Illum previous editions

ILLUM 14 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 ambjent IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 • illum Il-Biedja ILLUM: Ix-Xitwa Fl-aħħar minn sensiela ta' erba' artikli, inħarsu lejn il-biedja u l-prodott lokali, din id-darba fl-istaġun tax- Xitwa. Jaqsam ftit infiormazzjoni magħkom Malcolm Borg Kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi Ix-xitwa huwa staġun ikkaratterizzat minn temperaturi baxxi u, ġeneralment, minn xita frekwenti. Dan ifisser li l-bżonn għall-ilma tat-tisqija tal-ħxejjex li jkunu qed jikbru fl-għalqa jkun wieħed baxx. Ikun idejali li f 'dan iż-żmien naraw kif nistgħu nilqgħu kemm nifilħu ilma tax-xita u naħżnuh ħalli nkunu nistgħu nużawh meta l-aktar li jkollna bżonnu- u jiġifieri fix- xhur sħan u xotti tas-sajf. Dan huwa ż-żmien taż-żabra ta' ħafna siġar inkluż id-dwieli u s-siġar tal-frott. Għalhekk huwa importanti li nieħdu ħsieb niżbru tajjeb ħalli fis-sajf ikollna produzzjoni tajba ta' frott u sabiex innaqqsu mill-mard li jista' jaħkem dawn is-siġar. Il-kesħa ta' dan l-istaġun hija essenzjali sabiex dawn is-siġar jorqdu. Jekk ma jagħmlux hekk isibuha ħafna aktar diffiċli li jipproduċu l-frott fis-sajf. Dan huwa wkoll żmien tajjeb biex inħawwlu sigar ġodda tal-frott ġol- ħamrija. F'dan l-istaġun isir ħafna xogħol ġewwa s-serer. Infakkarkom li l-iskop tas-serer huwa propju li l-bidwi jkun jista' jkabbar il-pjanti f 'temperaturi ogħla minn dawk preżenti fuq barra u b'hekk inkunu nistgħu ngawdu minn frott u ħaxix bħat-tadam, bżar, brunġiel, eċċ li, jekk inkabbruhom fuq barra, inkunu nistgħu nduquhom biss fix-xhur sħan. Għalhekk il-bidwi f 'dan l-istaġun iqatta' ħafna ħin jindokra l-pjanti li jkollu jikbru fis-serer u anke fit- 'tunnels'- li għandhom l-istess skopijiet ta' serra imma huma strutturi ħafna aktar sempliċi u temporanji. Fix-xitwa nkomplu niżirgħu l-patata u l-basal u għal tmiem dan l-istaġun nibdew niżirgħu u nħawlu prodotti li nibdew naqtgħu l-frott tagħhom fir-rebbiegħa bħal bżar, brunġiel, qargħa bagħli. Niżirgħu wkoll prodotti oħrajn bħaz-zunnarija, kromb (pastard, kaboċċi, eċċ) u oħrajn. Dan huwa l-istaġun per eċċellenza biex jinqata' ċ-ċitru li, bħal ma nafu huwa sors tajjeb ta' Vitamina Ċ li tgħinna nikkumbattu l-irjiħat li jkunu komuni f 'dawn iż-żminijiet. Nibdew naqtgħu l-ewwel frawli u jkollna l-fortuna li naqtgħu prodotti oħra bħal fażola, qaqoċċ, qargħa bagħli, spinaċi, tadam u nkunu nistgħu ngawdu wkoll mit-tjubija tal-bettieħ tax- xitwa. Bħal m'għidna aktar 'l fuq, il- bżonn tat-tisqija jonqos xi it f 'dawn ix- x h u r pero` il-kura tal-prodott permezz ta' fertilizzanti u prodotti oħra li jnaqqsu mill-mard fuq il-pjanti tibqa' waħda essenzjali. Apparti minn hekk, il-bidwi jrid joqgħod attent kif jaħdem il-ħamrija. Il-ħrit u xogħol ieħor li jinvolvi ċ-ċaqliq fil-ħamrija jrid isir meta l-ħamrija ma tkunx imxarrba ħafna għax jekk dan ix-xogħol isir meta l-ħamrija tkun imxarrba, dan jista' jwassal għal ħafna problem strutturali fil- ħamrija bil-konsegwenza li ssir anqas adatta biex tkabbar tajjeb il-prodotti ta' ġo fiha. Il-qaqoċċ jinqata' fix-xitwa u tajjeb biż-żejt, ħaxix u ħut

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 June 2020