Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1259441
13 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2020 huwa bniedem li jħossu minsi id-drittijiet - tpoġġew u tħallew f 'ghettoes u nafu li jekk tkun ġej minn klassi soċjali baxxa, għandek iktar ċans li tispiċċa fil- kriminalità." "Ma ninsewx," jgħid Rababah, "għandi kif qrajt kif 60 sena ilu meta raġel iswed mar japplika għal impjieg f 'uffiċċju bagħtuh l-isptar tal-moħħ. Għaddewh ta' miġnun." Fuq dan il-punt itemm jgħid illi minkejja kollox ħafna persuni afro-amerikani ma ngħatawx għajnuna biex jitilgħu s-sellum soċjali. 'Hawnhekk is-sistema PN/PL baqgħet ġo fina' Inħarsu lejn il-populiżmu u anke n-nazziżmu madwar id-dinja. Jibża minn dan sentiment f 'Malta? U jibża' li xi darba dan is-sentiment jiriżulta f 'voti għal lemin estrem? Huwa qal li jekk wieħed iħares biss lejn il-protesta tal-Għaqda patrijotti Maltin din il-ġimgħa isib li minn madwar 8,000 fuq Facebook jiddiksutu u jiddibattu u juru appoġġ għall-protesta, fir-realta mbagħad għall-protesta attendew mal-40 persuna. "Dan apparti li aħna s-sistema ta' PN u PL qegħda fina u n-nies dejjem lilhom jivvutaw. U jekk ikun hemm min huwa mweġġa' ħafna drabi jinqeda u jerġa jivvota PN jew PL. Vot li jmur għand partit ieħor huwa meqjus minn ħafna bħala moħli u dan jgħodd għall- AD wkoll." Huwa qal ukoll li ħafna drabi partiti estremi, filwaqt li jkollhom appoġġ fuq l-immigrazzjoni, jitilfu dak l-appoġġ fuq kwistjonijiet soċjali oħrajn, bħall-abort. Fil-fatt - lilhinn mill-intervista - jekk wieħed iħares lejn il-kampanja ta' Norman Lowell fl-2019 malajr jinduna illi minkejja li kellu xi it tar-riħ fil-poppa, kwistjonijiet dwar l-abort u l-attitudni lejn persuni b'diżabilità waslu biex probabbilment tilef eluf ta' voti u ħafna mis-simpatija li kien hemm min kellu lejh. 'Kieku l-Ġermanja ġabruh mill-ewwel' U dwar dak ir-raġel li għamel is-salut tan- nażi, x'jaħseb Omar? Filwaqt li jirrimarka illi kien (sfortunatament) quddiemu dak il-ħin jgħid li dan ir-raġel suppost ġie miġbur mill-pulizija. "F'pajjiż bħal Ġermanja kien jinġabar mill-ewwel. Hawnhekk il-PM qal li mhux sew u daqshekk. Ieħor jagħmel il- mossi tax-xadini u l-istess." Rababah jgħid illi dan kollu sar quddiem għajnejn il-Pulizija għalkemm qal illi t-tort mhux tagħhom, hekk kif - skontu - huwa ċar li m'għandhomx taħriġ fuq din il-materja. Nistaqsih dwar x'jaħseb imma dwar l-isfida tal-immigrazzjoni li fil-fatt hija l-kuntest ta' dan kollu u jibda billi jfakkar li l-immigrazzjnoni mhijiex "sfida" għal kulħadd. "Min għandu ħanut żgħir u jbiegħ ħafna groceries lill-immigranti jarahom bħala sfida? Minn kien iħaddimhom għax ma sabx Maltin jew għax dak ix-xogħol ma jridux jagħmluh Maltin, jaraha bħala sfida? Il-ħwienet fiż-żoni tal-Ħamrun u l-Marsa, jarawha bħala sfida? ..." Il-gazzetta twaqfu hemm u tfakkru li ħafna residenti Marsin jarawha bħala sfida u jgħidu li qed isir ħafna sokor fit-triq. "Imma minn qed jikrilhom il-postijiet lil dawn? Mhux Maltin?" "Jiena mhux qed niġġustfika min jisker fit-triq u jagħmel pipi mal-bieb ta' xi ħadd - ħallieha li Maltin li jagħmluhom dawn l-affarijiet hemm ukoll. Imma għaliex qed ikunu fis-sakra? U jekk hemm xi ħadd fis- sakra, mhux tgħinu milli toqgħod ittella' r-rtratti tiegħu fuq facebook!" Jgħid ukoll illi apparti kollox l-immigranti jġibu ruħhom ukoll mil-mod kif jaraw lilna. "Jekk l-immigrant jara li hawn Malta n-nies jarmu barra, mhux ovvja li se jarmu barra? Jekk jaraw nies jaqsmu fuq id-dawl aħdar u allura meta suppost karozzi għaddejjin, mhux ovvja li huma hekk ukoll se jagħmlu? U jekk kulħadd jipparkja kif ġie, ġie ... mhux hekk ukoll se jagħmel l-immigrant?" 'Muġugħin' U finalment, x'inhi t-tama tiegħu għall- futur? Jaraha tikber aktar din il-pjaga tar- razziżmu? "Ara dan anke min huwa kontra r-razziżmu, bħali, ukoll jirrikonoxxi li hawn problema, meta għandek dawk l-eluf kollha lesti biex jitilqu u Malta l-ewwel pajjiż." Rababah jgħid iżda illi jekk inċedu dritt uman wieħed, nistgħu nċeduhom kollha. Huwa jispjega kif hawn razzisti differenti - min jobgħod għax nieqes mill-edukazzjoni u min minħabba esperjenza personali. "Jiena nemmen li s-soluzzjoni hija l-edukazzjoni - jiena edukatur. Edukazzjoni anke dwar il-pajjiżi li ġejjin minnhom dawn in-nies, nies bħar-Re Leopoldo tal-Kongo li qatel tant nies, l-iskjavitù ..." Huwa qal li ħafna drabi "razzist huwa bniedem li jħossu muġugħ u minsi mis- sistema." Itemm jirrakkonta kif jaf lil xi ħadd illi vera huwa fil-bżonn u ilu snin jitlob għal housing imbagħad jara jew jemmen li s-sistema hija aktar akkoljenti għall-immigrant u allura jsir jobgħodu. "Ejja nitkellmu m' dawn in-nies, ħafna minnhom huma muġugħin." Mela r-reliġjon huwa suġġett ta' ħafna interpretazzjonijiet. Jiena naf ħafna Musulmani li jinterpretaw l-Iżlam kif iridu u per eżempju jġiegħlu lil marthom taċċetta ċerta kundizzjonijiet li mkien ma huma fl- Iżlam Min kisser u farrak għamel ħażin. Imma ejja ma ninsewx ukoll li s-sistema kapitalista amerikana xebgħet tisraq liż-żgħir. Ma ninsewx snin twal ta' reati u abbużi