NISSALVAGWARDJAW
L-INTEGRITÀ VIŻIVA TAL-BINI
SKEDAT U MONUMENTI
"Nikkomettu ruħna li nkunu aktar
viġilanti meta nevalwaw u nieħdu
deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet ta'
żvilupp propost fuq siti li jinsabu
viċin bini jew monumenti skedati.
Aħna nemmnu li kull bini skedat
jinsab f'kuntest ta' spazju li miegħu
jirrelata f'aspetti differenti.
Għaldaqstant, il-kuntest ta' spazju
ta' madwar il-bini huwa parti
essenzjali ta' kif jiġi esperjenzat.
Għal din ir-raġuni, il-kuntest tal-
ispazju jistħoqqlu attenzjoni
speċifika. Aħna ppubblikajna linji
gwida proċedurali li jispjegaw kif
għandna l-intenzjoni li ma
nikkompromettux il-wirt kulturali
mibni tagħna."
Martin Saliba
Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv
Awtorità tal-Ippjanar
PLANNING AUTHORITY
MINISTERU GĦALL-AMBJENT,
IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR