin illi fi żmienna qegħdin jissieltu għal Malta aħjar. Malta li għex fiha Dimech kienet pajjiż differenti ħafna minn dak li nafu aħna. Inbidlet bil-kbir, tant li bilkemm tingħaraf. Spiss nistaqsi lili nnifsi x'kien jaħseb Dimech li kieku kellu jerġa' jiġi fostna llum rigward bosta ġrajjiet u fenomeni li sawru l-istorja ta' Malta indipendenti: il-kwistjoni politika-reliġjuża tas- sittinijiet, it-tliet amministrazzjonijiet Laburisti ta' bejn l-1971 u l-1987, il- gvernijiet Nazzjonalisti mmexxija minn Dr. Eddie Fenech Adami, il- viżjoni Laburista għal Malta ta' Dr Alfred Sant, is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, ir-referendum dwar id-divorzju, il-ġrajjiet saljeti li seħħu fl-epoka ta' Joseph Muscat. Bħala riċerkatriċi fil- filosofija soċjalista ta' Manwel Dimech, x'temmen li kien jaħseb dwar dawn l-avvenimenti? Manwel Dimech dejjem kellu l-filosofija li l-Maltin għandhom jedukaw ruħhom sabiex b'hekk ikunu ħielsa jaħsbu b'moħħhom. Vera li Dimech kien iħaddem fehmiet soċjalisti għaliex dejjem xtaq li ż-żgħir jimxi 'l quddiem billi jeduka ruħu. Hemm mumenti fejn Dimech iħoss li din l-emanċipazzjoni kienet qed iseħħ, però naħseb li s-soċjetà Maltija għad m'għandhiex il-ħsieb ħieles. Il-qasma politika għadha tinħass u it issib nies illi jikkritikaw perjodi politiċi b'mod oġġettiv. Il-prinċipji soċjalisti nbidlu ħafna llum il-ġurnata: dak li qabel kien meqjus bħala l-Partit tal-Ħaddiema llum sar jitkellem ukoll dwar il-klassi 'l-għolja' (biex insejħulha hekk) u l-istess ġara fil-Partit Nazzjonalista fejn qed nisimgħu aktar diskors dwar il- ħaddiema u l-klassi 'l-baxxa'. Għalhekk naħseb li sa ċertu punt it-telf ta' dawn il-prinċipji soċjalisti ma kienx jinżel tajjeb ma' Dimech. Barra dan, Dimech dejjem żamm lil Malta l-ewwel u kien jikkritika bl-aħrax lil dawk il-politiċi li jitilgħu biex jiggwadanjaw huma biss. Din is-sitwazzjoni kienet teżisti wkoll fi żmien Dimech. Għalhekk naħseb li filwaqt li kien hemm mumenti fl-istorja politika ta' Malta li Dimech kien jilqa' bil-ferħa naħseb li hemm mumenti oħra li fihom kien joħroġ qatta' bla ħabel kontrihom. Nemmen li kull ħassieb fl-aħħar mill- aħħar – għall-inqas sa ċertu punt – huwa prodott ta' bosta ċirkustanzi differenti: personali, psikoloġiċi, intellettwali, soċjali, storiċi u l-bqija. Ma jeżisti ebda ħassieb – 'qas biss l-iżjed persuna kwalunkwe jekk niġu f 'dan – illi jissawwar mix-xejn bħalkieku jgħix ġo vakum. Għaldaqstant kull ħassieb maż-żmien bilfors li ser jitlef xi it jew wisq mir-relevanza tiegħu. Dan ġieli jiġri f 'ħajjithom u ġieli wara mewthom. Uħud it li xejn jibqgħu relevanti u fil-biċċa l-kbira jibqgħu biss relikwi kurjużi. Oħrajn, minkejja li forsi jitilfu xi it mir-relevanza tagħhom, fl-istess waqt xorta waħda mbagħad jibqgħu jiġġeddu. Lil Manwel Dimech ngħoddu